Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9927 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għall-benefiċċju tal-mard

Question

Jista’ l-Ministru jirrimedja l-problema li l-anzjan b'diżabilità li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiffaċċja mad Dipartiment u cioè li la qed jingħata benefiċċju tal-mard u agħar minn hekk qed jiġi mitlub jirrifondi l-flus li huma dovuti lilu bi dritt taħt l-iskema tas-sickness benefits ? Billi fil-mument dan l-individwu jeħtieġ urġenti l-flus għall-kura sabiex jieħu ħsieb saħħtu fl-eta ta' 69 sena u dan minkejja li huwa wkoll bla saqajn, jista l-Ministru jitratta u jirrimedja l-każ imsemmi immedjatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9676.

taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9676.

Produzzjoni tas-siġar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9477 u 8921 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #9850 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9479 u 8813 u jara li jindirizza l-bżonn urġenti tal-famlija li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament minħabba l-urġenza tal-mard fil-famlija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-applikanta msemmija qiegħda tistenna fil-waiting list ma’ l-applikanti l-oħra peress li l-Awtorita’ tad-Djar għadha ma’ identifikatx post adekwat għalija.

Bdiewa, raħħala u sajjieda — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hija ċ-ċifra ta' flus li għandha titħallas lill-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin separatament bħala sussidju mill-Unjoni Ewropea rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-mistoqsija tirrikjedi aktar xogħol u għalhekk għandna bżonn aktar żmien sabiex inkunu nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #9852 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentri tas-Saħħa — Persuni li wżaw servizz

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9480, tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw is-servizz ta' Ċentru tas-Saħħa, ċentru b'ċentru f'Għawdex matul dawn l-ewwel xhur ta' din is-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

Produzzjoni tal-kompost — verifiki fil-laboratorji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8923, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-livelli li kkompożizzjonaw il-kompost u dan fid-dawl li ma sarux verifiki fil-laboratorji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress, li kif diġà nfurmajt l-Onor Membru fir-risposta tal-mistoqsija 8923, ma kienux meħtieġa verifiki fil-laboratorji, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Laħam tat-tjur tas-simna — produzzjoni attwali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9254 u 8473, jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu raġunijiet/konsegwenzi li l-produzzjoni waqa' f'dawn il-livelli meta d-domanda għal laħam abjad żdiedet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Buskett — tal-bagħal - żvilupp tar-riabilitazzjoni tar-razzett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9212, jista' l-Ministru f'dan l-istadju jinformani kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-proġett inkwistjoni kif pjanata fis-sottomissjoni tal-applikazzjoni imsemmija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta tal-mistoqsija nru 9212.
Leg 11 PQ #9688 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumitati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8892, 8171 u 7659 u jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #9498 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8812 u jindirizza t-talba pendenti tal-persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament u dan fid-dawl tal-problemi serji li qed tiffaċċja din il-familja kawża ta' mard? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp tal-inoteka tal-inbid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9211, jista' l-Ministru jinfurmani meta se jkun il-mument u ċirkostanzi li huma opportuni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta tal-mistoqsija nru 9211.

lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis

Question

B'referenza għat-tniġġis tal-livelli tan-nitrati u tniġġis ieħor tal-aquifer, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8922 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinfurmani liema huma l-aktar żoni/lokalitajiet li għandhom livelli għolja ta' tniġġis f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

taxxa miġbura f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9210 u 8297 u jgħarrafni kemm inġabret taxxa f'ċifra ta' flus globali mit-Tax Compliance Unit matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn sena b'sena għall-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-funzjoni tat-TCU ma hix dik li tiġbor it-taxxa, iżda li tinvestiga każijiet li għandhom x’jaqsmu ma evażjoni ta’ taxxa. Is-sistema li biha tinġabar it-taxxa globalment, ma tidistingwix minn taxxa illi taxpayer iħallas jew irid iħallas, minn dik li tkun ġiet investigata mit-TCU. Kont ta’ taxpayer jista’ jkun jikkonsisti minn taxxa dovuta / dikjarata b’mod normali kif ukoll minn taxxa oħra investigata, multi u interessi. It-taxxa li tinġabar f’xahar partikolari tista tkun magħmula minn pagamenti fil-kors normali tal-ġbir, pagamenti akkont fuq investigazzjonijiet, ħlas ta’ multi u interessi, kif ukoll ħlasijiet fuq perjodi oħra li ma kienux taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor Interpellant ma tistax tiġi kwantifikat u mogħtija.
Leg 11 PQ #9677 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8965 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsiet parlamentari 8272 jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni rigward id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Kummissjoni li ltaqgħet matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena hija l-Food Safety Commission.
Leg 11 PQ #3993 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #4296 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #4578 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4296 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.