Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-ħaxix frisk prodott, prodott għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi din l-istatistika speċifika ma tinġabarx. Il-Ministeru jiġbor statistika tal-ħaxix li daħal fil-pitkalija.
Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' persuni li jirċievu l-għajnuna għad-dipendenza mid-droga f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qegħdin isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga f’xi Komunita u li qed jirċievu għajnuna soċjali Social Assistance for Drug Addicts (DAD) huwa ta’ 27 f’Malta (Komunita San Blas u dik ta’ Santa Maria) u 7 f’Għawdex (Oasi Foundation)
Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' familji u ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex li jirċievu benefiċċju tat-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi n-numru ta’ familji u ommijiet xebbiet li jirċievu l-allowance tat-tfal hu ta:
Numru ta’ familji jirċievu l-allowance tat-tfal bit-test tal-mezzi
22,648
Minn numru t’hawn fuq hemm ommijiet xebbiet li jirċievu l-allowance tat-tfal li huma
4,157
Numru ta’ familji jirċievu l-allowance tat-tfal b’rata fissa*
18,627
Minn numru t’hawn fuq hemm numru ta’ ommijiet xebbiet li jirċievu l-allwance tat-tfal b’rata fissa* li huma
113
* Dawk li jeċċedu dħul annwali ta’ €23,923.
Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' familji u ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex li jirċievu benefiċċju tal-mard kontra diabete?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ familji u ommijiet xebbiet li jirċievu l-għajnuna tal-mard minħabba diabete hu ta’ 2,940. Minnhom hemm 20 persuna (19-il mara u raġel wieħed) li jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur waħdu.
Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' familji u ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex li jirċievu l-benefiċċju kontra l-mard ikkawżat mill-pressjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji u ommijiet xebbiet f’Malta u Għawdex li jirċievu l-Għajnuna tal-Mard għaliex ibatu minn pressjoni għolja hu ta’ 6,665 f’Malta u 787 f’Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' familji u ommijiet xebbiet f'Malta u Għawdex li jirċievu l-benefiċċju waqt it-tqala?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li rċevew il-Benefiċċju tal-Maternita matul dawn l-aħħar għaxar xhur jiġifieri bejn Jannar u Ottubru 2010 kien ta’ 1,994.
Minn dan it-total, 656 kienu ommijiet xebbiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifra globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20441 u 20208 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17468, jista' l-Prim Ministru jaġġornani bl-istess informazzjoni għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru separatament? Jista' wkoll jgħid kemm hemm każijiet pendenti x'jitħallsu għall-perjodu ndikat f'din il-mistoqsija parlamentari u l-mistoqsija parlamentari 17468 rispettivament?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20442 u 20182 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20443 u 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ir-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ġnus Magħquda — MD Goals - rappreżentant għal Malta
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min kien ir-rappreżentant tal-Gvern Malti li attenda għas-summit tal-kapijiet tal-istati tal-MD Goals li sar mill-Ġnus Magħquda matul l-20, 21 u 22 ta' Settembru 2010?
Response (BORG, TONIO)
Fis-Summit tal-kapijiet tal-Istati tal-Ġnus Magħquda li sar ġewwa New York bejn l-20 u t-22 ta' Settembru 2010, il-Gvern Malti kien rappreżentat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin. Id-delegazzjoni Maltija għal dan is-Summit kienet tinkludi wkoll lir-Rappreżentant ta' Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York.
Tista' l-Ministru tgħid, illum kemm hu n-numru ta' familji li jirċievu l-għajnuna supplimentari f'Malta u Għawdex separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ familji li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari f’Malta hu ta’ 21,440 filwaqt li f’Għawdex hemm 2,204.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' persuni li daħlu l-Isptar Mater Dei fuq vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, ma rriżultax li kien hemm każijiet ta' persuni li ddaħlu l-Isptar Mater Dei minħabba fi vjolenza domestika matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010.
Ta’ min wieħed ikun jaf li jista’ jkun hemm każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ vjolenza domestika pero’ il-każ ikun għadu qed jiġi investigat u għalhekk ma jkunx irreġistrat. Kif ukoll minħabba li n-natura ta’ dawn l-inċidenti hija waħda daqshekk sensittiva, din l- informazzjoni tista’ ma tkunx imniżżla fl-
Electronic Case Summary.
Infurmat li jkun hemm ukoll każijiet ta’ persuni li allegatament ikunu sofrew minn vjolenza domestika u jingħataw il-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza mingħajr ma jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar bħala
inpatients
.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.