Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36691 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — infiq fuq fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36692 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — infiq fuq fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Tista' tipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36698 Sitting 509 2012-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Working permits ta' persuni barranin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni barranin li għandhom working permit fil-preżent? Kemm minnhom huma minn barra l-Unjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuni mill-Unjoni Ewropeja m’għandhomx bżonn permess tax-xogħol, ħlief dawk mir-Rumanija u mill-Bulgarija. Sal-lum għandna 5578 permessi tax-xogħol attivi li minnhom 473 huma Bulgari u 202 huma Rumeni.

Annimali u tjur fil-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tpoġġew annimali, tjur u speċi oħra fil-kwarantina matul dawn l-aħħar għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom għexu tul iż-żmien li damu kwarantina?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul l-2012 tpoggew fil-kwarantina annimali u tjur kif ġej: 288 għasfur Wara li tlestew il-proceduri ġew rilaxxati lis-sidien. Minnhom mietu 66* 33 tiġieġa Maqbuda mill-Qorti u ġew meqruda 30 fekruna ta’ l-art F’ l-ewwel ġranet taż-żamma fil-kwarantina mietu 14 minnhom u li ġew inċinerati.* Qattus Ma kellux iċ- ċertifikazzjoni meħtieġa u se jintbgħat lura. *L-mewt tal-frieken u l-għasafar ġiet kawżata minħabba l-mod ħażin kif ġew trasportati.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għal fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru u entitatjiet taħt dan id-dikasteru sa l-aħħar ta’ Settembru kienet ta’ €1,113,635.68, niġbidlu l-attenzjoni li n-nefqa għax-xahar ta’ Ottubru (l-għaxar xahar) tkun biss magħrufa wara it-tmiem tax-xahar. Din il-figura tinkludi kemm il-konsum minn vetturi, trukkijiet u inġenji, kif ukoll minn impjant, bħall ma huwa generator. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dettaljata kif mitluba.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36687 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Ministeru tal-Intern — infuq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Ministry€1,696.69 Permanent Secretary€7,683.63 Malta Security Services€17,225.83 OMAS€885.06 Refugee Commissioner€1,253.94 Detention Service€21,198.67 Civil Protection€86,830.68 CCF€25,207.00 Probation & Parole€1,465.15 Police€566,181.00 AWAS€27,765.95 Local Govt€2,596.58 National Identity Management€3,496.00 €763,486.18 (Ara dokument Nru. 10711 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 510 tal-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2012)

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kunsill Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: €1,843.96 - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali li jinkludi l-Agenziji Sedqa, Appogg, Sapport u Day Centres ghall-Persuni b’dizabilta’: €134,807 - MEUSAC: €3,773.54 - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Awtorita’ tad-Djar: €21,297.14 - Kummissarju ghat-Tfal: €1,071.34 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,462.34 - MCESD: €4,623.10 - Qrati tal-Gustizzja: €79,198.07 - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: €1,435.32 - Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: €1,723.90 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,762.50 - Sigurta’ Socjali: €16,261.29 - Kummissjoni ghal Vjolenza Domestika: nil

wild minn ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' wild minn ommijiet xebbiet matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu ta' nazzjoanlità barranija u x'nazzjonalità għandhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36208 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korp tad-Dejma li ma ħadux is-somma

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36006 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza għal ħaddiema tal-ex Korp tad-Dejma li ma kenux ħadu s-somma ta’ Lm4000 (erba t’elef Liri Maltin) meta rtiraw mix-xogħol wara l-61 sena, kif kienu ħadu ħaddiemaa oħra li servew fiċ-Ċivil fl-istess dipartiment, kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni li l-ħajja qed togħla, inklużi mezzi oħra bħalma huma d-dawl u l-ilma, it-trasport, gas u anke fuel fost oħrajn, jista' l-Ministru jara li jkun ikkunsidrat fiċ-ċirkostanzi li ssir ġustizzja ma' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom u jingħata l-ħlas tas-somma li sal-lum għada miċħuda lilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ingaġġ f’xi wieħed mil-Korpi tad-Dejma kien ikun jew għal perjodu ta’ erbatax–il xahar, jew għal perjodu ta’ tmintax–il xahar jew inkella għal perjodu ta’ tnax il-xahar mid-data tal-konferma. Skont in-Nomini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta dawk kollha li kienu jingaġġaw taħt dawn il-kundizzjonijiet ma kienu intitolati għal ebda terminal benefits fi tmiem is-servizz tagħhom.

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

Fil-mument, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35967 u jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha field officers tagħha li jagħmlu spezzjonijitet tat-toroq u li ma tagħmilx distinzjoni bejn rapporti tal-field officers tagħha u dawk li jidħlu minn imkejjen oħra, minħabba li kull rapport irid jiġi vverifikat mil-field officer. Il-lista kurrenti tammonta għal 1095 intervent li jinkludu mhux biss dawk ta' tiswija imma wkoll manutenzjoni preventiva. Bejn minor u major repair works l-ispiża tlaħħaq madwar € 9.5 miljun. Hu ppjanat li madwar € 2 miljuni minn dan ix-xogħol għandu jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena, dejjem jekk ma jinqala’ xejn imprevist.

parkeġġ risevat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna amja minn Ħaż-Żebbuġ , li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament isirulha sinjali tal-parkeġġ risevat? Jekk fl-affermattiva meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Leg 11 PQ #36681 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-nefqa globali għall-fuel li ntuża mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena s’issa hija ta’ Euros 268,560. Minn dawn €176,058 huma relatati mal-Forzi Armati ta’ Malta. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi għat-Tabella Annessa.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena nxtraw fuel/petrol/diesel f'ammont globali ta' €17,539 mill-Head Office u Dipartimenti f'Malta u €61,303 mill-Ambaxxati, Konsulati u Uffiċċji Rappresentativi ta' Malta li jinsabu f'diversi pajjiżi

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — serqiet rapportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Awtorita’ tad-Djar: nil - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: nil - Kummisjoni Vjolenza Domestika: nil - Kummissarju ghat-Tfal: nil - Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku u Socjali: nil - MEUSAC: nil - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil - Relazzjonijiet Industrijali: nil - Sigurta’ Socjali: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: Serqa ta’ laptop bejn id-9 u l-10 ta’ Mejju 2011 - Fondazzjoni ghas-Servizzi ghall-Harsien Socjali: Agenzija Sapport – fl-2004 u l-2005 saru 2 serqiet mill-ufficju tal-Imtarfa, fl-2008 serqa mir-residenza ta’ Bormla u fl-2009 serqa mill-Cottonera Resource Centre Agenzija Appogg – fl-2009 serqa mic-Children’s fund - Qrati t’Ghawdex: nil - Qrati ta’ Malta: fl-2011 serqa fid-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Civili, kif ukoll fl-istess sena 2 serqiet mid-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali.
Leg 11 PQ #36106 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — serqiet rapportati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtha fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36107 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — serqiet rapportati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtha fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija fl-ewwel sitt xhur tas-sena jammonta għal tnejn.

Rabat — Saqqajja - restawr ta' barrakka

Question

Jista' l-Ministru jara li jinkludi fil-xogħlijiet ir-restawar il-barrakka li hemm fit-telgħa tas-Saqqajja r-Rabat? Billi l-lum l-lista ta' din il-barrakka huwa tali ta' ħafna konsenturi, ġebel immermer, soqfa jqattru ħafna ilma u sa żewg siġriet kibru fuq is-saqaf bil-periklu li l-għeruq iwaqqgħu l-ġebel tas-saqaf u billi ukoll hija ħasra li barrakka ta' daqstant storja tal-arkitett magħruf Lorenzo Gafà titħalla taqa' biċċiet, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa hemm maħsub li se ssir evalwazzjoni tax-xogħol meħtieġ għar-restawr tal-fond imsemmi sabiex eventwalment tkun tista’ tiddaħħal fil-programm ta' xogħol ta’ restawr.