Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7990 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-istat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-Istat f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

numru ta' ċittadini barranin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li s-sena li għaddiet ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija? Ta' liema nazzjonalità kienu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fl-"Annual Reports of Government Departments" maħruġ kull sena mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratti minn dawn ir-rapporti għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 li juru l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tagħha u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7976 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru Għal Għawdex — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tagħha u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tad-Dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex huwa ta' 27. Iċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħtiġijiet hija ta' €11,958.33.
Leg 11 PQ #7979 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Numru ta' Ċittadini Libjani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Libjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #7980 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini Tuneżini li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Tuneżini li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.
Leg 11 PQ #7982 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini Eġizjani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Eġizzjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.
Leg 11 PQ #7984 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Palestinjani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Palestinjani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu zgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal “other”.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l -Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarjiet Barranin jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru ta' l-Affarjiiet Barranin u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm żewġ karozzi li huma mikrija. Dawn il-karozzi jinkrew għal ammont ta' € 16.00 kuljum li jiġi ekwivalenti għal madwar € 990.00 fix-xahar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7969 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:- Ministeru/Dekasteri Numru ta' Vetturi Rata fix-Xahar Kummissarju għar-Refuġjati 1 € 412.41 L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 2 € 840.75 Drug Sqaud tal-Pulizija 2 € 691.80 Qrati tal-Ġustizzja 49 € 20,306.84 Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data 1 € 535.80 OIWAS 1 € 370.44 Infurmat ukoll illi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jinkrew karrozzi skont l-esiġenza tad-Dipartiment, bħal per eżempju f'każijiet meta l-vetturi tagħhom ikunu bil-ħsara jew meta jinqala' l-bżonn li jagħmlu xi skorti ta' ċerta importanza.
Leg 11 PQ #7970 Sitting 112 2009-05-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li taħt il-Ministeru u d-dekasteru tigħi hemm żewġ karozzi mikrija li t-tnejn li huma qegħdin fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti. L-ispiża fix-xahar għall-kiri ta' dawn il-vetturi hija ta €929.42.

laħam tal-fenek — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-fenek f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għat-tieni parti tar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija Nru 3272.

frott frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-frott frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.

ħaxix frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.

tadam għall-ipproċessar — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tat-tadam għall-ipproċessar f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-produzzjoni tad-tadam, mill-2004 sal-2008 kienet skond kif ġej: Sena Malta Kgs Għawdex Kgs 2004 4,485,908 5,482,783 2005 3,600,000 4,223,099 2006 4,180,000 6,106,313 2007 3,225,000 5,425,425 2008 4,607,000 5,851,000 L-informazzjoni għal din is-sena għadha qed tinġabar.

ġbejniet friski — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tat-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li din l-informazzjoni ma tinżammx.
Leg 11 PQ #7964 Sitting 111 2009-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l -Prim Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba mill-Onorevoli Interpellant.