Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16488 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16572 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

spejjeż konnessi maż-żjara tal-Papa f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet flus iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s-somma finali fi flus ta’ kemm swiet iż-żjara tal-Papa għadu kmieni sabiex tingħata peress li għadhom jinġabru l-kontijiet. Biss, kif kien tħabbar numru ta’ ġimgħat ilu, huwa stmat li din iż-żjara se tiswa’ madwar €250,000.
Leg 11 PQ #16573 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sigurtà matul iż-żjara tal-Papa f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kienu l-awtoritajiet/aġenzija speċifikament resposabbli mis-sigurtà tal-Papa Benedittu XVI matul iż-żjara tiegħu f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Pulizija Maltija, mgħejjuna mill-Forzi Armati ta’ Malta, kienu responsabbli mis-sigurtà tal-Papa waqt iż-żjara tiegħu f’Malta.

swar tal-Belt — spejjeż għall-iscafolding

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija ċifra ta' flus globali għall-iscaffolding li qed jintuża biex jiġu riabilitati s-swar tal-Belt? Jista' jaġġornani kemm minn din is-somma diġà tħallset ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-ispiża tal-iskafoldings użat għar-restawr tas-swar tal-Belt għat-tenders mogħtija s'issa huwa ta' € 601,740.78 (VAT inkluż). L-ebda parti minn din is-somma għadha ma tħalset lill-kuntrattur. Tajjeb inżid li kull tender ikollha item tal-BOQ għal scaffolding u għalhekk il-kuntrattur ma jkunx jista jitlob aktar min din iċ-ċifra ( lump sum ). Din is-somma hi allokata għal armar, użu u żarmar tal-i scaffolding u tiġi mħallsa mal-progress tax-xogħol.

produzzjoni tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm huwa n-numru ta' mogħoż f'Malta u Għawdex fil-mument, kemm hija l-produzzjoni tal-ħalib tagħhom u x'qed isir mill-ħalib tagħhom? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' mogħoż hija kif ġej: Sena Kwantità 2006 1,303 2007 3,809 2008 4,539 2009 4,643 2010 4,276 Ninsab infurmat illi din it-Taqsima ma żżomxx data tal-produzzjoni tal-ħalib għaliex din mhix obbligatorja. Ninforma lill-Onorevoli Membru li jsiru testijiet u spezzjonijiet regolari fuq il-merħliet. Normalment il-ħalib tal-mogħoż jintuża fil-produzzjoni ta' ġbejniet.

Razez differenti ta' mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani xi programm għandu d-Dipartiment Veterinarju sabiex jippriseva r-razza tal-mogħża Maltija li huwa magħruf li hija fost l-aqwa razza għal sekli sħaħ fir-razez tal-mogħoż f'dan ir-reġjun? Kemm fil-fatt huwa l-vot tal-Ministeru għall-programm tal-priservazzjoni tad-demm tal-mogħża Maltija fil-mument? Min huwa l-uffiċjal inkarigat fil-mument?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għandu kull intenzjoni li jsalva l-mogħża Maltija u beda proġett ġewwa ċ-ċentru tal-Għammieri biex, jiġu qabel xejn stabbiliti b’mod formali l-karatteristiċi ta' din ir-razza. Matul il-proġett qed tinbena merħla ħielsa mill-mard u ta’ razza pura Maltija. Iktar tard jinħoloq reġistru nazzjonali tar-razza biex it-tnissil jibda jsir b’mod razzjonali u xjentifiku. Din l-attività tinvolvi lid-Dipartiment tar-Regolament Veterinarju, d-Dipartiment tal-Agrikoltura, l-Istitut tal-Agrikoltura fl-Università ta' Malta u, ‘l quddiem, anki raħħala privati u l-għaqdiet tagħhom. Il-fondi għal dan il-proġett jaqgħu taħt il-vot dedikat għar-riċerka skont l-estimi pubblikati u għalhekk m'hemmx vot dedikat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14940 u 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15650.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15463 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

żieda tal-għoli tal-ħajja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li biż-żieda tal-għoli tal-ħajja qabżu l-limitu tad-dħul u tilfu l-allowance supplimentari fis-snin 2007, 2008 u 2009? Kkemm kienet is-somma li ġiet frankata separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma tinżammx statistika li tiddistingwi bejn iż-żieda fid-dħul li ġej mill-għoli tal-ħajja jew xi tip ta’ żieda li seta kellu il-benefiċċjarju fid-dħul tiegħu bħal per eżempju interessi jew żidiet fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali (wara xi ftehim kollettiv ġdid) kif ukoll fil-pensjoni tas-servizz. In-numru ta’ benefiċċjarji li qabżu il-limitu tad-dħul u tilfu d-dritt għall-għajnuna supplimentari matul is-snin 2007, 2008 u 2009 kif ukoll it-tnaqqis fl-ispiża kull sena hu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. SENA NUMRU TA’ BENEFICCJARJI TNAQQIS FL-ISPIŻA TOTALI 2007 1,224 €29,149 2008 1,257 €28,303 2009 2,264 €42,018

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16459 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #16460 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15660, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-pompa tal-petrol li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Salarji u kundizzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15659, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' kull tip ta' kuntratt tax-xogħol li abbażi tagħhom hemm persuni jaħdmu fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14053 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15650.

Mixed Commission bejn Malta u l-Libja — materja tal-kompetittività

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma meta hi mistennija tiltaqa' l-Mixed Commission bejn Malta u l-Libja din is-sena? Jista' jara li tinbena l-idea biex iż-żewġ naħat jiddiskutu l-materja tal-kompetittività taż-żewġ pajjiżi u dan fid-dawl li ż-żewġ pajjiżi jikkontribwixxu aħjar għall-kummerċ u l-impjiegi rispettivi?

Response (BORG, TONIO)

Il-Kummissjoni Konġunta bejn Malta u l-Libja diġà ltaqgħet din is-sena. Is-26 Sessjoni ġiet konvenuta hawn Malta bejn it-18 u l-20 ta' Jannar. Filwaqt li d-data tas-Sessjoni li jmiss għad trid mifthema bejn iż-żewġ naħħat, is-suġġeriment li tiġi inkluża t-tema tal-kompetittività se jiġi evalwat fil-mument opportun.

households li huma eliġibbli għal xi sussidju fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' households li huma eliġibbli għal xi sussidju fuq id-dawl u l-ilma iżda xorta inqatgħalhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ta’ kemm familji li jgħixu bis-servizzi soċjali u nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma ħallsux il-kont relatat, m’hijiex disponibbli f’dan il-mument minħabba li ma ssirx distinzjoni fil-proċess imsemmi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15461 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat Malta — residenti li ilhom fuq il-konvenju

Question

B'referenza għas-sitwazzjoni tar-residenti ta' Għar Barka, r-Rabat Malta u ċioe għal fatt li dawn ir-residenti ilhom fuq konvenju sa mill-bidu tas-snin 80, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema sabiex isiru l-kuntratti uffiċjali lir-residenti attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed fil-proċess li jakkwista l-artijiet kollha f’Għar Barka li għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern. Dan il-proċess mistenni jitlesta fi żmien qasir u allura, l-art tkun tista’ tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar li minn naħa tagħha tkun fi stadju li tikkonkludi l-kuntratti mar-residenti li qegħdin fuq konvenju. Madwar €700,000 ser ikunu tħalsu mill-Gvern lis-sidien ta’ l-art li ttieħdet għal Home Ownership Scheme tas-snin 80 u fuq liema art hemm illum madwar 150 familja jirisjedu f’fond li għadu taħt konvenju. B’hekk dan il-Gvern qed jagħmel ġustizzja mas-sidien preċidenti u man-nies li jirisjedu hemm illum.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15466 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infomazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li dawn il-laqgħat huma parti minn proċess kontinwu ta’ diskussjonijiet u qsim ta’ informazzjoni kemm dwar l-implimentazzjoni ta’ sistemi u/jew direttivi vigenti jew ġodda kif ukoll ġbir u qsim ta’ ideat u informazzjoni għal deċizzjonijiet li għad iridu jittieħdu. Fid-dawl tal-wesa’ tal-materji involuti u l-fluwidità tal-proċessi nvoluti, huwa diffiċli li wieħed jgħati deskrizzjoni kompluta ta’ x’ħareġ minn dawn il-laqgħat. Fl-istess ħin, jekk l-Onorevoli Membru jixtieq informazzjoni aktar dettaljat dwar xi waħda minn dawn il-laqgħat, nistiednu jindikha u din l-informazzjoni dettaljata tkun tista tingħatalu.
Leg 11 PQ #15849 Sitting 211 2010-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enforcement notices pendenti mill-MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' enforcements noticesfil-preżent li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm tmur lura l-aktar enforcement notice pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat-22 ta' Marzu 2010, il-MEPA jew l-Awtorità ta' l-Ippjanar kif kienet tissejjaħ qabel, ħarġet total ta' 19,039 enforcement notice. Dawn in-notices nħolqu permezz ta' l-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp ta' l-1992 u fil-fatt bdew jinħarġu f'Jannar ta' l-1993. L-eqdem notices allura jmorru lura għal dak iż-żmien. Illum hemm madwar 7,600 enforecement notice pendenti. Bħalissa qed isir evalwazzjoni ta’ dawn l- enforcement notices biex jiġi determinat il-validità, l-urġenza u l-importanza tagħhom. B’hekk ikun jista’ jitfassal pjan biex jiġu esegwiti l- enforcement orders . Infakkar ukoll li bħala parti mir-riforma tal-MEPA l-Gvern qed jiddedika aktar riżorsi għall-Infurzar. Fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li jinħatar Direttur għall-Infurzar fil-MEPA.