Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sa l-aħħar tas-sena rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Tista' l-Ministru tinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista' tgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' xorb eċċessiv li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (HAA) u l-Electronic Case Summary (ECS) fl-ewwel erba’xhur ta’ din is-sena kien hemm 63 każ li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba f’xorb eċċessiv. Dawn il-każijiet jitqassmu fi tliet kategoriji:
·
Kategorija A
: Sindromu ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, jew stat ta’
withdrawal
minħabba li min jkun dipendenti fuq l-alkoħol ikun waqqaf jew naqqas l-ammonti li s-soltu jixrob, jew dawk li jabbużaw mill-alkoħol (ICD-10 codes F10.2 , F10.3, F10.1 u F10.9)
·
Kategorija B
: Intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol iżda il-persuna ma kenitx dipendenti fuq l-alkoħol (ICD-10 code F10.0)
·
Kategorija
Ċ
: Mard tal-fwied attribbwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija jidhru hawn taħt:
Kategorija A
Kategorija B
Kategorija Ċ
10
44
9
Dawn il-figuri ma jinkludux pazjenti li jiġu invistati fid-Dipartiment tal-Emerġenza iżda ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Dawn il-figuri huma provviżorji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' AIDS/HIV li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS) fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena idaħħlet persuna waħda fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ AIDS (ICD-10 codes: B20-B24).
Matul l-istess perjodu ma jirriżultax li kien hemm irreġistrati persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ HIV (ICD-10 codes: R75 u Z21). Iżda ta’ min jinnota li seta’ kien hemm persuni li huma HIV+ u li ddaħħlu l-isptar għal xi kundizzjoni oħra u għalhekk fid-
discharge diagnosis
ma jkunx imniżżel li huma HIV+.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 169 każ ta' vjolenza domestika, li 10 minnhom kienu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq minorenni rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmta illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 58 każ ta' xi tip ta' vjolenza kriminali fuq persuni taħt it-18-il sena. Minn dawn kien hemm każ wieħed f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq l-anzjani rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrpurtati 65 każ ta' xi tip ta' vjolenza fuq persuni ta' sittin sena jew aktar li 2 minnhom kienu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 9 każijiet ta' kuntrabandu lill-Pulizija. Infurmat ukoll li dawn il-każijiet kienu kollha f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li kienet il-produzzjoni tat-tjur tas-smina matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jirrispondi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-produzzjoni tat-tjur tas-simna (broilers) matul l-ewwel erba' xhur ta' l-aħħar ħames snin hija:
Jan – April 2010 630,208 heads 1,563,458 kgs
Jan – April 2009 926,272 heads 2,751,094 kgs
Jan – April 2008 1,058,758 heads 2,624,582 kgs
Jan – April 2007 961,011 heads 2,172,826 kgs
Jan- April 2006 736,043 heads 1,587,245 kgs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq fi stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 106 każ ta' serq minn retail outlets, li minnhom kien hemm 5 każijiet f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati minn djar privati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 219 każ ta' serq minn djar privati, li minn dawn kien hemm 14 f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' avvelenament fl-ikel li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat skond tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary (ECS), fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena kien hemm 8 każi ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ velenu fl-ikel (food poisoning). Din l-informazzjoni hija provviżorja.
Fit-terminu
food poisonin
g huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kawżati minn
viruses
li jistgħu ikunu trażmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis u l-Electronic Case Summary fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena kien hemm 80 każ ta’ overdose li ddaħħlu bħala pazjenti fl-Isptar Mater Dei.
NOTA
: It-terminu
overdose
jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
·
Kategorija A
: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44)
·
Kategorija B
: Attentat ta’ suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64)
·
Kategorija C
: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10 - Y14)
In-numru ta’ każijiet f’kull kategorija huwa kif jidher hawn taħt:
·
Kategorija A:
Kien hemm 14-il pazjent reġistrati li ddaħħlu kawża ta’ avvelenamemt inċidentali..
·
Kategorija B:
Kien hemm 25 pazjent reġistrati f’din il-kategorija.
·
Kategorija C:
Kien hemm 41 pazjent li ddaħħlu l-isptar kawża ta’ avvelenament fejn mhux magħruf jekk kienx inċidentali jew premeditat.
Dawn il-figuri ma jinkludux pazjenti li jiġu invistati fid-Dipartiment tal-Emerġenza iżda ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali tal-isptar. Il-figura ikkwotati huma provviżorji.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni sal-lum għall-mistoqsija parlamentari 9356 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi hemm 108 vetturi għall-użu tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħi bi spiża totali ta’ €36,563.09 fix-xahar. Din il-lista tinkludi ukoll il-vannijiet u t-trakkijiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16966, 9209, 8411 u 7727 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid illum kemm huwa kkalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.