Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21143 u 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kumpaniji farmaċewtiċi — ċifri ta' flus

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21144 u 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

produzzjoni tal-majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21093 li oriġinarjament saret lill-Minsteru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

produzzjoni tal-ġbejniet friski

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21097 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

produzzjoni tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-patata f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa by-pass — tarmac cracks

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex reġgħu rriżultaw aktar tarmac cracks fl-Imtarfa by-pass meta suppost skont il-pjan tal-gvern, dawn it-toroq kellhom iservu għal għoxrin sena bla manutenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

numru ta' bdiewa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 21106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u tinfurmani bin-numru ta' bdiewa full-time u part-time reġistrati f'Għawdex u Malta separatament illum? Tista' tinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qabda globali tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

żviluppi li saru fil-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21091 u jgħid x'kienu l-iżviluppi li saru fil-Pitkalija matul l-2009 u l-2010 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-iżviluppi li saru fil-pitkalija hu kif ġej; 2009 – Beda il-proċess ta’ laqgħat u diskussjoni mal-Pikala u l-bdiewa. - Bdew diskussjonijiet ma gaqda partikolari biex isir ristrutturar. Laqgħat mal-POs sabiex jinbena post adegwat għall-operat tagħhom. Kien ippreparat pjan għat- traffiku fil-pitkalija inkluż l-entratura. Ġiet introdotta sistema ġdida ta’ tindif u ġbir tal-iskart. 2010 Ġie ffinalizzat ftehim mal-POs dwar l-estensjoni u bini mill-ġdid tal-faċilitiajiet tagħhom u saret l-applikazzjoni formali mal-MEPA. Introdotta s-sistema ġdida tat-traffiku Introdotta ukoll sistema ta’ kontrol fuq il-mara tad-dar li tidħol tixtri fil-pitkalija. Inħareg tender biex jibdew jinbidlu it-tined li hemm fuq l-istrutturi tal-Pitkalija. Sadanittant saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fl-istrutturi. Saru laqgħat kontinwi ma entitajiet u stakeholders biex tiġi ffinaliżżata strateġija għal pitkalija. Inbeda x-xogħol li kważi tlestta għal front office għal bdiewa fil-pitkalija Ingħata servizz mill-Wateserv għas separazzjoni tal- waste bħal plastic u faxxina. Tkompliet is-supervizjoni fuq il-Pitkali Crates Limited ħalli titfassal soluzzjoni li tħares l-interess tal-bidwi.

produzzjoni tal-bajd frisk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21096 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-produzzjoni ta’ bajd f’Malta hija stmata fuq il-popolazzjoni ta’ tiġieġ tal-bajd fl-irziezet irreġistrati mad-Direttorat tar-Regolazzjoni tal-Biedja u Sajd. Produzzjoni ta’ Bajd Frisk f’Malta u Għawdex (*Sal-aħħar ta’ Settembru)

produzzjoni tal-ħaxix frisk

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-ħaxix frisk prodott, prodott f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

produzzjoni tal-frawli

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet il-produzzjoni tal-frawli f'Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din l-istatistika tista tinġabar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika u għaldaqstant nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

produzzjoni tat-tjur tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21094 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont stħarrig li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jniedi kull xahar, il-produzzjoni tal-laħam tat-tjur f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21095 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga friska f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddijja kull xahar lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mill-Biċċerijja, il-produzzjoni tal-laħam taċ-ċanga f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjoni tar-romol

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani dwar it-talba li referenza tagħha qed tintbagħat separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.

Fond tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk teżistix skema biex l-armla, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tixtri l-fondi msemmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post tinsab magħluqa. Mhux pjanat li din l-iskema terġa’ tiftaħ fil-futur qrib.

Direct orders approvati

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.

Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.

Kumpaniji farmaċewtiċi — ċifri ta' flus

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.

Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.