Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14694 Sitting 195 2010-03-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sejħiet għall-impjegati ġodda maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa l-pjan tal-Gvern li joħorġu sejħiet għall-impjiei ġodda maċ-Ċivil matul din is-sena? F'liema dekasteri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sejħiet għall-impiegi ġodda maċ-ċivil sabiex jimtlew postijiet u pożizzjonijiet joħorġu kontinwament skont il-ħtieġa. Dawn is-sejħiet ikopru d-dekasteri kollha. Fil-fatt, għal-benefiċċju ta’ l-Onorevoli Interpellant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-impiegi ġodda (minn barra) li ħarġu matul l-2009 u Jannar 2010. Oltre dan, kif jaf hu tajjeb l-Onorevoli Interpellant tħabbar li ser isir ukoll l-eżami għall-skrivani.

livelli ta' nitrati fl-ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown xahar b'xahar tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) matul is-sena 2009 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' wkoll jindika: (i) liema minn dawn l-ilmijiet ta' taħt l-art jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea għan-nitrati fl-ilma u b'kemm dan il-limitu qed jinqabeż? (ii) xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiżgura li l-livelli tan-nitrati f'dawn l-ilmijiet jonqsu sabiex jilħqu l-livelli rikjesti mill-Unjoni Ewropea? (iii) jekk hemmx xi deadlines li joħorġu mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar meta dawn il-livelli jridu jintlaħqu? (iv) x'impatt ikun hemm fuq il-biedja Maltija jekk dawn il-livelli ma jintlaħqux fiż-żmenijiet rikjesti mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja — ċifra globali għall-fuel

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14055 u tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Minister għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja — salarji u kundizzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtha? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #14688 Sitting 194 2010-03-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Salarji u Kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lil Onor Interpellant li t-tweġiba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Ambaxxati ġodda barra minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk matul l-2010 hux mistenni li tinfetaħ ambaxxata ġdida f'pajjiż barra minn Malta? Jekk fl-affermativ, f'liema stat u/jew pajjiż?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 12890.

Karozzi ġodda reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda reġistrati matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-ammont ta’ karozzi ġodda li ġew reġistrati matul is-snin 2005 u 2009 xahar b’xahar. L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata fuq bażi reġjonali minħabba upgrading li qed isir fis-sistema. Għaldaqstant din tkun tista’ tingħata aktar ‘l quddiem.

Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tabella turi t-twelidijiet bejn l-2004 u 2008: Sena Malta Għawdex Total 2004 3,629 258 3,887 2005 3,575 283 3,858 2006 3,599 286 3,885 2007 3,611 260 3,871 2008 3,826 297 4,126* * Fl-2008 kien hemm 3 twelidijiet li l-lokalità tagħhom mhijiex magħrufa. Għalhekk, dawn huma inklużi fit-total biss. Nota : L-istatistika dwar in-numru ta’ trabi li twieldu fl-2009 għadha qed tinġabar u tkun tista’ tingħata aktar tard din is-sena.
Leg 11 PQ #14682 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, li jaħdmu abbażi ta' kuntratt huwa 256. 153 minn dawn il-ħaddiema huma Locally Engaged Personnel li jaħdmu fl-Ambaxxati tagħna barra minn Malta. Is-Salarji kif ukoll il-kundizzjonijiet tagħhom ivarjaw skond il-pajjiż li jinsabu fih. Qed inpoġġi l-informazzjoni oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14684 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — salarji u kundizzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtha? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #14557 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin — kura l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin li ntbagħtu għall-kura l-isptar matul l-2009? X'nazzjonalità huma? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #14561 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni jiskontaw sentenza ta' priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' persuni li matul l-2009 bdew jiskontaw sentenza ta' priġunerija u f'liema ċentri ta' korrezzjoni ġew allokati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li ġew ikkundannati u li bdew jiskontaw sentenza matul l-2009 huwa ta' 374. Dawn jinkludu priġuniera li jista' jkun qed jiskontaw aktar minn sentenza waħda kif ukoll priġuniera li bdew u skontaw is-sentenza matul l-istess sena. Dawn jiġu kollha allokati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
Leg 11 PQ #14562 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — sentenza sospiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni, nisa u rġiel, li ngħataw sentenza sospiża matul l-2009 mill-Qrati ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom qed jissoktaw programmi ta' riabilitazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-Qrati ta' Malta u Għawdex ingħataw 419 u 5 sentenzi sospiżi rispettivament. Ninforma lill-Onorevoli Membru illi dwar il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ma tinżammx statistika f'dan ir-rigward.

Tilwim industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwim industrijali li ġew reġistrati mal-Gvern Malti matul l-2009? Kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew riżolti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ tilwim industrijali li ġew reġistrati mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali matul l-2009 kien ta’ erbgħa (4). Tlieta minnhom ġew riżolti filwaqt li waħda minnhom għada pendenti, iżda ma hemm l-ebda azzjoni industrijali fis-seħħ.

Breakdown ta' visa u schengen visa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti breakdown ta' kemm kien in-numru ta' visa u schengen visa li nħarġu matul l-2009 separatament, pajjiż pajjiż? Kemm minnhom kienu studenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2009 inħarġu total ta' 34,776 visa. Minn dawn kien hemm kif ser jingħad: Transit visas - 152; Schengen short-stay visas (Tip C) - 29,907; u National long-stay visia (Tip D) - 4,717 Mill-ammont totali ta' 34,776 visas li nħarġu matul is-sena, kien hemm 7,379 visa maħruġa għal dawk l-applikanti li huma studenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta' dawn l-ammonti skont il-pajjiż minn fejn ħarġu.