Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18261 u 17906 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17906.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18263, 17971, 17468, 17097 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18266 u jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17461.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-informazzjoni sal-lum tal-mistoqsija parlamentari 9355 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16971, 16402, 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14689, liema tweġiba tapplika ukoll għall-mistoqsijiet parlamentari numru 16971,16402 u 15649.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jużax il-proċess ta’ taħrik kontra ‘taxpayers’ li ma jonorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti imma jipproċedi b’mezzi oħra legali li tagħtih il-liġi.
Dipartiment tal-VAT — kumpaniji li qed jiġu mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpaniji self employed/ħaddiema eċċ. li qed jiġu mħarrka għaliex m'onorawx il-ħlasijiet/pagamenti dovuti lid-Dipartiment tal-VAT? Kemm hi ċ-ċifra globali ta' flus in kwestjoni ta' żbilanċ kontra d-dipartiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 1225 persuna/kumpanija mħarrka kriminalment minħabba li jew naqsu li jissottomettu d-denunzji rispettivi fit-terminu stabbilit mill-liġi, jew issottomettew id-denunzji mingħajr ma’ ġie affettwat il-ħlas rispettiv.
Barra minnhekk hemm 584 każ li kontrihom hemm azzjoni ċivili fil-Qrati. Il-
book balance
dovut jammonta għal €64,486,668, u jinkludi wkoll stimi ta’ taxxa, imgħaxx u penali amministrattivi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — programm ta' laqgħat u konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17888, 17228, 17013, 16687, 15781 u 15458 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' tilwimiet industrijali li ġew reġistrati f'pajjiżna? Kemm minnhom ġew riżolti u liema huma dawk pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-ewwel ħames xhur tal-2010 ġew irreġistrati 25 tilwima industrijali li minnhom, wara intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, 23 ġew riżolti u tnejn għadhom pendenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17890 u 17210 u jinfurmani bin-numru tal-karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm hija ċ-ċifra ta' flus li tħallset fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 għal dan is-servizz u kemm huwa kkalkulat li jrid jitħallas sal-aħħar tas-sena rispettivament?
Jista' l-Ministru jinfurmani bl-ispiża globali f'ċifra ta' flus ta' kull reverse osmosis f'pajjiżna għas-snin 2008 u 2009 separatament u rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża globali ta’ kull reverse osmosis plant għas-snin 2008 u 2009 kienet kif ġej:
RO Plant
2008
2009
€
€
Pembroke
5,050,828
5,788,987
Lapsi
3,060,538
3,003,523
Cirkewwa
1,953,201
2,057,650
TOTAL
10,064,567
10,850,160
każijiet minħabba xi kontaminazzjoni fl-ilma baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 f'Malta u Għawdex kemm kien in-numru ta' każijiet minħabba xi kontaminazzjoni fl-ilma baħar? Kemm fil-fatt kien iż-żmien projbit għall-użu ta' din il-bajja kawża ta' din il-kontaminazzjoni? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Fl-istaġun uffiċċjali tal-għawm id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ regolari li jinkludi teħid u analażi ta' kampjuni tal-ilma baħar, f'sebgħa u tmenin lokalità li huma meqjusa uffiċċjalment bħala żoni tajbin għall-għawm matul l-kosta ta' Malta, Għawdex u Kemmuna.
Fid-9 ta’ Settembru tas-sena 2009, temporanjament ingħalqet parti mill-bajja tax-Xemxija magħrufa bħala l-Fekruna u dan minħabba żbroff tad-drenaġġ. Din il-bajja baqgħet magħluqa għall-perjodu ta’ sebat ijiem u reġgħet infetħet għall-għawm biss meta r-riżulatati tal-analażi tal-ilma baħar li komplew jittieħdu ta’ kuljum deheru li kienu fil-livelli rakkomandati. Il-pubbliku ġie immedjatament infurmat b'dan minn dan id-Direttorat permezz ta' staqarrija għall-istampa kif ukoll twaħħil ta' tabella fl-istess bajja. Din kienet l-unika bajja li ingħalqet matul l-2009.
Din is-sena, fl-10 ta’ Ġunju, b’riżultat ukoll ta’ żbroff ta’ drenaġġ, kellha tingħalaq il-bajja quddiem il-pjazza ta’ Buġibba. Din il-bajja reġgħet infetħet għall-għawm fis-16 ta’ Ġunju wara li r-riżultati tal-analażi ikkonfermaw li l-kwalita` tal-baħar reġgħet kienet tajba għall-għawm.
Dan id-Direttorat għandu sistema awtomatika fejn il-pubbliku jista` jċempel fuq in-numru tat-telefon 21827146 u jingħata informazzjoni aġġornata dwar il-kwalità ta' l-ilma baħar u dan minbarra aċċess għar-riżultati fuq il-
website
.
Jista' l-Ministru x'ġara mill-pjanijiet sabiex tiddawwal biż-żebgħa ta' matul il-lejl il-Bypass tas-Salina/Magħtab? Meta se ssir ħalli matul iż-żmien tas-sajf jiġi evitat ħafna mill-periklu għas-sewwieqa inkluż turisti li jiżdiedu matul is-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet żewġ tenders għat-triq imsemmija: wieħed għat-tabelli u l-ieħor għas-sinjali ta’ mal-art. Iż-żewġ tenders għalqu u qegħdin fl-aħħar fażi tal-proċess tal-aġġudikazzjoni
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin huwa ta' 18 (10 Ambaxxaturi, 6 Advisers Part-time u 2 uffiċjali).
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fil-Ministeru tiegħi hemm erba persuni li baqgħu jaħdmu wara li għalqu l-61 sena.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u fid-dekasteru li jaqa' taħtu hemm 2 persuni li qabżu l-61 sena li baqgħu jaħdmu full-time u 5 konsulenti (1 full-time u 4 part-time), kollha b'kuntratt.
Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħaddiema li qabżu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fil-ministeru tiegħu u/jew fid-dekasteru li jaqa' taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
In-numru ta’ ħaddiema/uffiċjali li qabżu l-61 sena u baqgħu jaħdmu fid-dekasteru tieġħi huwa ta’ 67.