Jista’ l-Ministru jgħid skond id-Dipartiment tas-Saħħa kemm huwa n-numru ta' tobba llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta jew f'Għawdex rispettivament? Kemm minnhom iservu fil-privat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' tobba veterinarji llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta u kemm f'Għawdex rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna? Kemm swiet iċ-ċifra ta' flus l-ispiża globali għal dan l-ilma riċiklat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-kompost mill-impjanti lokali li jirriċiklaw l-iskart? Kemm swiet f'ċifra ta' flus globali l-ispiża għal dan ir-riċiklaġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor membru ghar-risposta tal-mistoqsija nru 8923.
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — numru ta' pets importati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, skond id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji kemm huwa n-numru ta' annimali, għasafar, ħut u speċi oħra li ġew importati bħala petsf'Malta u Għawdex separatament, matul l-2009?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret mit-tobba veterinarji fuq l-irziezet f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009, rispettivament? F’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm xi negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali u/jew tjur? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti u/jew weħlu multi abbażi tan-nuqqasijiet li kkommettew?
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm-il persuna ġiet rapportata nieqsa lill-pulizija? Kemm minnhom instabu? Kemm kienu tfal, żgħażagħ, nisa, irġiel u/jew ta' ċittadinanza barranija? Kemm minnhom instabu mejta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 kien hemm 391 persuna li ġew irrappurtati nieqsa, 364 minnhom ġew rintraċċati, u 4 minnhom instabu mejta. Tagħrif dwar il-kumplament tal-mistoqsija huwa kif ġej:-
Maltin
Barranin
Eta
Irgiel
Nisa
Irgiel
Nisa
0 – 17
47
92
24
26
18 – 60
55
52
38
30
61 +
13
4
7
3
Total
115
148
69
59
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kien in-numru ta' persuni rapportati lill-pulizija li tilfu ħajjithom traġikament u/jew instabu mejta? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita barranija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 kien hemm 91 persuna li tilfu ħajjithom traġikament. Minn dawn kien hemm 15-il persuna ta' nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema li daħlu fl-Isptar Monte Carmeli matul din is-sena u meta saret is-sejħa għall-impjieg in kwestjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu matul din is-sena ? Kemm kien hemm bniet, subien jew tewmin eċċ.?
Kemm minnhom twieldu minn ommijiet xebbiet u x'nazzjonalità kellhom ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 1954 tarbija. Minn dawn 944 kienu bniet u 1010 kienu subien. F’dan il-perjodu twieldu 24 par tewmin u 1 ‘triplets’.
Kien hemm ukoll 477 omm irraportati bħala ‘
single
’ minn dawn 37 kienu rraportati ta’ nazzjonalità barranija.
numru ta' trabi li twieldu minn ommijiet ta' nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu minn ommijiet ta' nazzjonalità barranija matul din is-sena?
Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 174 tarbija minn ommijiet irrapportati b’nazzjonalità barranija.
It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm twieldu trabi minn ommijiet irrapportati b’nazzjonalità barranija f’dawn l-aħħar ħames snin.
Sena
Trabi li twieldu minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija
2004
172
2005
239
2006
297
2007
311
2008
413
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13418 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti :
BS7117-1:1991 :
Metering Pumps and Dispensers
EN1360:1997 :
Rubber hoses and assemblies
BS EN 12285-1 :
Fabrication of Steel Tanks
BS EN 13616 :
Overfill Prevention Devices
BS EN 858 :
Separator Systems
PPG3 :
Pollution Prevention Guidelines
BS EN 13160 :
Leak Detection Systems
BS EN 13617 :
Petrol Filling Stations?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti ?
Jista' l-Ministru jinforma x'inhi l-pożizzjoni tal-impjieg tal-ħaddiema ta' Ħal-Ferħ fil-mument? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-qagħda tal-impjiegi tal-ħaddiema tal-lukanda ta' Selmun? Kemm huwa numru ta' ħaddiema fiż-żewġ lukandi u x'karigi u xogħol għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kemm il-ħaddiema ta' Ħal Ferħ kif ukoll dawk ta' Selmun Palace Hotel għandhom kuntratt ta' xogħol mal-kumpanija rispettiva tagħhom. L-ishma kollha tal-kumpanija Ħal Ferħ inbiegħu fit-23 ta’ Diċembru lil-kumpanija Island Hotels Group Ltd u Golden Sands Resort Ltd bħala parti minn tender pubbliku mmexxi mil-Lands Department. Proċess ieħor simili ta’ tender pubbliku huwa bħalissa għaddej li jinkludi fih il-bejgħ tal-ishma kollha tal-kumpanija Selmun Palace Hotel Co Ltd.. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar kif inhuma mqassma l-impjegati fiż-żewġ kumpaniji.
Il-ħaddiema ta’ Hal-Ferħ illum jagħmlu parti mill-Island Group waqt li dawk ta’ Selmun jimxu mal-operaturi prospetivi la darba l-proċess ta’ bejħ jiġi konkluż.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa/hija il-Public Relations Officer il-ġdid fl-Isptar Monte Carmeli? X'salarju u kundizzjonijiet għandu/ha? Meta ħarġet is-sejħa għall-uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi għall-Isptar Monte Carmeli?
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Benefiċċju tal-allowances tat-tfal
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13185 u 12902 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-allowance tat-tfal matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għall-Allowance tat-Tfal matul is-sena f’Malta u Għawdex separatament huma hekk:-
Malta
Għawdex
Numru ta’ Talbiet
42326
3423
Talbiet Approvati
41854
3402
Talbiet Pendenti
379
18
Talbiet Mhux Approvati
93
3
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tal-mard
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13195 u 12901 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-mard matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifri kif mitluba minnu dwar talbiet għall-benefiċċju għal mard huma hekk:
Malta
Għawdex
Numru ta’ talbiet
25018
1998
Talbiet approvati
21500
1767
Talbiet pendenti
1159
34
Talbiet mhux approvati
2359
197
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13198, 12710 u 12885 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ommijiet xebbiet reġistrati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet li fil-preżent huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom bdew jieħdu l-benefiċċji soċjali / children's allowances eċċ. matul din is-sena ? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta’ ommijiet xebbiet li fil-preżent huma irregistrati mad-Divizjoni tas-Sigurtà Socjali jammonta għal 5,562
Minn dan in-numru, 1,355 bdew jiehdu xi tip ta’ benefiċċju soċjali matul is-sena 2009 u li minnhom 153 huma ta’ nazzjonalità barranija.