Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-2009? Jista' jagħti ukoll breakdown ta' kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Liema nazzjonalità rrinunzjaw?
Response (BORG, TONIO)
Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif jidher fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninfurmah li minħabba li Malta taċċetta il-prinċipju ta' Ċittadinanza Doppja, kif ukoll Multipla, ħadd minn dawn il-persuni ma kellu għalfejn jirrinunzja ċ-ċittadinanza tiegħu jew tagħha.
Persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14016 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul l-2009 u fejn intbagħtu rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq din il-lista hemm imniżżel in-numru ta’ pazjenti li siefru għall-kura barra minn Malta u f’liema sptarijiet intbgħatu rispettivament. Preżentement il-lista ta’ pazjenti tinġabar b’mod globali u ma tkunx maqsuma bejn persuni u tfal.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14015 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu l-isptar għall-kura matul l-2009?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li matul l-2009 kien hemm 6123 tfal taħt l-14-il sena li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala In-patients u Day Cases. Dawn ma jinkludux it-trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14014 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' mard rari matul l-2009? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija ?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li m'kemmx reġistru nazzjonali ta' mard rari imma jekk l-Onor. Interpellant jista' jkun aktar speċifiku għal-liema mard rari qiegħed jirreferi, inkunu nistgħu nanalizzaw id-discharge diagnoses mill-Isptar Mater Dei għall-perjodu speċifikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14027 u jgħid kemm huwa n-numru ta' self employed li fil-mument għandhom arretrati għar-rigward tal-Bolla u tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus globali li dawn għandhom iħallsu fil-mument?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14027.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 5810, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi rigward il-ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ fi Vjal il-Ħaddiem, ir-Rabat?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14005 u jgħid kemm-il spezzjoni saret mit-tobba veterinarji fuq l-irziezet f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009, rispettivament? F’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm xi negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali u/jew tjur? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti u/jew weħlu multi abbażi tan-nuqqasijiet li kkommettew?
Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — numru ta' pets importati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14004 u jgħid, skond id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji kemm huwa n-numru ta' annimali, għasafar, ħut u speċi oħra li ġew importati bħala petsf'Malta u Għawdex separatament, matul l-2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi skond id-dipartiment tas-servizzi veterinarji, matul l-2009 f’Malta daħlu 482 klieb u qtates b'passaport validu u 148 klieb u qtates li kellhom jitqiegħdu l-kwarantina. Dawn il-klieb u qtates ġew kemm min Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja, kif ukoll minn Stati oħra li huma membri tas-sistema tal-ivjaġġar tal-klieb u qtates bil-passaport.
Matul l-2009, taħt is-sistema
Traces
ġew reġistrati wkoll movimenti ta':
Għasafar tal-Priza - 4
Pappagalli - 5333
Għasafar oħra - 2237
Rettili - 164
Mammiferi - 103
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14002 u jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna? Kemm swiet iċ-ċifra ta' flus l-ispiża globali għal dan l-ilma riċiklat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-2009 il-produzzjoni tal-ilma riċiklat għat-tisqija ammonta għal 1.24 miljun metru kubu bi spiża ta' €0.71 miljun.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14019 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-pazjenti ma jiddaħlux l-isptar minħabba teħid ta' droga iżda jiddaħlu meta jkollhom xi kundizzjoni fejn ikun hemm bżonn ta' kura akuta ġewwa sptar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14018 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdose f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
·
Kategorija A
: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi (ICD-10 codes X40 - X44)
·
Kategorija B
: Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
·
Kategorija C
: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14)
Ninsab infurmat li matul l-2009 il-każijiet ta’
overdose
li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti kif jidher hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar.
Ta’ min jinnota li dawn il-figuri jirreferu għal ‘
admissions
’ u mhux persuni għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien.
Kategorija A
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 28
Kemm minnhom kienu nisa: 15
Kemm minnhom kienu irġiel: 13
Kemm kienu taħt it-30 sena: 25
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 2
Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 1
Nazzjonalità barranija: 1 li kellu n-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’
Kategorija B
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 18
Kemm minnhom kienu nisa: 4
Kemm minnhom kienu irġiel: 14
Kemm kienu taħt it-30 sena: 8
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 10
Nazzjonalità barranija: 4 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 1 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘A’
Kategorija C
Numru ta’ pazjenti reġistrati: 197
Kemm minnhom kienu nisa: 93
Kemm minnhom kienu irġiel: 104
Kemm kienu taħt it-30 sena: 81
Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 109
Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 7
Nazzjonalità barranija: 12 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 18 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘A’
Dwar il-każijiet ta’ pazjenti li ddaħħlu l-isptar ta’ Għawdex minħabba
overdose
, l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — ċifra globali għall-fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat liċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitatjiet, jiġifieri il-Biċċerija, Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, l-BICC, id-DCS, l-EU Affairs, id-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura, il-Ministeru, id-dipartiment tal-esplorazzjoni għaż-żejt, PARK, l-Aġenzija tal-Ħlas, l-uffiċju tas-Segretarju Permanenti, Plant Health, id-Dipartiment tal-Programmi u Inizjattivi, Id-direttorat għall-Promozzjoni u Informazzjoni, RAPA, BED, CMD, CSD, DG Services, FMD, MSD – Kordin, MSD – Marsa, Uffiċju tad-DG Works, People Management, Vet Affairs & Fisheries, Wasteserv, MCST, u MRA u li jaqgħu taħt il-Ministeru, matul l-2009, u li jinkludu l-vetturi kollha (light cars, vanijiet, trukkijiet, bowsers, eċċ..) kienet ta’ € 936,919.94.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Politika Soċjali — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iktar tagħrif għadu qed jinġabar.
Sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-ħalib frisk
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali tal-ħalib frisk matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lis-sussidju li tħallas matul l-2009 fuq ħalib frisk kien ta’€ 1,318,101.47