Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15650.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fil-bypass ta' Salina/Magħtab sabiex ikun hemm żebgħa addatata ħalli matul il-lejl is-sewwieq tal-vettri jkollhom anqas diffikultajiet kawżati mid-dlam ċappa li hemm f'ċerti żoni ta' din il-bypass?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15447 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15453 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siġar li tħawlu mill-Private Public Partnership matul l-2009? X'tip ta' siġar huma u f'liema lokalitajiet tħawlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab informat li matul l-2009 tħawwlu mill-Environmental Landscapes Consortium ftit anqas minn 8,000 siġra.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda lista li turi n-numri ta' siġar imħawwla kull xahar matul l-istess sena maqsumin fit-tliet żoni ta' Malta u ilvarjetajiet ta' dawn is-siġar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — salarji u kundizzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14686 u tgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtha? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minister għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14685 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14011 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u/jew kumpaniji privati li l-pulizija ressqet quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex rispettivament, matul l-2009?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 2,994 persuna fuq reati kriminali punibli b'piena ta' aktar minn 6 xhur priġunerija u 12,532 persuna fuq reati kriminali punibbli b'piena ta' anqas minn 6 xhur priġunerija.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom ?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14687 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara x’tip ta’ kuntratt ta’ impjieg qiegħed jirreferi għalih
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13664 u13418 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13055 dwar il-pompi tal-petrol lokali , jirriżultalu l-Prim Ministru li waħda mill-pompi inkwistjoni u ċioe l-pompa miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija konformi mal-kundizzjonijiet kollha segwenti :
BS7117-1:1991 :
Metering Pumps and Dispensers
EN1360:1997 :
Rubber hoses and assemblies
BS EN 12285-1 :
Fabrication of Steel Tanks
BS EN 13616 :
Overfill Prevention Devices
BS EN 858 :
Separator Systems
PPG3 :
Pollution Prevention Guidelines
BS EN 13160 :
Leak Detection Systems
BS EN 13617 :
Petrol Filling Stations?
Jekk fl-affermattiv, jista' jinvestiga u jirrimedja din l-inġustizzja bla aktar telf ta' żmien għall-partijiet kollha involuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema pompa qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/
standards
tal-Unjoni Ewropea?
X'
assessment
għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni?
X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini
vis-à-vis
l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident?
X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-i
standards
/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument?
Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-olitka Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' tobba veterinarji llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta u kemm f'Għawdex rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżenetement f' Malta hawn:
· 32 Veterinarju raġel b' warrant permanenti
· 17-il Veterinarja mara b' warrant permanenti
· Veterinarju ragel b' warrant temporarju
· Veterinarja mara b' warrant temporaju
Filwaqt f' Għawdex hemm Veterinarju wieħed b'
warrant
permanenti li huwa raġel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14792 u jagħti breakdown xahar b'xahar tal-livelli tan-nitrati li nstabu fl-ilma ta' taħt l-art (tal-pjan u ta' fuq it-tafal) matul is-sena 2009 f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' wkoll jindika:
(i) liema minn dawn l-ilmijiet ta' taħt l-art jaqbżu l-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea għan-nitrati fl-ilma u b'kemm dan il-limitu qed jinqabeż?
(ii) xi pjanijiet għandu l-Gvern sabiex jiżgura li l-livelli tan-nitrati f'dawn l-ilmijiet jonqsu sabiex jilħqu l-livelli rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
(iii) jekk hemmx xi deadlines li joħorġu mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar meta dawn il-livelli jridu jintlaħqu?
(iv) x'impatt ikun hemm fuq il-biedja Maltija jekk dawn il-livelli ma jintlaħqux fiż-żmenijiet rikjesti mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorita’ ta' Malta dwar ir-Riżorsi tikkoordina programm ta’ monitoraġġ fil-korpi tal-ilma kollha tal-gżejjer Maltin, in conformità mall-Water Framework Directive ta' l-Unjoni Ewropea. Dan il-programm ta’ monitoragg jinvolvi t-teħid u analiżi ta’ kampjuni tal-ilma ta’ taħt l-art darba kull sitt xhur (darbtejn fis-sena).
Huma biss dawk is-sorsi ta’ ilma (
boreholes
) li jintużaw għall-estrazzjoni tal-ilma destinat għax-xorb li fuqhom issir analizi kull xahar. Dan il-monitoraġġ isir mill-Water Services Corporation, u jirrigwardja biss erba' korpi ta’ ilma (Malta Mean Sea Level, Mġarr Wardija Perched, Miżieb Mean Sea Level u Gozo Mean Sea Level); dawk li jintużaw mill-WSC għall-ipproċessar u distribuzzjoni.
Ir-riżultati dwar il-kwalità, fejn jirrigwarda l-livelli ta’ nitrati, kif irriżulta mill-programm ta’ monitoraġġ tal-Awtorità fuq dawn l-erba' sorsi huma:
Korp ta’ l-Ilma Livell ta’ Nitrati (mg/l)
Malta Mean Sea Level 83.7
Mġarr Wardija Perched 139.0
Miżieb Mean Sea Level 34.1
Gozo Mean Sea Level 49.4
Il-limitu stabbilit mill-Unjoni Ewropea ghal-livell ta’ Nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art hu ta’ 50mg/l. Fil-każ tal-Malta Mean Sea Level u l-iMġarr/Wardija Perched dan il-livell jinqabeż. Biex immedjatament inserħhu ras kulħadd tajjeb li jingħad li l-ilmijiet minn dawn is-sorsi barra li jkunu 'polished' (jiġifieri mgħoddija mir-Reverse Osmosis), ikunu mħallta ma' ilmijiet puri ġenerati mir-Reverse Osmosis.
Bl-eċċezzjoni tal-Comino Mean Sea Level, il-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art l-oħra kollha jaqbżu sew dan il-limitu ta' 50mg/l. Ta' min jgħid mill-ewwel li llum qed inbatu l-effett ta' nuqqas ta' ħsieb jew konoxxenza fis-snin li għaddew. Infakkar li l-esperti jikkalkulaw li r-Residence Time (jiġifieri, iż-żmien li jieħu l-ilma tax-xita mill-ħin li jippenetra fl-art sakemm joħroġ mill-pjan ta' l-art) huwa bejn wieħed u ieħor 40 sena. Illum f'dawn il-livelli qed naraw ir-riżultat tal-użu indiskriminat ta' fertilizzant, b'mod partikolari l-Urea li llum huwa llegali li timportah u wisq aktar li tużaħ. Fil-fatt il-livelli ta' nitrati identifikati jikkorrelataw b’mod qawwi ma' l-intensita ta' l-attivita agrikola fiż-żona minn fejn issir l-estrazzjoni.
Il-Water Framework Directive tistabilixxi s-sena 2015 bħala ‘
deadline
’ biex jintlaħaq il-limitu ta’ 50mg/l Nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art, kif stabbilit mid-Direttiva dwar in-Nitrati. Iżda l-istess Framework Directive taċċetta l-possibbilità li l-istati Membri japplikaw għal estensjonijiet għal dan id-‘deadline’ fuq raġunijiet ekonomiċi (
disproportionate costs
) jew naturali (żmien biex l-aquifer jirrispondi għall-miżuri li jittieħdu).
Il-Gvern wasal fi stadju avvanzat fit-tfassil ta' programm t’azzjoni biex tkun iffaċċjata din il-problema. Fost quddiem ta' dawn il-miżuri li huma maħsubin li jittiehdu hemm fil-mira li jitnaqqas l-użu ndiskriminat tal-fertilizanti f' ammonti eċċessivi liema ammonti żejda ma jservu xejn għat-tkabbir tal-prodott.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14020 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' avvelinament fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-terminu food poisoning huma inklużi ukoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika ikkawżati minn viruses li jistgħu ikunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62). Id-dettalji dwar pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei kawża ta’ food poisoning huma kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri huma provviżorji.
Età
Nisa
Irġiel
Total
0-29 sena
10
20
30
30-59 sena
6
4
10
60-89 sena
6
1
7
>90 sena
1
1
2
Total
23
26
49
Minn dawn il-49 pazjent 5 kellhom in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa bl-ittra ‘F’ u 3 li jispiċċaw bl-ittra ‘A’