Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #15544 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kuntistabbli u surġenti li għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kuntistabbli, surġenti eċċ. li għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija minkejja li għalqilhom is-servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 6 Supretendent 6 Spettur 3 Surġent-Maġġur 16 Surġent 14 Kuntistabbli 108 TOTAL 155

Għalliema, Heads u staff tal-iskejjel li rrikorrew għas-sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema/Heads u dawk kollha li jagħmlu parti mill-istaff tal-iskejjel li rrikorrew għas-sick leave matul is-sena 2009 rispettivament? Tista' tagħti breakdown grad, grad inkluż suġġet, suġġett fil-każ tal-għalliema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema rapportati li weġġgħu u/jew tilfu ħajjithom traġikament fuq il-post tax-xogħol matul l-2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Matul l-2009, kienu rappurtati 8 inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. Dan in-numru jinkludi ukoll inċident fatali f’settur li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Tul l-2010, ma seħħ l-ebda inċident fatali fuq ix-xogħol. Statistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol ma tinżammx mill-OHSA iżda hija kompilata mill-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.

Laqgħat/Konferenzi tal-FAO

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-laqgħat/konferenzi eċċ tal-FAO fejn ipparteċipaw l-uffiċjali Maltin matul l-2009 rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninstab infurmat li kien hemm wieħed u għoxrin laqgħa/konferenza eċċ. tal-FAO fejn ipparteċipaw l-uffiċjali Maltin matul l-2009. Breakdown ta' dawn il-laqgħat/konferenzi ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14948 u 14051 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali ta' fuel li tħallset matul l-2009 kienet ta' €170,535,604.50.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Proċeduri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15193 u jara li l-proċeduri tal-art skond ir-referenza, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitmexxew mid-Dipartiment tal-Artijiet u/jew is-sezzjoni konċernata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15193.
Leg 11 PQ #15539 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet fl-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata matul is-sena 2009 rispettivament? F'liema gradi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ promozzjonijiet li ngħataw fl-Armata tul is-sena 2009 hu ta’ 251. Dawn huma mqassmin kif ġej: Gunner għal Lance Bombardier 74 Gunner għal Bombardier 1 Lance Bombardier għal Bombardier 101 Bombardier għal Surgent 33 Surgent għal Staff Surgent 19 Staff Surgent għal Warrant Officer Class II 10 Warrant Officer Class II għal Warrant Officer Class I 6 Warrant Officer Class I għal Logutenent 4 Logutenent għal Kaptan 1 Kaptan għal Maġġur 2
Leg 11 PQ #15540 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati li se jgħalqilhom is-servizz fl-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat in-numru ta' suldati eċċ. li fis-sentejn li ġejjin se jgħalqilhom is-servizz fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa kkalkulat li n-numru ta’ suldati li mistennija jispiċċaw mis-servizz bl-età ta’ l-irtirar fis-sentejn li ġej hu ta’ sittin (60). Wieħed u għoxrin se jispiċċaw fis-sena 2010 fil-waqt li d-disgħa u tletin (39) l-oħra se jispiċċaw fl-2011.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Tista' l-Ministru taġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Tista' tinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Tista' ukoll tinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15464 Sitting 201 2010-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena ' l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tagħti rendikont tal-ivvjaġġar li sar minn uffiċjali tal-Ministeru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità lejn Brussel u lejn stati membri tal-UE oħra mill-1 sa l-31 ta’ Jannar 2010 (tagħrif dwar vjaġġar li sar wara l-31 ta’ Jannar għadu qed jiġi mħejji). Għall-numru sinifikattiv ta’ dawn il-laqgħat, l-ispejjeż tal-ivvajjġar u l-akkomodazzjoni huma rimborsabbli lill-Gvern Malti mill-entitajiet organiżżaturi tal-UE

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #15454 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — salarji u kudizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li n-numru ta’ persuni li bdew jaħdmu ma’dan il-Ministeru mill-1 ta’ Jannar 2010 ‘l quddiem huwa kif ġej: Impjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku Grad Skala ta’ Salarju Nru. ta’ persuni Radiographer (Diagnostic) Skala 10 10 Health Inspector Skala 12 7 Speech Therapist Skala 10 7 Midwife Skala 10 11 Midwife Skala 12 2 Consultant Clinical Haematologist Skala 4 2 Consultant Oncologist Skala 4 1 Psychologist (Clinical) in Palliative Care Skala 8 1 Il-kundizzjonijiet huma dawk marbuta mal-grad u l-iskala rispettiva. Impjegati fuq kuntratt definittiv ta’ sena Resident Specialist Minimum Skala 5 + 1 (Czech Republic) Expatriate Allowance 1 (Serbia) (€3261.12) u ħlas ta’ 1 (Ukraine) Passaġġ ta’ l-Ajru bir- ritorn Locum Consultant Neurosurgeon (Salarju ta’ Kuntratt A ta’ 1 (UK) (Kuntratt ta’ sitt xhur) Konsulent skond il-Ftehim Kollettiv bejn il-Gvern u l-MAM). Ħlas ta’ passaġġ ta’ l-ajru bir-ritorn Medical Officer Minimum ta’ Skala 8 1 (Ukraine) 1 (Slovak Republic) Staff Nurse (Impjieg Temporanju) Skala 12 5 (Lokali) 1 (Franza) 1 (Bulgaria) 1 (Taiwan) 2 (UK) Enrolled Nurse Skala 13 1
Leg 11 PQ #15458 Sitting 200 2010-03-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u dekasteru kellu fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Membru kbir ta' dawn il-laqgħat huma Working Groups li jittrattaw materiji taħt il-Politika Komuni Barranija u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea (CFSP). Fost it-temi trattati hemm dawk ta' natura ġeografika partikolari ta' interess għal Malta. Wieħed jifhemm li dawn il-Working Groups huma parti minn proċess, u mhux xi laqgħa fejn jiġu konklużi trattati, eċċ.