Ministeru għal Għawdex — Program ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Tista' l-Ministru taġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Tista' tinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Tista' ukoll tinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għas-sitwazzjoni attwali fil-bypass tal-Imtarfa u ċioe d-dlam ċappa li hemm fil-parti mudlama ta' din il-bypass li tinsab għaddejja minn nofs l-irdum tal-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li jinvestiga permezz tar-road safety officer kif jistgħu ikunu miżbugħin il-ġnub tal-bankini eċċ. sabiex jiġi evitat kull periklu possibbli għall-pedestrians li jużaw din il-bypass għar-rikreazzjoni tal-mixja tagħhom u għall-karozzi li jgħaddu minn hemm billi jkunu jistgħu jidentifikaw it-triq aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-entità responsabbli.
Jista' l-Ministru jara li l-proċeduri tal-art skond ir-referenza, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitmexxew mid-Dipartiment tal-Artijiet u/jew is-sezzjoni konċernata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin jittieħdu l-proċeduri kollha meħtieġa sabiex tinħareġ sejħa għall-offerti għat-trasferiment tal-art, li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieqa ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l' ebda ħaddiema li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew dekasteru li jaqa' taħti mill-1 ta' Jannar sa issa.
Ministeru għal Għawdex — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — salarji u kundizzjonijiet tax-xogol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtha mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — salajri u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li n-numru ta' persuni li bdew jaħdmu a bażi ta’ kuntratt mill-1 ta' Jannar 2010 sal-15 ta' Marzu, 2010 mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u d-dekasteru li jaqgħu taħtu huma ħamsa u kienu kif ġej:
Numru ta' Persuni Kategorija Salarju
1 Private Secretary €25,654
1 EU Fund Officer €19,374
1 Casual Substitute Clerk €10,755
1 Project Officer €16,690 (MRA)
1 Project Officer €16,690 (MRA)
Ħadd minn dawn il-persuni m’huwa ta’ nazzjonalita barranija.
B'referenza għas-sitwazzjoni li żviluppat f'Awwissu tas-sena l-oħra 2009, fejn il-Pulizija ġiet ordnata tagħmel diversi raids fuq ħwienet tal-logħob
(
gambling parlours
) f'ħafna lokalitajiet u kien irriżulta li ingħalqu xi postijiet ukoll inkluż li ġew issekwestrati xi magni tal-logħob, jista' l-Ministru jaġġornani dwar x'inhi s-sitwazzjoni llum?
Jista' jgħid ukoll jekk itteħdux proċeduri legali mill-Pulizija, u jekk fl-affermattiv f'liema stadju waslu dawn il-proċeduri legali mill-Pulizija u/jew mill-avukat ġenerali fil-konfront tal-azzjonjiet li ħadet il-Pulizija dakinhar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi wara li l-Awtorita' tal-Lotteriji u Logħob kienet għaddiet lill-Pulizija informazzjoni dwar ħwienet tal-logħob li kienu qed joperaw mingħajr liċenzja tal-istess Awtorita, il-Pulizija kienet ħadet l-azzjoni meħtieġa sabiex dawn il-ħwienet jingħalqu u jsiru l-investigazzjonijiet opportuni. Appena dawn jiġu konklużi tittieħed kull azzjoni ulterjuri opportuna skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jara li l-proċeduri tal-art skond ir-referenza, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitmexxew mid-Dipartiment tal-Artijiet u/jew is-sezzjoni konċernata?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14051 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14045 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li tħallset f'sussidju fuq il-produzzjoni lokali taċ-ċanga friska matul is-sena 2009 abbażi tal-SMPPMA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 ma tħallasx sussidju fuq laħam taċ-ċanga.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14046 u jagħi breakdown staġun bi staġun ta' kemm kienet iċ-ċifra globali tal-fuel li ntuża fil-biċċerija matul l-2009 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 iċ-ċifri globali tal-fuel li ntuża fil-biċċerija staġun bi staġun kienu kif ġej:
Jannar –Marzu
€ 11,951
April – Ġunju
€ 12,401
Lulju – Settembru
€ 10,822
Ottubru – Diċembru
€ 18,090
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14302 u 14005 u jgħid kemm-il spezzjoni saret mit-tobba veterinarji fuq l-irziezet f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009, rispettivament? F’kemm minn dawn l-ispezzjonijiet instab li kien hemm xi negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali u/jew tjur? X'passi ttieħdu u kemm tressqu persuni l-Qorti u/jew weħlu multi abbażi tan-nuqqasijiet li kkommettew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2009 saru numru ta’ spezzjonijiet skont kif ġej:
Irziezet tal-Baqar għall-ħalib :
· Għal raġunijiet ta’ saħħa:
Malta:
358
Għawdex:
210
· Għal raġunijiet ta’ Iġene tal-ħalib 120
· Għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-baqar: 169
Kontemporanjament saru wkoll spezzjonijiet dwar il-welfare tal-għoġġiela tal-ħalib.
Irziezet tal-Fniek u Slaughter House / antemortem: 11
Irziezet tat-Tiġieġ tal-bajd:
Malta:
44
Għawdex:
6
Kull produttur tat-tiġieġ tal-bajd tnaqqaslu n-numru ta’ tiġieġ li jista’ jżomm f’kull gaġġa biex numru tat-tiġieġ jkun skond il-kriterji. Barra minn hekk kull produttur permezz ta’ orrispondenza ġie mgħarraf bin-nuqqasijiet li nstabu fir-razzett, biex dawn jiġu ndirizzati. Saru wkoll spezzjonijiet oħra kull meta xi wieħed minn dawn il-produtturi xtaq ikabbar il-produzzjoni tiegħu.
Irziezet tal-Majjali
Matul is-sena 2009 saru 1174-il spezzjoni f’irziezet tal-majjali bl-iskop ta’ identifikazzjoni tal-majjali filwaqt li 17-il spezzjoni saru speċifikament dwar negliġenzi ta' moħqrija tal-annimali. Ma rriżultax li kien hemm irregolaritajiet kbar iżda 4 produtturi nħarġitilhom ittra biex jkunu indirizzati ċerti nuqqasijiet u jirregolaw irwieħhom mal-liġi.
Hemm numru ta’ każi l-qorti li jirrigwardaw żamma mhux xierqa ta’ żwiemel u annimali oħra tal-wens bħal klieb u qtates.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14556 u jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li użaw l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ċentri tas-Saħħa
Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin li użaw ic-ċentri tas-saħħa f'Malta fl-2009 huwa dak ta’ 2,131.
Sptar Mater Dei
L-informazzjoni li qed tingħata hawn taħt ġiet miġbura mill-
Admissions Discharges & Transfers Module, Out-patient Module
u
A&E
Module
tal-
Patient Administration System
. F’din is-sistema in-numru ta’ identita huwa użat bħala identifikazzjoni uniku għal kull pazjent.
Ghalhekk f’dawk il-persuni li m’humhiex ċittadini Maltin jew residenti f’Malta, jingħatalhom numru li jispiċċa bl-ittra
‘F’
bħala identifikazzjoni
fis-sistemi tal-Isptar Mater Dei. Għall-iskop ta’ din it-tweġiba dawk li kellhom in-numru li jispiċċa bl-‘F’ jew li huma residenti u għalhekk
għandhom in-numru ta’l-identita jispiċċa bl-ittra
‘A’
ġew meqjusa bħala barranin.
In-numru ta’
episodji
ta’ kura fejn dawk li għandhom in-numru ta’identifikazzjoni fis-sistemi ta’l-Isptar Mater Dei jispiċċa b’ ‘F’ jew ‘A’
u li għamlu użu minn servizzi tas-saħħa msemmija fis-sena 2009 jidhru separatament fit-tabelli hawn taħt:
Dawk l-episodji fejn in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa b’ ‘F’
‘F’ Identification Number
Total 2009
In-Patient & Day Case Admissions
Source: ADT-Module, PAS
1562
Out-Patient Attendances to OP Clinics
Source: Out-patient Module, PAS
3706
A&E Attendances
Source: A&E Module, PAS
5740
Dawk l-episodji fejn in-numru ta’ identifikazzjoni jispicca b’ ‘A’
‘A’ Identification Number
Total Number 2009
In-Patient & Day Case Admissions
Source: ADT-Module, PAS
2711
Out-Patient Attendances to OP Clinics
Source: Out-patient Module, PAS
12467
A&E Attendances
Source: A&E Module, PAS
5171
Importanti li w
iehed jkun jaf li l-istess persuna seta’ uża wieħed jew aktar minn dawn is-servizzi imsemmija f’dan il-perjodu
ta’ żmien. Dawn il-figuri jirreferu għan-numru ta’ episodji u mhux għal persuni.
Sptar Sir Paul Boffa
In-numru ta' pazjenti barranin li għamlu użu mill-isptar matul is-sena 2009 kien ta’ 632.
Sptar Monte Carmeli
Matul 2009 kien hemm 176 persuna li għamlet użu mis-servizz ta’ l-isptar Monte Carmeli.
Għawdex (Sptar u Ċentri tas-Saħħa)
Nitlob lill-onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu quddiem il-Public Service Commission matul l-2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi illi b’persuni li tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal każijiet ta’ uffiċjali pubbliċi li għaddejjin proċeduri dixxiplinarji jew kriminali.
Ninsab infurmat illi fi Frar 2000, id-dixxiplina fis-Servizz Pubbliku ġiet delegata lill-Kapijiet tad-Dipartimenti u għalhekk il-każijiet tad-dixxiplina jkunu trattati fid-Dipartimenti stess. Il-każijiet li jkunu riferuti lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma dawn li ġejjin:
i) każijiet ta’ uffiċjali pubbliċi li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali, kemm meta jinbeda l-każ kif ukoll meta jkun deċiż mill-Qorti;
ii) każijiet ta’ dixxiplina li jkunu jwasslu għat-tkeċċija;
iii) każijiet ta’ appelli minn deċiżjonijiet tal-Bordijiet tad-Dixxiplina li jsiru fid-Dipartimenti, liema appelli jsiru kemm mill-uffiċjali akkużati kif ukoll mill-Kapijiet tad-Dipartimenti; u
iv) każijiet ta’ tneħħija mill-kariga.
L-informazzjoni dwar il-każijiet li tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fl-2009 tinsab fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa numru ta' każijiet illum quddiem il-Public Service Commission?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi illi b’każijiet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal każijiet dwar proċeduri kriminali u dawk ta’ dixxiplina.
Ninsab infurmat illi sad-9 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kellha quddiemha 55 każ ta’ uffiċjali pubbliċi li għandhom każ kriminali pendenti quddiem il-Qorti. Dawn jiġu deċiżi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku wara li l-każ ikun deċiż mill-Qorti Kriminali.
Sa l-istess data ma kien hemm l-ebda każ ta’ Dixxiplina quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw impjieg ġdid maċ-Ċivil fl-2009? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? F'liema ministeri u dekasteri ġew impjegati u x'pożizzjoni għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2009, ġew impjegati 1244 persuna mas-Servizz Pubbliku – 425 irġiel u 819 nisa. Dettalji tal-Ministeri u d-Dipartimenti li ġew impjegati fihom, kif ukoll il-gradi ta’ dawn il-persuni jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid ukoll illi matul l-istess perjodu, 1326 persuna – 851 irġiel u 475 nisa, temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku.