Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet f'ċifra ta' flus globali s-somma li tħallset f'dawk li huma registration fees u taxxi oħra relatati mal-importazzjoni tal-karozzi second hand? Jista' ukoll jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawk li huma karozzi ġodda fl-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar t'Ottubru 2010, l-ammont globali ta' registration fees u taxxi fuq karozzi second hand kien ta' 17,694,286.00 Ewro, filwaqt li l-ammont globali miġbur fuq karozzi ġodda kien ta' 13,546,942.00 Ewro.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16973, 16459, 15661, 13591 u 13055 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 12807 u 13036 li saru lill-Prim Ministru u mistoqsija parlamentari 13037 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni dwar il-pompi tal-petrol/fuel f'pajjiżna, jirriżultalu l-Prim Ministru li fil-gżejjer tagħna tliet pompi għamlu l-investiment sabiex ikunu konformi mar-regoli/direttivi u standards tal-Unjoni Ewropea bid-detriment li waħda minnhom għadha magħluqa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk huwa l-każ, għaliex qabel is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti ma nediex skema biex jgħin lill-pompi in kwestjoni jiġu aġġornati ma' dawn ir-regoli/standards tal-Unjoni Ewropea? X'assessment għandu l-Gvern dwar dan in-nuqqas f'pajjizna? X'inhi s-sitwazzjoni għall-futur tas-sidien, l-operaturi u l-ħaddiema tal-pompi li għad mhumiex allineati ma' dan l-iżvilupp in kwestjoni? X'inhi l-pożizzjoni tal-ħaddiema u ċ-ċittadini vis-à-vis l-assigurazzjonijiet, jekk jirriżulta xi inċident? X'inhi l-pożizzjoni tas-sidien u tal-ħaddiema fil-każ tal-pompa li hija konformi ma' dawn l-istandards/regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda miżmuma mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-mument? Xi pjan għandu l-Gvern quddiem din iċ-ċirkostanza u x'kumpens jew għajnuna se tingħata lis-sidien biex iwettqu l-iżviluppi meħtieġa u dan fid-dawl li jonqos il-periklu attwali għall-ħaddiema, l-operaturi u ċ-ċittadini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Lura fl-2006, kien sar studju fuq il-pompi tal-petrol kollha f’Malta u Għawdex mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi (MRA) flimkien mal-APEA (Association for Petroleum and Explosives Administration) u bil-kooperazzjoni tal-GRTU. Bħala parti minn dan l-istudju, il-pompi tal-petrol kollha kienu spezzjonati u x-xogħlijiet li kellhom bżonn isiru f’kull pompa tal-petrol kienu ġew elenkati.
Is-sena l-oħra, dan l-istudju kien rivedut, u, filwaqt li bena fuq dak li kien sar qabel, ikkwantifika wkoll in-nefqa meħtieġa biex il-pompi tal-petrol kollha f’Malta u Għawdex jilħqu l-livell meħtieġ mid-diversi direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja; mill-i
standards
Ewropej maħruġin mis-
CEN
(
European Committee for Standardization
); skont linji gwida maħruġin mill-
APEA
, (li tagħha l-istess Awtorità hi membru) u mill-
INSTITUTE OF PETROLEUM, LONDON
,
Design, Construction, Modification, Maintenance and Decommissioning of Filling Stations
u mħaddnin mill-MRA. Jien infurmat li peress li dan l-istudju jifforma parti minn proċess li għadu mhux konkluż għalissa ma jistax jiġi ippublikat.
F’Malta hawn numru ta’ pompi li diġà għamlu jew qed jagħmlu xogħlijiet bl-iskop li jilħqu l-livell speċifikat hawn fuq. Barra minn hekk, waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-liċenzja biex tiġi operata pompa tal-petrol hi li l-applikant jipproduċi polza ta’ sigurtà mingħand kumpanija ta’ assigurazzjoni magħrufa li tkopri r-responsabbiltà ta’ danni għal terzi persuni.
Aktar kmieni din is-sena ddaħħlu fis-seħħ Regolamenti dwar il-
petroleum
għas-suq tal-karburanti bl-imnut fuq l-art. Marbuta ma’ dan, riċentament, intbagħtet ittra lil-liċenzjati kollha tal-pompi tal-petrol sabiex dawn japplikaw għal awtorizzazzjoni maħruġa taħt ir-Regolamenti imsemmija. Barra minnhekk, fi sforz biex tiżgura s-saħħa u s-sigurtà ,tissalvagwardja l-ambjent minn attivatijiet marbuta mal-bejgħ tal-karburanti bl-imnut fuq l-art u biex ittejjeb is-servizz lill-pubbliku, l-MRA ordnat li ċertu xogħol għandu jitlesta mill-aktar fis possibbli u fi żmien speċifikat.
L-MRA u l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), flimkien mal-APEA (
Association for Petroleum and Explosives Administration)
se jorganizzaw kors maħsub biex iħarreġ lill-inġiniera jiddisinjaw u jibnu pompi tal-petrol, skont standards Ewropej. Dan il-kors se jindirizza l-aspetti ewlenin tal-pompi tal-petrol. Barra minhekk, lura fl-2006, l-MRA organizzat kors imfassal biex ikopri r-responsabbiltajiet tal-persuna li tieħu ħsieb pompa tal-petrol. Dan il-kors se jerġa’ jsir f’qasir żmien.
Tajjeb li jingħad ukoll li diversi attivitajiet fis-suq tal-pompi tal-petrol f’Malta u Għawdex, bħal swieq oħra, huma regolati minn diversi entitajiet, fosthom il-MEPA, l-MRA, l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards (MSA), is-
Civil Protection Department
(CPD), l-
Occupational Health and Safety Authority
(OHSA) u l-Awtorità Maltija dwar it-Trasport (TM).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-aqua kultura f'pajjiżna sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi din l-informazzjoni tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' sajjieda full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor Inrterpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 14036 li saret minnu stess.
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' bdiewa full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi r-reġistrazjoni tal-bdiewa (full-time jew part-time) ma ssirx mad-Direttorat ta’ l-Agrikoltura imma mal-ETC. Għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani bin-numru ta' raħħala full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Direttorat ta' Regolazjoni tal-Biedja u Sajd ma jżommx data relatata ma' raħħala full time u part time iżda jirreġistra biss l-irziezet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li din l-istatistika tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-għeneb għall-industrija tal-iproċessar f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li li d-dikjarazzjonijiet tal-prodotturi rigward il-produzzjoni tal-għeneb għall-iproċessar għas-sena 2010 jingabru fl-aħħar ta' Novembru u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.