Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 310 u jgħid kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali pendenti li d-Dipartiment tal-Finanzi għandu jħallas fuq kuntratti tax-xogħlijiet approvati mill-Istat sal-lum? Jista' jgħarrafni bil-breakdown ta' din iċ-ċifra bħal per eżempju, xogħlijiet fuq toroq, affarijiet mediċi, apparat, eċċ.?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tas-Salib limiti tar-Rabat — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Peress li kulma jmur il-provvista tad-dawl single phase fl-inħawi tas-Salib limiti tar-Rabat qed tkun sospiża għal ħin twil ta' spiss b'detriment għall-familji residenti fl-inħawi msemmija u b'riżultat li dan qed joħloq inkonvenjent kemm għal użu personali u anke għall-mestier tax-xogħol tagħhom, jista' l-Gvern jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni billi jsir it-three phase għal din iż-żona rurali ħalli tissaħħaħ il-provvista tad-dawl u s-sitwazzjoni għar-residenti tiġi għan-normal? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-qtugħ fis-sistema tal-elettriku dan l-aħħar fl-inħawi msemmija kienet kawża ta’ ħsarat fuq is-sistema ta’ vultaġġ għoli. Dan m’għandu x’jaqsam xejn mal-estenzjoni ta’ ‘three phase’ fuq is-sistema tal-vultaġġ baxx. Ninsab infurmat li l-Enemalta tkun lesta testendi dan is-servizz ta' three phase kemm il-darba issir applikazzjoni għalih li sa issa m'hemmx.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5580 u 5123 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ. tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5123, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari msemmija hawn taħt. 7499 6927 6617 6208 6118 5580
Leg 11 PQ #10276 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9947, 9688, 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 88 pazjent li qed jiġu trattati għall-HIV, li 3 minnhom huma residenti ġewwa CCF.

Produzzjoni tas-siġar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9949, 9849, 9477 u 8921 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Baħar iċ-Ċagħaq — Triq il-Palm - tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9998 u jara li tiġi rranġata l-ħsara tal-ilma ħiereġ fi Triq il-Palm, Baħar iċ-Ċagħaq immedjatament peress li l-ilma ilu ħiereġ jumejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt issewwiet.
Leg 11 PQ #10302 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kundizzjoni ta' kera aħjar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8985, jista' l-Ministru jirrimedja immedjatament sabiex il-familja li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, issolvi l-problemi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kirjiet li hemm b’lura huma dovuti lill-Kummissarju ta’ l-Artijiet. Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7972 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7972.
Leg 11 PQ #10034 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għall-benefiċċju tal-mard

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9927 u l-fatt li l-anzjani in kwestjoni huma morda u anke bedridden, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment jikkomunika huwa stess sabiex jiġi rimedjat dan il-bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li d-dettalji tal-persuna kkonċernata ma humiex korretti. Għaldaqstant nitlob l-Onor Membru li jivverifika d-dettalji mogħtija.
Leg 11 PQ #10215 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fit-titjiriet

Question

B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 9924, u cioè t-tnaqqis fit-titjiriet lejn Malta għax-xitwa u sajf li ġej mill-British Airways, jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-kontenut u l-bazi tal-mistoqsija parlamentari in kwestjoni u jgħid jekk il-Gvern huwiex se japprova l-proposta tar-Ryanair sabiex jibbażaw żewġ ajruplani f'Malta biex iġorru 600,000 turist fis-sena u cioè 300,000 fix-xitwa li ġejja u 300,000 għas-sajf tas-sena dieħla minn 14-il rotta ġdida u dan sabiex ma jaffettwawx assolutament ir-rotot attwali tal-AirMalta, filwaqt li jġibu aktar turisti għax-xitwa li ġejja u dan meta l-qagħda attwali tindika li se tkun l-agħar xitwa għall-gżejjer tagħna għal dak li jirrigwarda n-numru ta' turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern kostantement jevalwa l-possibilitajiet kollha li jippreżentaw ruħhom quddiemu bl-iskop li jissalvagwardja l-air seat capacity li tgħaqqad lil Malta mas-swieq li jiġġeneraw it-turiżmu. L-għażliet tal-Gvern huma bażati fuq prinċipji ta’ sostenibilità u jintagħmlu wara li jiġu kunsidrati l-effetti kollha, diretti w indiretti, li rota ġdida jista’ jkollha fuq rotot eżistenti.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #9947 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar HIV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9688, 9354 u 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Laħam tat-tjur tas-simna — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9678 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9254 u 8473, jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu raġunijiet/konsegwenzi li l-produzzjoni waqgħet f'dawn il-livelli meta d-domanda għal laħam abjad żdiedet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nitlob l-Onor Membru biex jispjega kif wasal għall-konklużjoni li d-domanda għall-laħam abjad żdiedet, nixtieq infakkru li llum hawn suq liberalizzat u għalhekk, l-għażla hija f’idejn il-konsumatur liema prodotti jixtri.

Produzzjoni tas-siġar tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9849, 9477 u 8921 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bdiewa, raħħala u sajjieda — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9851 u jagħti breakdown ta' kemm hija ċ-ċifra ta' flus li għandha titħallas lill-bdiewa, raħħala u sajjieda Maltin u Għawdxin separatament bħala sussidju mill-Unjoni Ewropea rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku u jindika għal liema perjodu qed jirreferi.

Produzzjoni tal-Kompost — verifiki fil-laboratorji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9853, jista' l-Ministru jinforma kif il-parlament Malti jista' jkun infurmat bl-informazzjoni tal-verifiki tal-livelli li semmew fil-mistoqsija parlamentari 9853 u dan fid-dawl li dan il-kompost jintuża mill-bdiewa biex ikabbru l-uċuħ tagħhom tal-prodotti li jikkonsma kulħadd?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta tal-mistoqsija 9853.
Leg 11 PQ #9924 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fit-titjiriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li l-qagħda fis-settur turistiku lokali hija tali li l-British Airways naqqset it-titjiriet tagħha b'erba' flights fil-ġimgħa fl-istaġun tax-xitwa u probabbilment tnaqqas erba' flights kuljum fl-istagun tas-sajf ? Jirriżultalu l-Prim Ministru li quddiem dan l-impatt negattiv fuq is-settur turistiku lokali, il-Gvern Malti warrab ukoll it-talba ta' Ryanair sabiex tiftaħ flotta f'Malta u topera għal 12-il destinazzjoni ġdida li l- AirMalta ma tlaħħaqx u b'dan il- commitment iġġib 300,000 turist fix-xitwa u 300,000 turist fis-sajf , u dan billi irrimedja u żied żewġ titjiriet bl- AirMalta għal Londra kuljum biex jilqgħu kemm għat-titjiriet li naqqset il- British Airways u għat-telf tal-opportunità tas-suq li Ryanair riedet tiżviluppa f'Malta? Jekk huwa l-każ, jista’ l-Prim Ministru jirrifletti u jinvestiga mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Gvern Malti u dan bil-għan li tiġi evitata l-agħar kriżi f'din l-industrija li laqtet lil pajjiżna b'mod partikolari bis-sitwazzjoni attwali fl-inħawi ta' Bugibba, Qawra, San Pawl il-Bahar u l-Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-mistoqsija sottomessa fiha numru ta’ inkonsistenzi u żbalji. Id-deċiżjoni tal-British Airways li twaqqaf is-servizz lejn Malta mix-xitwa li ġejja ma kienx motivat minn fatturi lokali biss iżda minħabba l-kriżi enormi internazzjonali li qedgħa taffetwa t-turiżmu dinji. Fil-fatt, flimkien ma’ Malta, l-BA se twaqqaf ukoll numru ta’ titjiriet lejn destinazzjonijiet kbar fi Spanja bħal Palma, Barċelona u Madrid. Iċ-ċifri kkwotati fuq titjiriet inqas “kuljum” mill-British Airways għal dan is-Sajf u titjiriet iżjed “kuljum” mill-Airmalta ma jirriżultawx li huma korretti. L-anqas huwa korrett li wieħed iħallat din id-deċiżjoni ma’ proposti sottomessi minn linji tal-ajru oħrajn, li għadhom qed jiġu evalwati għal mertu tagħhom. L-istrateġija tal-gvern fil-qasam ta’ aċċessibilita bl-ajru hija waħda mibnija fuq bilanċ sostenibbli li jfittex li jkabbar is-suq mingħajr, kemm jista’ jkun, ma jżarmax knisja sabiex jibni oħra. Malta teħtieġ l-akbar wesgħa ta’ servizzi bl-ajru legacy, kif ukoll low cost, apparti t-titjiriet charter mill-operaturi tal-ivvjaġġar. Huwa frott ta’ din l-istrateġija li rnexxielna nżommu l-air-seat capacity għal dan is-sajf fl-istess livell tas-sena l-oħra, meta destinazzjonijiet kompetituri tagħna qedgħin jiffaċċjaw tnaqqis drastiku fl-aċċessibilita’ tagħhom.

Bdiewa — ħlas tal-elettriku - three face u single face

Question

Jirriżultalu l-Ministru li l-bdiewa għolielhom il-ħlas tas-servizz tal-elettriku three phase minn Lm24 għal Lm150 fis-sena u għal dak li jirrigwarda single phase għola minn Lm12 għal Lm 60/70 fis-sena u dan minbarra li għola sostanzjalment kull unit? Jekk huwa l-każ, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex m'oġġezzjonax għal din iż-żieda fis-servizzi tal-elettriku?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bħalma jaf l-Onor Membru meta t-tariffi tad-Dawl u l-Ilma ġew preżentati fil-livell ta’ Kabinett, ġew diskussi l-effetti fuq is-setturi varji. Dawn iż-żiedet wieħed irid jarahom fi kwadru sħiħ u jieħu nkonsiderazzjoni wkoll l-għajnuna varja li s-settur qed jirċievi.
Leg 11 PQ #9926 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għall-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-individwu li għandu 70 sena u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mhux qed jieħu pensjoni? Jista’ jara wkoll li dan jigi kkuntattjat bil-għan li jirregola l-bżonnijiet meħtieġa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.