Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li daħlu l-Isptar — teħid ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14019 li saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjenti ma jiddaħħlux l-isptar minħabba teħid ta’ droga iżda jiddaħħlu meta jkollhom xi kundizzjoni fejn ikun hemm bżonn ta’ kura akuta ġewwa sptar.

Persuni li daħlu l-isptar — xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14018 li saret lill-Ministru tal-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-dettalji dwar pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei kawża ta’ xorb eċċessiv huma kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet ta’ xorb eċċessiv jitqassmu fi tliet kategoriji kif jidher hawn taħt. · Kategorija A : Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew withdrawal state minħabba li min ikun dipendenti fuq l-alkoħol ikun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.1- F10.9) Età Nisa Irġiel Total 0-29 sena 2 1 3 30-59 sena 12 33 45 60-89 sena 2 14 16 Total 16 48 64 Minn dawn l-64 pazjent, kien hemm 5 li kellhom in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 12 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’. · Kategorija B: Intossikazzjoni ikkawzata mill-alkohol izda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkohol (ICD-10 code F10.0) Età Nisa Irġiel Total 0-29 sena 8 15 23 30-59 sena 15 40 55 60-89 sena 1 12 13 Total 24 67 91 Minn dawn il-91 pazjenti kien hemm 19 li kellhom in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 12 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’. · Kategorija C: Mard tal-fwied attribbwit ghall-alkohol (ICD-10 code K70) Età Nisa Irġiel Total 30-59 sena 4 12 16 60-89 sena 2 15 17 Total 6 27 33 Minn dawn it-33 pazjent kien hemm 1 li kellu in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ waqt li 5 kienu jispiċċaw bl-ittra ‘A’. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri li ġejjin ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu invistati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raguni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Ta’ min jgħid ukoll li dawn il-figuri jirreferu għal admissions u mhux numru ta’ persuni għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien.

Persuni li daħlu l-isptar b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14017 li kienet saret lill-Minsitru għall-Politka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' overdose f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji: · Kategorija A : Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi (ICD-10 codes X40 - X44) · Kategorija B : Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) · Kategorija C : Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijologiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14) Ninsab infurmat li matul l-2009 il-każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti kif jidher hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu eżaminati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Ta’ min jinnota li dawn il-figuri jirreferu għal ‘ admissions ’ u mhux persuni għaliex l-istess persuna tista’ tiddaħħal l-isptar għal aktar minn darba għall-istess kundizzjoni f’dan il-perjodu ta’ żmien. Kategorija A Numru ta’ pazjenti reġistrati: 28 Kemm minnhom kienu nisa: 15 Kemm minnhom kienu irġiel: 13 Kemm kienu taħt it-30 sena: 25 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 2 Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 1 Nazzjonalità barranija: 1 li kellu n-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ Kategorija B Numru ta’ pazjenti reġistrati: 18 Kemm minnhom kienu nisa: 4 Kemm minnhom kienu irġiel: 14 Kemm kienu taħt it-30 sena: 8 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 10 Nazzjonalità barranija: 4 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 1 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispicca bl-ittra ‘A’ Kategorija C Numru ta’ pazjenti reġistrati: 197 Kemm minnhom kienu nisa: 93 Kemm minnhom kienu irġiel: 104 Kemm kienu taħt it-30 sena: 81 Kemm kienu bejn it-30 u 59 sena: 109 Kemm kienu ‘l fuq minn 60 sena: 7 Nazzjonalità barranija: 12 bin-numru ta’ identifikazzjoni li jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 18 bin-numru ta’ identifikazzjoni jispicca bl-ittra ‘A’ Dwar il-każijiet ta’ pazjenti li ddaħħlu l-isptar ta’ Għawdex minħabba overdose , l-Onorevoli Interpellant mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.

Persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14016 li saret lill-Minstru għall-Politka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul l-2009 u fejn intbagħtu rispettivament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq din il-lista hemm imniżżel in-numru ta’ pazjenti li siefru għall-kura barra minn Malta u f’liema sptarijiet intbgħatu rispettivament. Preżentement il-lista ta’ pazjenti tinġabar b’mod globali u ma tkunx maqsuma bejn persuni u tfal.

Ommijiet — maternity leave

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14023 li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet li ħadu l-maternity leave matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li matul 2009, 177 omm ingħataw maternity leave f’Malta. Ma tinżammx informazzjoni ta’ kemm minn dawn kienu ommijiet xebbiet. Għar-rigward ta’ din l-istatistika f’Għawdex, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru ta’ Għawdex.

Dipartiment ta' l-Artijiet — numru ta' irżieżet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm huwa n-numru ta' irżieżet li huwa fit-titolu tad-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f' Malta u f'Għawdex separatament? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tkun tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba, irid isir eżerċizzju sħiħ li jinvolvi ħafna ħin u riżorsi minħabba li għad m’għandniex il-mezzi teknoloġiċi biex tagħmel dan. Għaldaqstant, it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern m’hiex f’pożizzjoni li tagħti din l-informazzjoni.

taxxa fuq il-proprjetà

Question

Fid-dawl tal-fatt li f'Malta t-taxxa fuq il-proprjetà li tinxtara mill-barranin hija ta' 35% filwaqt li fi stati oħra fl-Unjoni Ewropeja tvarja bejn 18% u 20% bħal fil-każ tal-gżira ta' Ċipru, u b'detriment ta' dan Malta mhux qed tkun daqstant kompetittiva, jista' l-Ministru jara li din it-taxxa tiġi riveduta bil-għan li tiġi inċentivata u tissaħħaħ din l-industrija ħolistikament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex policy tal-Gvern u lanqas fl-interess in ġenerali ta’ Malta li persuni barranin jiġu inċentivati biex jixtru propjetà f’Malta, kif qed ikun issuġġerit fil-mistoqsija parlamentari.

National Insurance — self employed qed jaqgħu lura fil-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-fatt li eluf ta' self employed qed jaqgħu lura fil-ħlas tan-National Insurance huwiex jirrevedi s-sistema quddiem il-qagħda ekonomika attwali ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-fatt li xi self-employed waqgħu lura fil-ħlas tas-sigurtà soċjali ma jfissirx li għandha tiġi riveduta s-sistema.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-ċifra għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 kienet ta’ €1,500,248 f’vetturi, €3,763,767 f’vapuri u €40,607,972 f’ajruplani. Din l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa — numru ta' tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14012 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid skond id-Dipartiment tas-Saħħa kemm huwa n-numru ta' tobba llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta jew f'Għawdex rispettivament? Kemm minnhom iservu fil-privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li skond ir-Reġistri miżmuma mill-Kunsill Mediku, preżentement f’Malta hawn illiċenzjati 1378 tabib, li minnhom 413 huma nisa. Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-parti tal-mistoqsija fejn qed jirreferi għat-tobba li jservu f’Malta jew Għawdex fis-sens jekk huwiex qed jirreferi għat-tobba kollha jew dawk nisa biss. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa iżomm biss dettalji tat-tobba li jaħdmu mal-Gvern u ma tinżamx informazzjoni ta’ kemm tobba jaħdmu fil-privat.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ġranet ta' sick leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ġranet sick leave li globalment ħallas id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali matul l-2009 rispettivament? Kemm-il ġurnata sick leave dawn jirrappreżentaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2009 kien hemm 423,362 ġuranta li d-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali ħallset il-benefiċċji tas-sick leave għalihom.

dettalji biex ċens jiġi mifdi

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi mifdi ċens li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli membru li fil-fajl tal-proprjetà li dwarha ntbagħtu d-dettalji separatament ma jirriżulta li hemm l-ebda talba għall-fidi taċ-ċens. L-Uffiċċju Konġunt se jagħmel kuntatt mal-individwu biex nara nistgħux ngħinuh.
Leg 11 PQ #15562 Sitting 205 2010-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

raids fuq ħwienet tal-logħob

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15135, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kompilazzjoni min-naħa tal-pulizija ġietx mgħoddija lill-Avukat Ġenerali? Jekk fl-affermattiv x'kienet id-deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali fuq l-investigazzjoni mogħtija lilu? Fil-każ li din il-kompilazzjoni għadha ma ġietx mgħoddija lill-Avukat Ġenerali, jista' l-Ministru jgħid meta l-investigazzjoni tal-pulizija se tkun lesta biex tiġi mgħoddija lill-Avukat Ġenerali ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għad-domanda Parlamentari numru 15135.

Dipartiment tal-Artijiet — tomna raba' saqwi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna raba' saqwi għandu d-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12140.

Dipartiment tal-Artijiet — tomna ta' raba' bagħli

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna ta' raba' bagħli ( wiċċ wieħed ) għandu d-Dipartiment tal-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12140.

Dipartiment tal-Artijiet — tomna raba' xagħri

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il tomna raba' xagħri għandu d-Dipartiment ta' l-Artijiet fil-preżent f'Malta u Għawdex separatament ? Kemm minnhom huma bi qbiela u/jew b'ċens/kera ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 12140.
Leg 11 PQ #15541 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' promozzjonijiet li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2009 rispettivament? F'liema gradi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 kien hemm 3 Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija li ngħataw il-kariga ta’ Assistenti Kummissarji, filwaqt li kien hemm 6 Spetturi li nħatru Supretendenti.
Leg 11 PQ #15542 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kuntistabbli li jgħalqilhom is-servizz fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat in-numru ta' kuntistabbli eċċ. li se jgħalqilhom is-servizz fil-Korp tal-Pulizija fis-sentejn li ġejjin, rispettivament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sentejn li ġejjin ser ikun hemm 252 membru tal-Korp tal-Pulizija li ser jilħqu l-25 sena servizz. Dawn huma mqassma kif ġej: Assistent Kummissarju 2 Supretendent 3 Spettur 10 Surġent-Maġġur 12 Surġent 44 Kuntistabbli 181
Leg 11 PQ #15543 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kuntistabbli u spetturi li għalqilhom is-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kuntistabbli, spetturi eċċ. li għalqilhom is-servizz matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom komplew is-servizz?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri fil-Korp li għalqilhom is-servizz matul l-2009 u li komplew is-servizz huwa kif ġej: Rank Għalqu 25 sena servizz is-sena l-oħra Irtiraw bil-Pensjoni Għadhom iservu Assistent Kummissarju 1 1 - Supretendent 2 1 1 Spettur 2 2 - Surġent Maġġur 2 1 1 Surġent 3 2 1 Kuntistabbli 21 7 14 TOTAL 31 14 17