Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet għal pendenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet għal pendenzi fuq il-VAT li rċieva d-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena? Kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet globali li għandu fil-mument quddiemu d-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul din is-sena? Kemm fil-fatt huwa n-numru globali ta' oġġezzjonijiet li għandu quddiemu d-Dipartiment fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13184 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tar-relief

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12903 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal relief/benefiċċju waqt il-qgħad matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13185 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Benefiċċju tal-allowances tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12902 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-allowance tat-tfal matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13186 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-Industrial Diseases

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12905 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-industrial diseases matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Malta Għawdex Numru ta’ talbiet 2808 96 Talbiet approvati 1645 55 Talbiet pendenti 163 6 Talbiet mhux approvati 1000 35
Leg 11 PQ #13195 Sitting 174 2009-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12901 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-mard matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13058 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fabbriki lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13059 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ta' opri tal-baħar lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13071 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn stabbilimenti/ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbiliment/ħwienet kummerċjali lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13172 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — drogi rappurtati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12928, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni in kwestjoni huma fuq programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' persuni li qegħdin fuq programm ta' riabilitazzjoni mid-droga huwa kif ġej:- Caritas 15 Sedqa 12 SATU 13
Leg 11 PQ #13173 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjoni tal-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12904 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-61 sena matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk :- Malta Għawdex Numru ta’ talbiet 3723 293 Talbiet approvati 2849 238 Talbiet pendenti 482 32 Talbiet mhux approvati 393 23

Dipartiment tal-VAT — dħul minn multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-multi li ħareġ id-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għalliema, kapijiet u casual teachers — sick leave

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12809 u tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema/kapijiet u casual teachers li rrapportaw sick minn mindu bdiet is-sena skolastika 2009/2010 rispettivament f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti l-informazzjoni abbażi ta' kindergarten, skola primarja, skola sekondarja eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13036 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet għal pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12807 u jgħid kemm, fil-preżent, huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha għall-iżvilupp ta' pompi tal-fuel f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pompi tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12806 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pompi tal-fuel reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament fil-mument? Kemm minn dawn huma konformi mar-regoli/direttivi abbażi ta' dan il-ġeneru tal-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #13055 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/ standards tal-Unjoni Ewropea? X' assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis a vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i standards /regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13056 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ta' karozzi reġistrati lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13057 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12904 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjoni tal-61 sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-61 sena matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12905 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-Industrial Diseases

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-industrial diseases matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.