Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12041.
Leg 11 PQ #11856 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kirjiet ta' għamara u pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11659 u jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu ma sarux kirjiet ta’ għamara, pitturi u pjanti.
Leg 11 PQ #11909 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11668 u jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12138 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — ħaddiema barranin - Kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella t’hawn taħt. Numru ta’ ħaddiem barranin b’kuntratt Salarju (2009) € Nazzjonalita’ Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ 1 €10,366 (li jiżdied b’€466 fis-sena sa’ massimu ta’ €13,162 fis-sena) Ingliża Awtorita' tad-Djar 1(fuq kuntratt indefinit, bir- reduced hours - 20 siegħa fil-ġimgħa) €19,000 (sa’ massimu ta’ €23,800 fi żmien 6 snin) Ġermaniż – bil- Freedom of Movement f’ Malta Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.
Leg 11 PQ #12139 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

romol — paga u pezjoni

Question

Quddiem l-esiġenzi attwali tal-ekomomija lokali u l-ħtieġa ta' aktar flus li jeħtieġu l-familji Maltin u Għawdxin, jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala miżura temporanja fil-budget li ġej li jissospendi l-kundizzjonijiet tar-romol li jaħdmu, u ċioe jara li jkollhom dħul aktar mill-paga minima nazzjonali ? Billi din il-miżura tgħin ħafna lil dawk il-familji li tilfu l-għeżież tagħhom jiġġeneraw dħul aktar quddiem l-isfida li toffri t-trobbija ta' l-ulied u ħteġijiet oħra li ġġib il-familja, jista' l-Ministru japprova din il-miżura b'effett tal-approvazzjoni tal-estimi tal-budget 2010?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Diviżjoni qed tagħmel studju fuq 'overhaul' ġenerali tal-benefiċċji kollha u nassigurah illi s-suġġeriment tiegħu jingħata l-importanza li ħaqqu.
Leg 11 PQ #12130 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12133 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' sitta. Erbgħa minnhom għandhom salarju ta' Skala 4, wieħed ta' Skala 5 u l-ieħor ta' Skala 9; filwaqt li tnejn huma ta' nazzjonalita' Ċeka, l-oħrajn huma ta' nazzjonalita' Russa, Pollakka, Ukranja u Bulgara.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lin-numru ta’ barranin jaħdmu hu seba (7). Ħamsa, li jaħdmu l-Biċċerija, huma Taljani u għandhom salarju ekwivalenti għal Grad 5 mal-Gvern. Konsulenta Ġermaniza taħdem mal-Malta Centre for Fisheries Sciences, b’salarju ta’ €22,800 fis-sena ffinanzjati mill-UE. Konsulent Kanadiż li hu mpjegat mill-WasteServ b’salarju ta’ €14,398 fis-sena.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Artijiet — raba' bagħli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' bagħli f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba, irid isir eżerċizzju sħiħ li jinvolvi ħafna ħin u riżorsi minħabba li għad m’għandniex il-mezzi teknoloġiċi biex tagħmel dan. Għaldaqstant, it-Taqsima tal-Proprjetà tal-Gvern mhix f’pożizzjoni li tagħti din l-informazzjoni, għad li tali informazzjoni tkun tista’ tingħata kemm –il darba li jkun hemm is-sistema l-ġdida ta’ IT fil-GPD. L-implimentazzjoni ta’ din is-sistema huwa mistenni li jibda fix-xhur li ġejjin.

Dipartiment tal-Artijiet — raba saqwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' saqwi f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12140.

Dipartiment tal-Artijiet — raba' xagħri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-daqs ta' art raba' xagħri f'Malta u Għawdex li huwa fit-titolu tal-Gvern u/jew jaqa' taħt il-kontroll assolut tad-Dipartiment tal-Artijiet u/jew dipartimenti/awtoritajiet/entitajiet governattivi eċċ. fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12140.
Leg 11 PQ #12143 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

sensji u tkeċċija minn fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ingħataw sensji/tkeċċija minn fuq il-post tax-xogħol matul ix-xahar ta' Ottubru 2009 separatament f'Malta u Għawdex rispettivament? Jista' jipprovdi wkoll informazzjoni dwar minn liema industrija u natura ta' xogħol eċċ. ingħataw dawn is-sensji?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Irziezet Attivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rziezet f'Malta u Għawdex li huma fit-titolu tal-Gvern Malti fil-preżent? Jista' jgħid kemm minn dawn l-irziezet huma attivi rispetivament f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija, ma tinżammx peress li tiddependi minn informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija.

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11674 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent jaħdmu 439-il persuna abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11676 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12043 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11679 u jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuti sal-aħħar tas-sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Iktar informazzjoni għada qed tinġabar.