Miniteru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2009, in-nefqa f’cifra ta’ flus globali għall-konsulenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru kienet ta’ € 853,174.31
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' persuni rapportati bis-sick leave f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu mas-settur privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-total ta’ persuni rraportati bis-sick leave billi issottomettew ċertifikat tal-mard minn Jannar sa Mejju tas-sena li qegħdin fiha jammonta għal 34,233. Minn dan it-total, 30,622 ġew irrapportati f’Malta u 3,601 ġew irrapportati f’Għawdex.
In-numru ta’ persuni rraportati bis-
sick leave
mis-settur privat kien ta’ 12,585. Minn dan it-total, 11,770 ġew irrapportati f’Malta u 812 ġew irrapportati f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 kemm kien in-numru ta' tfal bniet/subien rapportati li m'attendewx skola f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tabella hawn taħt tindika kemm kien in-numru ta’ tfal bniet/subien rapportati li m’attendewx skola matul l-ewwel ħames xhur tal-2010 f’Malta u f’Għawdex separatament.
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Malta
Bniet
587
563
1124
501
797
Subien
699
771
1698
651
1044
Għawdex
Bniet
9
10
54
7
12
Subien
15
11
166
5
11
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf il-benefiċċji tal-mard minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdx separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħlas tal-benefiċċju għall-mard huwa marbut mas-sottomissjoni taċ-ċertfikati tal-mard ipprovduti kull ġimgħa minn persuni li huma impjegati jew li jaħdmu għal rashom u li jkunu ma jifilħux u għalhekk ma jkunux f’posizzjoni li jattendu għall-impjieg tagħhom.
Għaldaqstant il-ħlas tal-benefiċċju ma jitwaqqafx minħabba xi irregolaritajiet iżda għaliex il-persuna ikkonċernata ma tissottomettix iżjed ċertifikati mediċi kull ġimgħa jew għax ikun tħallas il-massimu ta’ benefiċċju għall-mard kif stipulat mill-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf il-benefiċċji tar-relief minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta’ hawn taħt juru l-każijiet li ġew mwaqqfa imma mhux neċessarjament minħabba irregolaritajiet.
Benefiċċju
Malta
Għawdex
Totali
Għajnuna għal-Disimpieg
1,053
83
1,136
Bord għall-Għajnuna Soċjali
7
0
7
Għajnuna Soċjali
496
23
519
Għajnuna Soċjali tal-Wens
20
1
21
Għajnuna għall-Ġenitur Singlu
130
2
132
Għajnuna għall-Persuna Dipendenti mid-Droga
29
9
38
Total
1,735
118
1,853
Nota: Għajnuna Soċjali huwa t-terminu propju li jintuża għal-benefiċċji tar-relief
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf il-benefiċċji tat-tfal (Children's Allowance) minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn 1 ta’ Jannar u 31 ta’ Mejju kien hemm 701 każ ta’ Childrens Allowance li ġew imwaqqfa. Dawn kienu 646 każ Malta u 55 każ Għawdex. Tajjeb li nippreċiza li dawn il-każi mhux neċessarjament twaqqfu minħabba irregolaritajiet.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' każijiet li d-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali kellu jirrikorri għall-azzjoni li waqqaf għajnuna supplimentari minħabba irregolaritajiet, f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nfurmata li in-numru ta’ persuni li kellhom l-għajnuna supplimentari imwaqqfa kien ta’ 817 f’Malta u 170 f’Għawdex skont kif jidher fil-lista hawn taħt.
RAĠUNI
Malta
Għawdex
JEĊĊEDI IL-MEZZI STABBILITI
63
9
QED TITĦALLAS L-ALLOWANCE GĦAT-TFAL
25
3
INFORMAZZJONI NIEQSA
24
0
MHUX MEQJUS BĦALA KAP TA’ FAMILJA
705
158
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għar-relief f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 rispettivament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm huma f'pendenzi? Kemm minnhom huma talbiet ta' romol u/jew ommijiet xebbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ applikazzjonijiet (talbiet) ġodda għall-Għajnuna Soċjali (relief) li daħlu fid-Dipartiment fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien ta’ 1,449 (elf, erbgħa mija u disgħa u erbgħin).
Minn dan l-ammont ġew approvati 1,181(elf, mija u wieħed u tmenin), filwaqt li 43 (tlieta u erbgħin) għadhom pendenti.
Minn numru kollu ta’ talbiet kien hemm 11 (ħdax) romol u 199 (mija u disgħa u disgħin) ommijjiet xebbiet.
applikazzjonijiet ġodda għal pensjoni tal-invalità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għall-pensjoni tal-invalidità f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 rispettivament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm huma f'pendenzi? Kemm minnhom huma talbiet ta' romol u/jew ommijiet xebbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li issottomettew talba ġdida għall-Pensjoni għall-Invalidità fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 kien ta’ 242. Minn dawn it-talbiet, 74 ġew approvati u qegħdin jirċievu il-Pensjoni għall-Invalidità, 88 ġew irrifjutati id-dritt għall-pensjoni imsemmija filwaqt li 80 għadhom ma ġewx deċiżi u għaldaqstant għadhom pendenti.
Inżid ukoll li mit-total ta’ talbiet imsemmija, 5 ġew sottomessi minn persuni romol filwaqt li 5 oħra ġew sottomessi minn ommijiet xebbiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għall-SKA f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 rispettivament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm huma f'pendenzi? Kemm minnhom huma talbiet ta' romol u/jew ommijiet xebbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għal Għajnuna għall-Mard (SKA) mill-1 ta’ Jannar 2010 sa 31 ta’ Mejju 2010 huwa ta’ 840. Minn dawn it-talbiet/applikazzjonijiet 298 minnhom ġew approvati, 385 ġew irrifjutati, filwaqt li 157 għadhom pendenti.
Mill-298 każijiet li qegħdin jitħallsu 54 minnhom huma romol u 6 minnhom huma ommijiet xebbiet.
applikazzjonijiet ġodda għal manutenzjoni fid-djar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għall-manutenzjoni fid-djar f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 rispettivament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm huma f'pendenzi? Kemm minnhom huma talbiet ta' romol u/jew ommijiet xebbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej,
TALBIET TAĦT SKEMI GĦALL-MANUTENZJONI - 1/1/2010 SA 31/5/2010
Numru ta' applikazzjonijiet 82
Applikazzjonijiet approvati 21
Applikazzjonijiet pendenti 52
Romol / ommijiet xebbiet 21
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ssottomettew talbiet/applikazzjonijiet ġodda għal sussidju fuq kera f'dawn l-ewwel ħames xhur tas-sena 2010 rispettivament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm huma f'pendenzi? Kemm minnhom huma talbiet ta' romol u/jew ommijiet xebbiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej,
SKEMA R – Sussidju fuq il-Kera f’postijiet mikrja mill-privat minn 1/1/2010 sa 31/5/2010
Numru ta' applikazzjonijiet ġodda 200
Applikazzjonijiet approvati 60
Applikazzjonijiet pendenti 109
Romol / ommijiet xebbiet/nisa separati 68
Jista' l-Prim Ministru tgħid matul l-ewwel ħames xhur tal-2010, kemm kien in-numru ta' persuni rapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni li weġgħu u għamlu talba għall-Benefiċċju għal Korriment fuq il-post tax-xogħol fix-xhur minn Jannar sa Mejju 2010 kien kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
dħul mit-taxxa tal-VAT minn restaurants, cafeterias, pizzerias u bars
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'mod globali kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn restaurants, cafeterias, pizzerias u bars matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul nett (jiġifieri wara li tnaqqas l-input vat mill- output tax) mit-taxxa tal-VAT minn restaurants, cafetarias, pizzerias u bars matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien kif spjegat hawn taħt:
i)
Minn
Restaurants
(li jinkludu wkoll
cafeterias
u
pizzerias)
: €4,273,233.91
ii) Minn
restaurants li joffru ukoll servizz ta’ akkomodazzjoni
: * €4,308,428.17
iii) Minn
Bars
: €1,483,443.92
* Fil-każ tar-
restaurants
li joffru ukoll servizz ta’ akkomodazzjoni, meta jimlew id-denunzji jitolbu ammont lura ta’
input
VAT li hi relatata man-negozju kollu. B’hekk ma tistax tattribwixxi kemm hu l-ammont
Nett
ta’ VAT imħallsa fuq ristorant biss.
Jista' l-Ministru jgħid b'mod globali kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn fuq il-fuels matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn persuni rreġistrati li jbiegħu fuels jinkludu ukoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti ta’ servizzi u prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.
dħul mid-dazju, sisa, taxxi fuq sigaretti u tabakk
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mid-dazju, sisa, taxxi fuq sigaretti u tabakk matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul mid-dipartiment tad-Dwana matul l-ewwel ħames xhur tas-sena minn taxxi fuq sigaretti u tabakk huwa kif ġej:
Dazju €15,592
Sisa €24,973,634
VAT €5,399,490