Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' twelid fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet u x'etajiet kellhom dawn l-ommijiet rispettivament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — każijiet ta' xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq xorb eċċessiv reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom? Kemm kien in-numru ta' każijiet ta' overdose reġistrati li daħlu l-Sptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur 2010? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każijiet ta' vjolenza u/jew abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza u/jew abbuzi sesswali fuq minorenni reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, irriżulta li kien hemm każ ta' persuna minorenni li ddaħlet l-Isptar Mater Dei minħabba fi vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010. Ta’ min wieħed ikun jaf li jista’jkun hemm każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ vjolenza u/jew abbuż sesswali fuq minorenni pero’ il-każ ikun għadu qed jiġi investigat u għalhekk ma jkunx irreġistrat. Kif ukoll minħabba li n-natura ta’ dawn l-inċidenti hija waħda daqshekk sensittiva, din l- informazzjoni tista’ ma tkunx imniżżla fl- Electronic Case Summary. Għaldaqstant, minn informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas- Social Work fl-Isptar Mater Dei, jirriżulta li kien hemm 55-il persuna taħt is-sittax-il sena li ġiet irreferuta lil dan id-Dipartiment din is-sena fuq problemi soċjali u/jew ta’abbuż. Aparti minn dawn, minn informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tal-Ostetrija u Ġinekoloġija kien hemm ukoll ħames każijiet ta’ minorenni taħt is-sittax-il sena li ġew investigati għal allegat abbuż sesswali, però ma ddaħħlux bħala inpatients fl-Isptar Mater Dei.

Sptar Mater Dei — rapporti ta' Avvelinament fl-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet fuq avvelinament fl-ikel reġistrati li daħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) fl-ewwel disa’ xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom huma hekk: Eta’ Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Settembru 2010) <15 22 15-24 11 25-34 1 35-44 1 45-54 4 55-64 4 65-74 7 75-84 4 85-94 1 Total 55 Fit-terminu “ food poisoning ” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).

Inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol reġistrati li daħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma tistax tinagħta informazzjoni dwar in in-numru ta' każijiet ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol reġistrati li ddaħlu fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010. Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl- Electronic Case Summary/ Hospital Activity Analysis System jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li dan l-inċident ikun seħħ fuq il-post tax-xogħol.

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' persuni li sofrew inċidenti tat-traffiku reġistrati li daħlu l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH), in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ inċidenti tat-traffiku fl-ewwel disa’ xhur ta’din is-sena, u l-etajiet tagħhom juwa hekk: Eta’ Numru ta’pazjenti li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei (Jannar – Settembru 2010) <15 22 15-24 64 25-34 45 35-44 39 45-54 32 55-64 21 65-74 10 75-84 12 85-94 3 Total 248 Tajjeb wieħed jgħid li f’ċertu każijiet fl- Electronic Case Summary jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li jkun seħħ inċident.
Leg 11 PQ #20521 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — breakdown tal-każijiet ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm-il każ ta' overdose seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u faċilitajiet oħra simili matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm każ wieħed ta' overdose.
Leg 11 PQ #20522 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li ntbagħtu għall-kura fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm-il persuna mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u faċilitajiet oħra simili matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ntbagħtet għall-kura fl-isptarijiet, kliniċi eċċ.? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu r-rġiel u/jew żgħażagħ? Kemm minn dawn kienu b'konnessjoni ma' mard mentali u/jew tqala?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru tal-2010 intbgħatu 387 raġel u 42 mara u 10 żgħażagħ għal kura fl-isptarijiet. Fost dawn kien hemm 30 raġel u 2 nisa li ngħataw kura mentali filwaqt li kien hemm 20 mara li ngħataw kura b'konnessjoni ma' tqala.
Leg 11 PQ #20525 Sitting 270 2010-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inċidenti u kollużjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inċident u kollużjonijiet tat-traffiku ġew rappurtati lill-Pulizija matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn 1-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm 2,034 inċident tat-traffiku li ġie rappurtat lill-Pulizija. Minn dawn 1,939 kienu f'Malta u 95 kienu f'Għawdex.

inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti rappurtati fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu fis-settur privat u f'liema oqsma industrijali eċċ.? Kemm kien in-numru ta' nies, rġiel u żgħazagħ li sofrew dawn l-inċidenti? Kemm minnhom irriżultaw f'diżabilità permanenti u/jew fatali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20312, fejn intalbet l-istess informazzjoni.

Ommijiet xebbiet li jieħdu xi benefiċċju soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet reġistrati li jieħdu xi forma ta' benefiċċji mad-Dipartimenti tas-Sigurtà Soċjali f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ommijiet xebbiet li jieħdu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur waħdu, l-allowance tat-tfal u l-allowance tat-tfal b’rata fissa hu kif jidher fit-tabella: Benefiċċju Malta Għawdex Total Ommijiet b'Nazzjonalita' barranija Allowance tat-tfal 4,027 130 4,157 18 Allowance tat-tfal b’rata fissa* 111 2 113 3 Għajnuna Soċjali għal ġenitur waħdu 2,716 77 2,793 7 Total 6,854 209 7,063 28 *Dawk li għandhom dħul annwali ta’ aktar minn €23,923.

Ħaddiema sick leave

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm-il ġurnata sick leave ittieħdet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena mill-ħaddiema, uffiċjali eċċ. fiċ-Ċivil abbażi dipartiment, dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeri kif stabbiliti llum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżamx mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Leg 11 PQ #20515 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn stabilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rrapurtati lill-Pulizija minn stabilimenti kummerċjali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 453 serqa minn stabbilimenti kummerċjali. Minn dawn 437 kienu f'Malta filwaqt li 17 kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #20516 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010, kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija minn djar privati f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, ġew irrappurtati lill-Pulizija 609 serqiet minn djar privati 580 f'Malta u 29 kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #20517 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn karozzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija ta' karozzi privati u self-drive, car hire eċċ. f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 277 serqa ta' vetturi. Minn dawn 270 f'Malta u 7 f'Għawdex.
Leg 11 PQ #20518 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet fuq turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija fuq turisti f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux dipsonibbli. Madankollu ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru ta' din is-sena kien hemm 330 persuna ta' nazzjonalita' barrranija li allegatament sfaw vittma ta' xi tip ta' serq.
Leg 11 PQ #20519 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet fuq opri tas-sajd u tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija fuq opri tas-sajd u tal-baħar f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 89 serqa minn dgħajjes, 82 f'Malta u 7 f'Għawdex filwaqt li kien hemm 28 rapport dwar serq ta' dgħajjes, 27 f'Malta u 1 f'Għawdex. Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tip ta' dgħajjes.
Leg 11 PQ #20520 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn Ministeri, dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel xhur tas-sena 2010 kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija li seħħew f'ministeri, dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, korporazzjonijiet eċċ. tal-gvern f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, ġew irrapurtati 14-il każ ta' serq minn bini tal-Gvern irrapurtat lill-Pulizija, 12 kienu f'Malta u 2 f'Għawdex.
Leg 11 PQ #20441 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20208 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17468, jista' l-Prim Ministru jaġġornani bl-istess informazzjoni għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru separatament? Jista' wkoll jgħid kemm hemm każijiet pendenti x'jitħallsu għall-perjodu ndikat f'din il-mistoqsija parlamentari u l-mistoqsija parlamentari 17468 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20442 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20182 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra