Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8730.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8728.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8727.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8726.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8551 u 7972 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7972.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8550 u 7967 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm 93 karozza jew vettura mikrija, għall-użu tal-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu b’ispiża ta’ €54,069.84 fix-xahar.
Dan l-informazzjoni tinkludi fost l-oħrajn trakkijiet,
skid steer loader
,
bowsers
u vannijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8502 u 7942 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-frott frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tal-frott frisk f’kilogrammi f’Malta u f’Għawdex li daħlet fil-Pitkalija fl-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena u mill-2003 sa l-2008 hija kif gej :
Malta
Għawdex
Jan - Apr 2003
166913
159240
Jan - Apr 2004
182145
107830
Jan - Apr 2005
240019
275136
Jan - Apr 2006
256900
176812
Jan - Apr 2007
283342
223713
Jan - Apr 2008
334570
377055
Jan - Apr 2009
280705
227169
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8501 u 7944 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u f’Għawdex li daħlet fil-Pitkalija fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kif ukoll għall-istess perjodu mill-2003 sal-2008 hi skond kif ġej:
Malta
Għawdex
Jannar - April 2003
8,832,825.00
1,370,136.00
Jannar - April 2004
9,341,046.00
1,445,887.00
Jannar - April 2005
9,462,048.00
1,155,538.00
Jannar - April 2006
11,449,634.00
993,115.00
Jannar - April 2007
13,697,150.00
1,149,966.00
Jannar - April 2008
12,103,099.00
1,017,936.00
Jannar - April 2009
10,443,642.00
760,376.00
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8478 u cioè: B'referenza għal mistoqsija parlamentari 7940, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ċanga friska f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni taċ-ċanga friska f’kilogrammi f’Malta u f’Għawdex għall-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena u mill-2003 sa l-2008 hija kif ġej :
MALTA
GĦAWDEX
Jan - Apr 2003
474749
33339
Jan - Apr 2004
378178
33304
Jan - Apr 2005
492863
992
Jan - Apr 2006
467279
1981
Jan - Apr 2007
487286
nil
Jan - Apr 2008
488088
nil
Jan - Apr 2009
488816
nil
Mill-2007, il-qatla taċ-ċanga issir kollha fil-biċċerija ta’ Malta.
B'referenza għall-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8300, jista' l-Ministru jaġġornani bil-breakdown tad-dettal tal-proġett inkluż iċ-ċifra ta' flus stmata għal dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dan il-proġett għadu f’fażi preliminari u aktar dettalji jingħataw fil-mument opportun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8412 u 7728 u jgħid matul l-2008 kemm kien il-prezz medju ta' metru kubu drenaġġ trattat f'ċifra ta' flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-2008 l-prezz ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat kien ta' €0.29.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8473u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7936, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li skond informazzjoni miġbura min-National Livestock Database, l-ammont ta’ flieles tas-simna li ġew ipproċessati ġo biċċeriji approvati u li trabbew fi rziezet f’Malta u Għawdex huwa kif ġej:
Sena
Malta
Għawdex
Jan – Apr 2003
1,622,107
352,734
Jan – Apr 2004
1,165,023
365,503
Jan – Apr 2005
742,555
171,473
Jan – Apr 2006
666,585
97,935
Jan – Apr 2007
849,890
231,797
Jan – Apr 2008
788,324
270,701
L-ammont indikat għas sena 2009 għad irid jiġi maħdum minħabba l-fatt li jkun għad baqa’ xi dokumenti tal-qatla li saret f’April li ma jkunux ġew irritornati mill-istess produtturi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8470 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7933, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena u għall-istess perjodu mill-2003 l’hawn, hi kif ġej:
MALTA
GHAWDEX
Piz/KGS.
Piz/KGS.
2003
3,413,451
185,856
2004
2,800,586
157,039
2005
2,732,070
52,819
2006
2,687,245
28,778
2007
2,088,409
132,462
2008
2,577,807
159,417
2009
2,344,914
99,125
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8467, 7929, 7500, 6924, 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u cioè: B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa bypass, jista' l-Ministru jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermattiv meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isir studju fuq dan il-każ mill-ADT u għandu jiġi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjanti tal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-inoteka tal-inbid fil-ġonna tal-Buskett u cioè l-ex Winery tad-Dipartiment tal-Biedja? Kemm fil-fatt ilha wieqfa l-attivita f'din il-winery?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija nru 8300.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tas-sajd reġistrata f'pajjiżna fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-flotta tas-sajd reġistrata f'pajjiżna fl-1 ta' Ġunju 2009 f'Malta u Għawdex hija kif ġej:
Malta
Għawdex
Flotta Professjonali (full-time)
314
90
Flotta Professjonali (part-time)
559
154
Flotta Rikreazzjonali
1568
161
Flotta Awziljarja (work boats)
26