Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17909 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tal-VAT? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ oġġezzjonijiet reġistrati mit-taxpayers mad-Dipartiment tal-VAT huwa kif spjegat hawn taħt: 581 oġġezzjoni marbuta ma’ VAT li minnhom hemm 162 kumpanija u 419 self employed ; 54 li għandhom x’jaqsmu ma’ Eko Kontribuzzjoni li minnhom hemm 30 kumpanija u 24 self-employed /; Huwa diffiċli li wieħed jikkategoriżżhom sena b’sena peress li biex isir dan l-eżercizzju wieħed l-ewwel irid janaliżża u jkollu jistħarreġ kull oġġezzjoni. L-oġġezzjonijiet imsemmija ġew reġistrati kif spjegat hawn taħt: Eko-Kontribuzzjoni VAT Self employed - Kumpaniji Self employed - Kumpaniji 2009 3 4 31 16 2010 21 26 388 146

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17908 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17908.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17905 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17906 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18262 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prodotti/oġġetti mizmuma id-Direttortat tal-Istandards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' prodotti/oġġetti importati li ġew miżmuma mid-Direttorat tal-iStandards Lokali? Mil-liema pajjiżi? X'prodotti u/jew oġġetti ġew ikkonfiskati matul 2009 u sal-lum fl-2010 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-prodotti miżmuma waqt spezzjonijiet mid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq ta’ l-Awtorità Maltija għall-iStandards huma: 2009: 133 2010 (sa l-aħħar ta’ Mejju): 70 Ħafna mill-prodotti huma ġejjin miċ-Ċina filwaqt li kien hemm diversi oħrajn mill-Italja. Il-biċċa l-kbira tal-prodotti miżmuma huma pestiċidi u ġugarelli.
Leg 11 PQ #18263 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17971, 17468, 17097 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet

Question

Skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-bilanċ preżenti ta’ oġġezzjonijiet, sal-aħħar tas-sena huwa mistenni li jinħadmu madwar 1,200 oġġezzjoni. Huwa diffiċli ħafna li wieħed jagħmel stima eżatta ta’ kemm se jinħadmu oġġezzjonijiet, minħabba l-fatt li t-tul li jittieħed biex tiġi konkluża oġġezzjoni jiddependi minn ħafna fatturi, fosthom ir-riżorsi umani kif ukoll il-kooperazzjoni mit- taxpayers u r-rappreżentanti tagħhom.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet reġistrati mit-tax payers mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' kumpaniji/self employed/ħaddiema eċċ. kif ukoll jikkategorizzahom sena b'sena abbażi tal-oġġezzjonjiet in kwestjoni? Meta ġew reġistrati l-ewwel darba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' oġġezzjonijiet minn individwi kontra kontijiet tat-taxxa huwa 1,677 regward is-sistema l-antika (jigifieri sas-sena ta' stima 1998) u 375 għas-sistema l-ġdida (mis-sena ta' stima 1999 'il hawn). Fil-każ tal-kumpaniji hemm 412 għas-sistema l-antika u 145 għas-sistema l-ġdida. Id-dettalji sena b'sena huma disponibbli biss għas-sistema l-ġdida (mis-sena ta' stima 1999 'il hawn), u huma kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17972 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Persuni li bdew l-impjieg tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17338 u 17087 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali Crafts Village

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17250, jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat u meta saru biex ġew diskussi mar-rappreżentanti tas-sidien in kwestjoni? Min mexxa dawn il-laqgħat u kemm kien in-numru tar-rappreżentanza tas-sidien li attendew?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta nbeda x-xogħol fuq il-proġett il-ġdid ta' Ta' Qali, is-sidien appuntaw ħames rappreżentanti tagħhom sabiex jiltaqgħu u jiddiskutu l-proġett b'mod regolari mar-rappresentanti tal-MIP. Dawn il-laqgħat ilhom isiru b' mod regolari kull ġimgħatejn għal dawn l-aħħar tmien xhur. Bejn tlieta u ħames rappreżentanti tas-sidien dejjem kienu preżenti b'mod regolari.
Leg 11 PQ #17974 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17249, 17018, 16488, 15658 u 14682 u jgħid fil-mument kemm huwa numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18167 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġornani x'ġara mir-rapport li sar lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-21 ta' Mejju skont ir-referenza CM/758/10?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lment ġie rreġistrat fis-sistema appena daħal u ġie investigat skont il-proċedura. Jirriżulta li s-sid tal-istabbilliment konċernat beda jwettaq xogħolijiet li jikkonsistu minn ħitan tal-bricks u pjattaforma tal-konkos mal-art bħala bitħa estiża fuq in-naħa ta' wara tal-petrol station. Peress li ma jirriżultawx permessi ta' żvilupp għal dan it-tip ta' bini, is-sid ġie ordnat jieqaf mix-xogħol immedjatament u ser jinħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettieq skont riferenza (ECF 362/10). Il-każ ser jibqa’ jkun segwit sa ma jkun assigurat li s-sitwazzjoni ġiet regolarizzata skont il-liġi.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17901 u jgħid, skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17901.

Dipartiment tal-VAT — oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17903 u jgħid skont id-Dipartiment tal-VAT kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi huwa maħsub li din is-sena jinħadmu u jiġu finaliżżati madwar tmien mitt oġġezzjoni fid-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud. Dan ukoll wara li riċentament, id-Dipartiment żied persuna oħra fuq dan ix-xogħol.

Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ta' trabi f'pajjiżna matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jagħti ukoll breakdown tas-sess, ċioe maksili, feminli, twemin, eċċ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Marzu 2010 ġew irreġistrati li twieldu 1,003 tarbija; minn dawn 517 kienu maskili u 486 kienu feminili. Kien hemm 26 tarbija (13 twelid) tewmin u 6 trabi kienu “triplets” (2 twelid).
Leg 11 PQ #17893 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' hold ups

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17209 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' hold ups rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżisti ebda rejat speċifiku ta' Hold-Up. Hemm però dawk ta' rejati ta' serq ikkwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-istess Kodiċi li jitkellmu fuq vjolenza, il-mezz, il-valur, il-persuna, l-lok, l-ħin jew ix-xorta ta' ħaġa misruqa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika liema minn dawn il-kategoriji jixtieq li tingħatalu l-informazzjoni.
Leg 11 PQ #17896 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ranking tal-korruzzjoni

Question

Fid-dawl tal-fatt li Malta bħala stat waqgħet lura f'dak li huwa ranking tal-korruzzjoni meta pparagunat ma' stati oħra fil-bqija tad-dinja, jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk ħatarx kummissjoni indipendenti biex tistħarreġ/tinvestiga x'wassal għal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għar-rapporti dwar il-perċezzjoni ta’ korruzzjoni, liema rapporti evidentement jippruvaw ikejlu l-perċezzjoni. Dan il-Gvern dejjem iġġieled il-korruzzjoni, saħħaħ u determinat li jkompli jsaħħaħ l-istrutturi li jiġġieldu l-korruzzjoni. Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra ġie mwaqqaf sabiex jaħdem favur it-tisħiħ tat-trasparenza u l-kontabilità.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — oġġezzjonijiet

Question

Skont id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

pazjenti jieħdu kura medika fi sptarijiet barra minn xtutna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pazjenti li fil-mument qed jiġu rikoverati għall-kura medika fi sptarijiet barra minn xtutna? F'liema sptarijiet u f'liema pajjiżi qegħdin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmata li fil-mument hemm 24 pazjent li qed jirċievi kura medika fi sptarijiet ġewwa l-Ingilterra. Il-pazjenti qed jirċievu kura fl-Isptarijiet li huma msemmijja hawn taħt. · Royal Marsden Hospital, Sutton · King’s College Hospital, London · Great Ormond Street Hospital, London · Nuffield Orthopedic Centre, Oxford · Moorfields Eye Hospital, London · National Hospital for Neurology and Neurosurgery, London · John Radcliffe Hospital, Oxford · St. Thomas Hospital, London · Bristol Eye Hospital, Bristol · Royal National Orthopedic Hospital, Stanmore.

Dipartiment tat-Taxxi tal-VAT — oġġezzjonijiet

Question

Skont id-Dipartiment tat-Taxxi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li din is-sena jinħadmu oġġezzjonijiet u jiġu finalizzati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.