Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16688, 15675 u 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Razzett tal-Bagħal fil-Buskett — riabilitazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentri 8928, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiġi riabilitat ir-razzett storiku tal-Bagħal fil-Buskett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riabilitazzjoni ta’ dan ir-razzett huwa parti minn proġett li għalih diġà saret sottomissjoni għal kofinanzament mill-Unjoni Ewropea. Diġa ġew mitfugħa applikazzjoni għand il-MEPA għar-riabilitazzjoni ta’ din il-binja u prezentement qegħdin nistennew il-permessi meħtieġa. Ġaladarba it-talba ta’ kofinanzjament tkun aċċettata u joħrog il-permess tal-MEPA, tinħareg sejħa għal tenders għax-xogħlijiet.

Ta' Qali Crafts Village

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4223, jista' l-Ministru jaġġornani b'informazzjoni fuq dan il-proġett u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Leg 11 PQ #17074 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċentru ta' Delinkwenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5825, jista' l-Ministru jaġġornani b'din l-informazzjoni sal-lum u ċioe kemm huwa n-numru ta' żgħażagħ/persuni li qed jattendu ċ-Ċentru ta' Delinkwenza fl-Imtaħleb limiti tar-Rabat fil-preżent? X'etajiet għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-10 ta' Mejju 2010, in-numru ta' persuni li qed jattendu ċ-Ċentru ta' Delinkwenza (SATU) fl-Imtaħleb kien ta' 16. Infurmat ukoll li l-etajiet tagħhom ivarja bejn id-19 u l-59 sena.
Leg 11 PQ #17075 Sitting 220 2010-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

membri tal-korp li weġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, kemm kien in-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16402, 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Produzzjoni tal-Laħam tal-Majjal

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2544, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni għall-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 rispettivament? Jista' jinforma ukoll bl-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar sitt snin, sena b'sena separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #16973 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16459, 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rapport fuq il-kundizzjoni tal-pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta għamlet rapport dwar il-kundizzjoni tal-pompi tal-fuel f'Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jara li dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li peress l-istudju li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jifforma parti minn proċess li għadu mhux konkluż, ir-rapport ma jistax għalissa jkun ippubblikat.
Leg 11 PQ #16975 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16460 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15660, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-pompa tal-petrol li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17013 Sitting 219 2010-05-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħażna tal-Ilma fl-Aquifers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8924, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Produzzjoni ta' metrukubu ta' drenaġġ — flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9209, 8411 u 7727 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Buskett — Żvilupp dwar l-Inoteka tal-Inbid

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 8982 u 8300, jista' l-Ministru jaġġornani bl-iżviluppi li saru sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onoervoli Interpellant li l-proġett tal-Buskett ġie inkorporat fi proposta għal ko-finanzjament taħt il-programm Italia-Malta Regional Funds 2007-2013. Il-progett għadu qed jiġi evalwat. Dan il-proġett qed isir b' kollaborazzjoni bejn, fost l-oħrajn, dan il-Ministeru, l-Istitut Agrikolu tal-Universita ta' Malta, L-Istituto Regionale Vite e Vino ta' Palermo u l-Organizzazjoni Produtturi Għeneb għall-Inbid Malta. Is-sular ta’ fuq tal-binja fil-Buskett qed tkun irranġata bħala l-Uffiċċji tal-PO tal-għassara tal-inbid.

Tniġġis fl-Aquifer

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8925, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #16969 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Order

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15850 u 15463 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15463.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16687 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15675 u 15450 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.