Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija f'Ħad-Dingli matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha żewġ rapporti ta’ serq minn residenzi f’Ħad-Dingi, li wieħed kien jikkonċerna oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenza.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara testijiet li saru, is-solid waste mill-apparat tal-flue gas desulpharising installat fuq l-impjant il-ġdid jidher li ma jistax jiġi riċiklat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru u d-dekasteru inkluż dipartimenti li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35654.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fir-Rabat Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġiet irrapurtata lill-pulizija serqa wahda minn stabbilimenti kummerċjali fir-Rabat Malta, li kienet għad-detriment ta’ parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija f'Ħad-Dingli matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ma ġiet irrapurtata lill-pulizija ebda serqa minn stabbilimenti kummerċjali f’Had-Dingli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija f'Ħaż-Żebbuġ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija 4 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali f’Haż-Żebbug, li 2 kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fl-Imġarr Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija żewġ serqiet minn stabbilimenti kummerċjali fl-Imġarr Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fl-istabbilimenti kummerċjali rapportati lill-pulizija fl-Imdina matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-pulizija 2 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali fl-Imdina, li t-tnejn li huma kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija fir-Rabat Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha erbatax il-rapport ta’ serq minn vetturi fir-Rabat Malta.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — servizz tad-dawl sospiż
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien sospiż is-servizz tad-dawl f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — każijiet ta' fawran tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rappurtati li saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha tnax-il rapport ta’ fawran tad-drenaġġ jew leakages tad-drenaġġ fiż-żona msemmija kif ġej:
Burmarrad 1
San Pawl il-Baħar 4
Buġibba 1
Qawra 3
Xemxija 3
Ninsab infurmat ukoll li b’leak tad-drenaġġ inkunu nifhmu kwantita’ żgħira ħafna ta’ runoff madwar it-tappieri tad-drenaġġ.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol irrapportati lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor interpellant li kien hemm 1403 persuni li għamlu talba għall-benefiċċju għall-korriment fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel sit xhur tas-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapportati lill-pulizija 303 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, li 81 kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Każijiet ta' serq ta' karozzi privati u jew self drive
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq ta' karozzi privati/self drive rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapportati lill-pulizija 163 serqa ta’ vetturi.