B'referenza għall-każ tal-familja li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinvestiga u japprova kundizzjonijiet ta' kera aħjar għall-fatt li l-persuna in kwestjoni ilha sitt snin separata u tħalliet lampa stampa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata mijiex legalment separata u għalhekk il-kera u l-irċevuti ma jistgħux jinqalbu fuq isimha biss. Barra minn hekk wieħed irid jigbed l-attenzjoni li din il-familja ila sebgħa snin ma tħallas kera fejn il-kirja b’lura issa tgħodd għal aktar minn Euro 5,350. Il-kirja dovuta trid titħallas. Barra minn hekk, meta l-Awtorita’ ġiet biex tikkalkulha is-sussidju fuq il-kera li hi mistħoqqa għal din il-familja, din il-familja naqset li tippreżenta id-dokumenti meħtiega. Għalhekk l-Awtorita’ m’hiex f’pożizzjoni li tagħti xi forma ta’ sussidju meta’ din l-informazzjoni hija nieqsa. Sta għall-individwu li jressaq id-dokumenti meħtiega.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8411 u 7727 u jgħid illum kemm huwa kalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis
Question
B'referenza għat-tniġġis tal-livelli tan-nitrati u tniġġis ieħor tal-aquifer, jista' l-Ministru jinfurmani liema huma l-aktar żoni/lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis f'Malta u Għawdex rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm swiet din il-produzzjoni sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-livelli kif ċertifikati mil-laboratorji tal-kompost in kwestjoni sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-kompost f’pajjiżna mill-WasteServ matul l-aħħar ħames snin kienet kif ġej:
2005 - 23,436.64 tunnellata
2006 - 21,954.99 tunnellata
2007 - 4,813.82 tunnellata
2008 - Xejn waqt l-immodernizzar tal-impjant
2009 - Xejn waqt l-immodernizzar tal-impjant
L-ispiża kienet tammonta għal madwar Lm50(€116.47) it-tunnellata. Peress li l-impjant il-qadim ta’ Sant’Antnin ma kienx qed jipproduċi kompost tal-kwalità mixtieqa, dan il-materjal kien qed jintuża’ biex tiġi mgħottija l-parti ta’ fuq tal-miżbla magħluqa tal-Magħtab. Dan kellu l-iskop li jaġixxi bħala filtru għall-gassijiet li kienu qed joħorġu sa ma ġiet installata s-sistema ta’ ġbir ta’ gassijiet permezz tal-proġett li kien imhallas bil-fondi mill Ewropa.
Irid jingħad li ma kienux meħtiega ċertifikati mill-laboratorji tal-kompost in kwestjoni biex jintuża’ go miżbla magħluqa.
Hemm ukoll produzzjoni ta’ kompost mill-privat li ma tinżammx statistika tagħha mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hija kkalkulata l-ħażna tal-ilma fl-aquifers tal-gżejjer tagħna gżira gżira? Liema huma ż-żoni u cioè l-kwantitajiet li jistgħu jittellgħu għall-użu tax-xorb u tal-biedja u kemm huma l-kwantitajiet projbiti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ħażna ta’ l-ilma fl-aquifers ta’ Malta u Għawdex hija stmata li tlaħħaq il-biljun u nofs metru kubu. Ma teżistix stima dettaljata dwar il-ħażna tal-aquifer tal-gżira t’Għawdex, għalkemm minħabba raġunijiet ta’ daqs wieħed irid jinnota li din hija ferm iżgħar minn dik ta’ l-aquifer tal-gżira ta’ Malta.
L-ilma li jista’ jittella’ minn taħt l-art għall-użu tax-xorb u għall-biedja huwa ta’ 23 miljun metru kubu fis-sena.
Bħalissa huwa stmat li qed jittella’ madwar 10 miljun metru kubu fis-sena aktar minn dak li huwa sostenibbli.
Nfakkru li l-ħażna ta’ l-ilma m’għandhiex x’taqsam direttament mal-kwantità ta’ ilma li tista’ tittella’. Din ta’ l-aħħar għandha x’taqsam direttament mar-
recharge
.
B'referenza għat-tniġġis tal-livell tan-nitrati u tniġġis ieħor li jinsab fl-aquifer tal-gżejjer tagħna, jiġfieri f'Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jagħtini breakdown tal-livelli mkejla matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kontaminant prinċipali fl-aquifers tagħna huwa n-nitrat. Il-livelli mkejjla f’dawn l-aħħar ħames snin huma kif ġej:
Sena
Nitrate content - Mean Sea Level Aquifer - Malta
Nitrate Content - Mean Sea Level Aquifer - Għawdex
2003
64mg/l
34mg/l
2004
65.5mg/l
42.5mg/l
2005
70mg/l
39.5mg/l
2006
73mg/l
36mg/l
2007
69.5mg/l
33.5mg/l
Irrid ngħid li dawn il-livelli huma
averages
tal-valuri mkejjla fil-
Pumping Stations
tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Din is-sena l-Awtorità bdiet eżerċizzju ta’ monitoraġġ regolari li jkopri l-korpi ta’ l-ilma kollha f’Malta. L-ewwel riżultati jindikaw li apparti l-livelli ta’ Nitrati ma hawnx kontaminanti oħra (bħal pesticidi, metalli, sustanzi organiċi) li huma rilevanti fl-
aquifers
tal-gżejjer Maltin.
Huwa mportanti wkoll li wieħed jifhem li dawn il-valuri jirrigwardaw l-ilma ta’ taħt l-art u ma jirriflettux il-kwalità ta’ l-ilma li jiġi pprovdut lill-konsumatur fil-vit. L-ilma tal-vit ikun imħallat b’ilma prodott mill-impjanti tar-
Reverse Osmosis
u allura jkollu livelli ta’ nitrati ferm aktar baxxi.
Billi t-Triq tas-Salib, limiti tar-Rabat jeħtieġ li tingħata wiċċ tarmac għaliex qed tkun ta' żvantaġġ għar-residenti, bdiewa Maltin u turisti li jiffrekwentawha, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet in kwestjoni isiru immedjatament u dan b'rispetti lejn il-partijiet konċernati? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed jirreferi għaliha ssir meta ir-riżorsi jippermettu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għar-riabilitazzjoni tal-widien f'Malta u Għawdex separatament għal matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2009?
Jista' jinfurmani fuq in-nefqa globali tal-2008 u jagħti breakdown ta' liema widien ġew riabilitati?
Jista' l-Prim Ministru jinfurmani kemm ivvota flus matul l-2008 u l-2009 sabiex isiru studji fuq it-tniġġis fl-ibħra Maltin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ikkumisjunat studju fl-2008 biex jiġi maħdum pjan ta' monitoraġġ tal-ibħra kostali f'Malta, skond id-Direttiva 2000/60/EC (Water Framework Directive). Dan l-istudju wasal fil-fażi finali tiegħu u huwa stmat li jiswa’ madwar €16,500. Fl-istess sena il-MEPA wkoll ħallset għall-monitoraġġ tan-nitrati madwar ix-xtut, li twettaq bħala parti mill-programm ta' monitoraġġ tal-bajjiet li jsir mid-Dipartiment tas-Saħħa. Il-flus votati għal dan il-monitoraġġ jammonta għal madwar €9,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jinqabad ħut f'sena minn qiegħ il-baħar bil-ħarpun fl-ibħra ta' Malta? Xi speċi ta' ħut jiġu rapportati li jinqabdu u f'liema livelli speċi speċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lis-sajd bil-ħarpun mhuwiex rkaptu kummercjali u għaldaqstant ma tinżammx statistika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-viruses u bacteria li ġew rapportati f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-industrija lokali tal-fish farming?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li storikament hemm xi infezzjonijiet li jistgħu jidhru minn żmien għal żmien, bħal Nodavirus (VNN) fl-Ispnott, Epitheliocytis sp fil-frieħ ta' l-Awrat u Lymphocystis sp fl-Awrat żgħir. Hemm ukoll il-Pasteurella li hija nfezzjoni oħra li minn żmien għal żmien tista’ tolqot lill-ħut tagħna imma peress li dan llum huwa spiss ivvacċċinat kontra din l-infezzjoni, din ma tantx tidher. Dan il-mard imsemmi mhux meqjus bħala mard notifikabli u f'dawn l-aħħar ħames snin ma kien hemm l-ebda episodju ta' mard serju irrapurtat.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm inġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-widien u l-ħażna u ż-żamma tal-ilma ġieri u tax-xita? Fejn intnefqu dawn il-fondi u f'liema sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-fondi li nġiebu dawn l-aħħar ħames snin mill-EU kienu jikkonċernaw b’mod indirett ir-riabilitazzjoni tal-widien u l-ħażna u ż-żamma tal-ilma ġieri u tax-xita. Il-fondi minfuqa sa llum kienu € 259,791 u ntnefqu biex sar Storm Water Masterplan, Strategic Environmental Assessment tal-Masterplan, u l-Environmental Assessment Report.
Hemm ukoll somma ta’ madwar € 57 miljun li ġew allokati għall-proġett ko-finanzjat mill-UE ta’ Storm Water Relief. Dan il-proġett li jrid jitwettaq sal-2015 ġie inkluż taħt l-OP 1.
Minnbarra hekk matul dawn l-aħħar ħames snin, inġiebu fondi strutturali taħt il miżura 3.1: Investiment fi Strutturi Agrikoli għal għan ta’ bini ta’ ġwiebi.
Intefqu €839,267.6 fuq proġetti ta’ 28 benefiċċjarju li investew fi ġwiebi bħala parti mill-proġetti tagħhom. Il-pagamenti lil dawn il-benefiċċjarji ingħataw matul is-snin 2005 – 2008.
Fil-jiem li ġejjin ħa tiġi imnedija il-miżura 125 bil-għan li jinġiebu fondi għar-riabilitazzjoni tal-widien
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?
ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-istat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7990 u jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-Istat f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7989 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7987 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7986 u jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ turisti li jiġu minn dawn il-pajjiżi hu żgħir u għaldaqstant ma tinżammx statistika tal-pajjiż partikolari u jiġu murija fl-istatistika bħal other.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8000 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7649, jista' jaġġornani bl-attendenza tal-membri f'kull bord?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8000.