Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju tal-produzzjoni lokali taċ-ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali taċ-ċanga friska matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Biċċerija — ċifra globali tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jagħi breakdown staġun bi staġun ta' kemm kienet iċ-ċifra globali tal-fuel li ntuża fil-biċċerija matul l-2009 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14047 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali għall-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Uffiċju tal-Prim Ministru u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-2009 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ċifra globali għall-fuel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijet Barranin jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ambaxxati, Ministeru u dipartimenti, dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ambaxxati, Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin matul 2009 hija ta' € 77,774.
Leg 11 PQ #14049 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ċifra globali għall-fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul l-2009 rispettivament kienet ta' €390,093.94, li minnhom €269,613.51 kienu għall-fuels Non Transport.

self employed — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance hu ta’ 20,385. Iċ-ċifra ta’ flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument hi ta’ €37,508,741.

Sussidju fuq il-laħam importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-laħam importat matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi taħt l-iskema tal-SMPPMA ma jingħata l-ebda sussidju fuq il-laħam importat

Sussidju fuq ġobon importat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-ġobon importat matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2009 ma tħallas l-ebda sussidju mill-Ministeru tiegħi fuq ġobon importat.

Sussidju fuq Qmuħ importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-qmuħ eċċ. importati matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul l-2009 ma tħallas l-ebda sussidju mill-Ministeru tiegħi fuq importazzjoni ta’ qmuħ.

Sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-laħam frisk tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-laħam frisk tal-majjal matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2009 thaħallsu €1,288,810 bħal sussidju fuq il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal. Tħallset ukoll is-somma ta’ €345,554 lill-KIM fuq il-gilts.

Sussidju fuq il-produzjzoni lokali tal-bajd frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-bajd frisk matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2009 tħallsu € 764,187.29 f’sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-bajd frisk.

Sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tjur tas-simna matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi matul l-2009 tħallsu €1,144,053.61 bħala sussidju fuq il-produzzjoni lokali tat-tiġieġ tas-simna.

Ċnus u/jew qbiela — dħul globali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali miċ-ċnus u/jew qbiela matul l-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali għas-sena 2009 minn qbiela kien ta’ €236,687 filwaqt li d-dħul minn kirjiet oħra ta’ postijiet kummerċjali u ċnus perpetwi jammonta għal €25,747,167.

Livelli tan-nitrati fl-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma matul is-sena 2009 f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku għal liema ilma qed jirreferi.

Produzzjoni agrikola fis-serer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet stmata l-produzzjoni agrikola fis-serer matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-istatistika tal-produzzjoni agrikola tinġabar b’mod sħiħ.

raħħala full-time u part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' raħħala full-time u part-time f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13241.

Kumpaniji — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' kumpaniji li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance hu indikat fit-tabella mehmuża hawn taħt. Filfatt, in-numru attwali ta’ kumpaniji li għandhom arretrati tal-Bolla u tan-National Insurance hu ta’ 5,612. Kumpanija partikolari li jkollha arretrati fuq diversi snin se tidher f’kull sena li jkun hemm xi bilanċ dovut, allura, in-numru ta’ kumpaniji fit-tabella jidher li huwa ikbar minn 5,612. Iċ-ċifra ta’ flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument hi ppreżentata fl-istess tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

self employed — arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.