nisa separati li jieħdu r-rielef u/jew benefiċċji oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nisa separati li jieħdu r-rielef u/jew benefiċċji oħra fil-mument f'Malta u Għawdex
separatament ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ nisa separati li qegħdin jieħdu xi tip ta’ benefiċċju mid-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali huwa ta’ 10,815 ġewwa Malta u 348 ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' familji li jirċievu children's allowances għal erbat itfal u aktar, f'Malta u Għawdex separatament ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ familji li jircievu iċ-children allowance għal erbat itfal u aktar huwa ta’ 520 familja ġewwa Malta u 53 familja ġewwa Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, fil-preżent, huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha għall-iżvilupp ta' pompi tal-fuel f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha dsatax-(19) il applikazzjoni għall-iżvilupp ta' pompi tal-"fuel", sittax (16) f'Malta u tlieta (3) f'Għawdex.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "pump", "pompa", "
fuel
", "
diesel
", "
petrol
" jew "
station
".
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12807 u jgħid kemm, fil-preżent, huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha għall-iżvilupp ta' pompi tal-fuel f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12807.
Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet għal pendenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet għal pendenzi fuq il-VAT li rċieva d-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena? Kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet globali li għandu fil-mument quddiemu d-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ oġġezzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena huwa 1,137.
Ngħarraf ukoll, li n-numru ta’ oġġezzjonijiet li għadhom pendenti huwa 176.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' oġġezzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul din is-sena? Kemm fil-fatt huwa n-numru globali ta' oġġezzjonijiet li għandu quddiemu d-Dipartiment fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' oġġezzjonijiet li rċieva d-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul din is-sena (sa l-aħħar ta’ Ottubru) hu ta’ 810. In-numru globali ta' oġġezzjonijiet li għandu quddiemu d-Dipartiment fil-mument hu ta’ 1,837.
Każijiet ta' korruzzjonijiet mressqin quddiem l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' korruzzjoni li tressqu quddiem il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minnhom ġew trattati u kemm għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, tressqu:
9 każi fis-sena 2005;
5 każi fis-sena 2006;
14-il każ fis-sena 2007;
2 każi fis-sena 2008, u
5 każi fis-sena 2009.
Dawn il-każi ġew kollha trattati minn din il-Kummissjoni fejn minnhom baqa’ biss 2 każi pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li ma kkonsultax u għarraf bid-deċiżjonijiet tiegħu lill-eks Kummissarju Malti fl-Unjoni Ewropea Dr. Joe Borg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġà iddikjarajt pubblikament, il-premessa tal-mistoqsija hi żbaljata.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/
standards
tal-Unjoni Ewropea?
X'
assessment
għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni?
X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini
vis a vis
l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident?
X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i
standards
/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument?
Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13174 u jgħid kemm kien id-dħul mill-multi li ħareġ id-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ multi ġġenerati mid-Dipartiment tal-VAT matul din is-sena kien ta’ € 8,295,793.45 li minnhom tħallsu € 333,282.02.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tar-relief
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13184 u 12903 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal relief/benefiċċju waqt il-qgħad matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għar-Relief/Benefiċċju waqt il-Qgħad matul is-sena f’Malta u Għawdex separatament huma hekk :-
Malta
Relief
Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad
Benefiċċju tal-Qgħad
Numru ta’ Talbiet
1377
938
17039
Talbiet Approvati
1032
938
4468
Talbiet Pendenti
24
0
640
Talbiet Mhux Approvati
321
0
11931
Għawdex
Relief
Benefiċċju Speċjali tal-Qgħad
Benefiċċju tal-Qgħad
Numru ta’ Talbiet
108
40
1554
Talbiet Approvati
102
40
263
Talbiet Pendenti
1
0
43
Talbiet Mhux Approvati
5
0
1248
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li peress li l-produzzjoni tal-ħalib ssir minn ditta privata, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għax hi ta’ natura kunfidenzjali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti :
BS7117-1:1991 :
Metering Pumps and Dispensers
EN1360:1997 :
Rubber hoses and assemblies
BS EN 12285-1 :
Fabrication of Steel Tanks
BS EN 13616 :
Overfill Prevention Devices
BS EN 858 :
Separator Systems
PPG3 :
Pollution Prevention Guidelines
BS EN 13160 :
Leak Detection Systems
BS EN 13617 :
Petrol Filling Stations?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti ?
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjonijiet tar-romol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12900 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjonijiet tar-romol matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Malta
Ghawdex
Numru ta’ talbiet
894
64
Talbiet approvati
800
57
Talbiet pendenti
52
3
Talbiet mhux approvati
42
4
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12710 u 12885 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Faċilità korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12929, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-irġiel u n-nisa jinsabu jinskontaw sentenza abbażi ta' każijiet relatati mat-traffikar tad-droga u kemm minnhom abbażi ta' każijiet relatati mal-vizzju tat-teħid tad-droga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12929, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-322 persuna ħadu u/jew jinsabu jieħdu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13172.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzjoni tal-Majjal frisk sa l-aħħar ta' Ottubru 2009 kienet ta' 6,008,517 kilo li minnhom 5,749,249 kilos oriġinaw minn irziezet f'Malta u 259,268 kilos oriġinaw minn irziezet f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur frisk f'Malta u Għawdex separatament matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni ta' laħam tat-tjur sa l-aħħar ta’ Ottubru 2009 kienet ta' 5,614,791 kg. li minnhom, 4,637,931 kg oriġinaw minn irziezet f’Malta u 976,860 kg oriġinaw minn irziezet f'Għawdex.