Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15782.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15463 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15463.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tat-taxxa tal-income mill-online gambling reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-2008 u l-2009 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tat-taxxa tal-income mill-kumpaniji tal-online gambling reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-2008 u l-2009 separatament kien kif ġej:
2008
2009
€26,886,383
€52,515,224
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17177 u 16969 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4296, jista' l-Ministru jaġġornani bl-informazzjoni mitluba sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17179, 16966, 9209, 8411 u 7727 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid illum kemm huwa kkalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17179.
Twelid ta' tfal minn ommijiet xebbiet jew separati
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm twieldu tfal minn ommijiet xebbiet jew separati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet huma ta' ċittadinanza Maltija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Marzu ġew irreġistrati li twieldu 283 tarbija minn ommijiet irraportata bħala “single” jew “widowed/separated/divorced”. Minn dawn 272 tarbija kellhom omm ta’ ċittadinanza Maltija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17229, 16971, 16402, 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14689.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17228, 17013, 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17210 u jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16973, 16459, 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17018, 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17073 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4223, jista' l-Ministru jaġġornani b'informazzjoni fuq dan il-proġett u jgħid meta huwa ppjanat li jibda u jispiċċa l-proġett ta' Crafts Village f'Ta' Qali? Kemm fil-fatt huwa stmat li se jiswa dan il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddejja l-aħħar fażi tal-finalizzazjoni ta' l-istimi u pjan ta' żvilupp tal-proġett fuq il-bażi tal-pjanijiet kif diskussi mar-rappreżentanti tas-sidien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17078 u 15668 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari rigward il-bypass tal-Imtarfa, jista’ l-Ministru jgħid għaliex kulma jmur din it-triq qed jiżdiedu t-tarmac cracks minkejja li skond il-Politika tal-Gvern din it-triq kellha sservi għal 20 sena u tkun il-mudell ta' kif għandhom jinbnew it-toroq fil-gżejjer tagħna? Jista’ jaġġornani x'sar mill-konsiderazzjonijiet li poġġejt jien fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kif skont l-esperti lokali u barranini li kkonsultajt magħhom offrew soluzzjoni sabiex ma jirrepetux żbalji fuq xogħlijiet ta' toroq rurali oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17087 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' moħqrija fuq l-annimali u tjur rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 30 każ ta' moħqrija fuq annimali, 26 f'Malta u 4 f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' hold ups rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jikri 15-il karozza, karozza waħda f'Malta u erbatax fl-Ambaxxati barra minn Malta, u li matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena tħallset is-somma ta’ €18,465. Huwa stmat li minn Mejju sal-aħħar ta’ din is-sena se jintefqu madwar €39,670.