Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8005 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Stupru — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq stupru matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 ġew irrapurtati lill-Pulizija 9 każijiet ta' stupru, b'wieħed minnhom allegatament seħħ sentejn ilu. Infurmat ukoll illi ġew konklużi l-investigazzjonijiet f'sitta minn dawn ir-rapporti; żewġ persuni tressqu quddiem il-Qorti akkużati bi tnejn minn dawn il-każijiet; persuna oħra wkoll tressqet quddiem il-Qorti wara li rriżulta li wieħed minn dawn il-każijiet kien rapport falz; tnejn oħra wkoll tressqu l-Qorti fejn irriżulta li ma kienux każijiet ta' stupru, iżda ta' korruzzjoni ta' minorenni; u f'każ ieħor saret rinunzja.
Leg 11 PQ #8006 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vjolenza domestika — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq vjolenza domestika matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kien hemm 123 persuna li tressqu l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu kien hemm 133 rapport dwar l-istess reat.
Leg 11 PQ #8007 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza fuq l-anzjani — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, kien hemm persuna waħda li tressqet il-Qorti talli kkaġunat offiża gravi fuq persuni anzjani, filwaqt li ġew irrappurtati 2 każijiet lill-Pulizija.
Leg 11 PQ #8008 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rimi ta' skart u vandaliżmu — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq rimi ta' skart u vandaliżmu matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 inbdew proċeduri kriminali kontra 1,195 persuna relatati ma' rimi ta' skart f'Malta u Għawdex filwaqt li 5 persuni tressqu l-Qorti fuq vandaliżmu. Infurmat ukoll li fl-istess perjodu l-pulizija rċeviet 362 rapport relatat ma' rimi ta' skart u 28 rapport fuq vandaliżmu.
Leg 11 PQ #8015 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7646 u jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7646 li ngħatat fis-seduta numru 106 fid-29 ta’ April 2009.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7650 u jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7488u cioè : B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3996 jista' jipprovdi l-informazzjoni għas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7488.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Bordijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7647, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħarrafni min huma l-membri tal-bord inkluż l-attendenza tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Bordijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7649, jista' l-Ministru jaġġornani bl-attendenza tal-membri f'kull bord?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Artijiet — Pagamenti Pendenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7645, jista' l-Ministru jaġġornani kemm kienet iċ-ċifra globali ta' flus li tħallset għal pendenzi in kwestjoni matul dawn l-aħħar snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul dawn l-aħħar snin iċ-ċifri globali li tħallsu bħala kumpens għal art esproprijata kienet kif ġej. Dawn il-figuri jinkludu wkoll ħlas ta’ kumpens għal espropriji ġodda li ntalbu fl-aħħar snin. Sena Kumpens 2001 Lm3,952,996 2002 Lm2,256,296 2003 Lm2,305,807 2004 Lm5,173,804 2005 Lm6,319,205 2006 Lm2,746,773 2007 Lm5,123,868 2008 €5,841,521
Leg 11 PQ #8002 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7648, tista' l-Ministru tinfurmani jekk fil-fatt hemmx kummissjonijiet u kumitati li mhumiex statutorji u jekk fl-affermattiv, tista' tirrispondi l-mistoqsija oriġinali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onoroveli Nterpellant għal-risposta ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 7663 tas-seduta 106.
Leg 11 PQ #8003 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

moħqrija tal-annimali/tjur — numru ta' niex li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq moħqrija tal-annimali/tjur matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra tliet persuni fuq akkużi ta' moħrija fuq annimali filwaqt li fl-istess perjodu ġew irrappurtati sitt każijiet.
Leg 11 PQ #8004 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pedofelija — numru ta' persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti fuq pedofelija matul l-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienu l-każijiet rappurtati fl-istess perijodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur tal-2009 il-pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 11-il persuna fuq akkużi ta' abbuż sesswali fuq persuni minuri, filwaqt li fl-istess perjodu ġew irrappurtati 18-il każ dwar l-allegat abbuż.
Leg 11 PQ #2524 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4761.
Leg 11 PQ #4012 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3687, 3139 u 2524 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4761.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct orders

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3996, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni għas-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #7985 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7986 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Amerikani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7987 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Afrikani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7989 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.