Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul gloabli mit-taxxa tal-VAT matul l-2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2009 id-dħul mit-taxxa tal-VAT kien kif spjegat hawn taħt:
Dħul Globali Rifużjonijiet Dħul Nett
Euro Euro Euro
539,217,558 85,808,646 453,408,912
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' avvelinament fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Jista' l-Ministru jgħid skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' ħaddiema globali f'Malta u Għawdex separatament li rrikkorrew għas-sick leave matul l-2009? Kemm minnhom kienu nisa?
Jista' l-Ministru jgħid skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' ħaddiema globali f'Malta u Għawdex separatament li korrew u/jew tilfu ħajjithom matul l-2009? Kemm minnhom kienu nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm (8) tmien każijiet ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol u dawn kienu kollha f’Malta u kollha rġiel.
Dwar kemm kien hemm ħaddiema li korrew matul l-istess sena, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet li ħadu l-maternity leave matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet?
persuni li nqabdu jabbużaw minn xi servizz tas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jabbużaw minn xi forom ta' servizzi tas-saħħa matul l-2009? Kemm minn dawn il-każijiet intalbu jagħtu kumpens lura?
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' familji li bbenefikaw mill-benefiċċju taċ-Children's Allowance matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' mard rari matul l-2009? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija ?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdoze f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kien in-numru ta' każijiet ta' moħqrija fuq l-annimali, tjur, pets eċċ. rapportati lill-pulizija? Kemm tressqu każijiet il-Qorti abbażi ta' dawn ir-rapporti f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 ġew irraputati lill-Pulizija 108 każ ta' moħrija ta' annimali. Matul l-istess żmien kien hemm 20 persuna li ttellgħu il-Qorti fuq dawn ir-reati, wieħed minnhom f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rapportati lill-pulizija matul l-2009 f'Malta u Għawdex, separatament? Kemm minnhom kienu tfal, ommijiet xebbiet, żgħażagħ, nisa u/jew irġiel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:14009 - Victims of Domestic Violence.doc
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm-il każ ta' vjolenza fuq l-anzjani ġie rapportat lill-pulizija f'Malta u Għawdex, separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 kien hemm 185 persuna ta' sittin jew aktar, li kienu vittmi ta' xi tip ta' vjolenza kriminali. Minn dawn kien hemm żewġ każijiet f'Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew kumpaniji privati li l-pulizija ressqet quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex rispettivament, matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru għadha qed tinġabar.