Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21143 u 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20550.

Kumpaniji farmaċewtiċi — ċifri ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21144 u 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20551.

Hyperbaric chambers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22096 u jgħid kemm hawn hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm swew flus biex inxtraw u ġew stallati l-hyperbaric chambers fl-istparijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt tħarrġu persuni biex joperawhom? Min qed joperahom illum u kemm huwa n-numru ta' persuni/nies li iħaddmuhom? Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm fondi li l-Unjoni Ewropea ħallset biex ikkumpensat it-taħriġ tal-persuni biex iħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta? Kemm mill-ispiża għax-xiri u l-istallazzjoni tal-hyperbaric chambers ġiet kumpensata mill-Unjoni Ewropea? Fuq bażi ta' sena kemm huma l-ispejjeż fixed, inkluż pagi, biex jitħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? B'referenaza għall-hyperbaric chambers u esklużi l-ispejjeż fixed tagħhom, kemm tiġi tiswa “dive” ġo dawn ic-chambers, għal għaxra min-nies, f’fond ta’ sitt metri jekk jużaw ossignu pur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ hyperbaric chambers. L-ispiża biex inxtraw u ġew stallati dawn il- hyperbaric chambers kienet € 1,547,646.06 (eskluż 18% VAT). It-taħriġ meħtieġ biex jiġu operati il-magni ingħata lill-impjegati kollha tal- Hyperbaric Unit tal-Isptar Mater Dei mill-istess kumpanija li forniet il-magni, bħala parti mill-proċess ta’ commissioning taċ-chambers ġodda. Dawn il-magni qegħdin jiġu mħaddma minn impjegati full-time tal-Isptar Mater Dei. Dan l-istaff jikkonsisti f’żewġ medical officers, tliet technicians, żewġ staff nurses u enrolled nurse. Ma kienx hemm bżonn u ma ħarġu ebda fondi mill-Unjoni Ewropeja għat-taħriġ tal-persuni li kienu ser iħaddmu l- hyperbaric chambers . Ix-xiri u l-istallazzjoni tal- hyperbaric chambers ma kienux finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. L-ispejjeż biex jitħaddmu l- hperbaric chambers tal-Isptar Mater Dei fuq bażi ta’ sena jammontaw għal €368,000. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dive ġol- hyperbaric chambers ma tistax tingħata għaliex hija domanda ipotetika li ma għandha l-ebda relevenza għall-użu taċ- chambers biex jiġu ttrattati divers u pazjenti. Dwar il- hyperbaric chambers fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għal Għawdex.

Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-kostruzzjoni tat-toroq.

Kumpaniji farmaċewtiċi — ċifri ta' flus

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tas-Saħħa.

self-employed — ħlas tat-Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni self employed li sa issa waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom f’taxxa tal-VAT li huma iddikjaraw huwa ta’ 1,237. Minn dawn hemm 21 li għamlu commitment biex iħallsu l-pendenzi. Iċ-ċifra globali ta’ taxxa tal-VAT li għandha titħallas minn dawn il-persuni hija ta’ €3,715,168. Dan l-ammont ma jinkludix penali, interessi u kazijiet fejn saret stima.

Kumpaniji — ħlas tat-taxxa tal-vat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kumpaniji li sa issa waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom f’taxxa tal-VAT li huma iddikjaraw huwa ta’ 760. Minn dawn hemm 123 li għamlu commitment biex iħallsu l-pendenzi. Iċ-ċifra globali ta’ taxxa tal-VAT li għandha titħallas minn dawn il-kumpaniji hija ta’ €16,483,239. Dan l-ammont ma jinkludix penali, interessi u każijiet fejn saret stima.

Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku — ċifra ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21853, 21380, 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21855, 21381, 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta’ l-informazzjoni mitluba dwar Ministri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministri kkonċernati.

self-employed — ħlas tat-Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21936 u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21936.

Kumpaniji — ħlas tat-taxxa tal-vat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21937 u jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21937.

Hyperbaric chambers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm swew flus biex inxtraw u ġew stallati l-hyperbaric chambers fl-istparijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt tħarrġu persuni biex joperawhom? Min qed joperahom illum u kemm huwa n-numru ta' persuni/nies li iħaddmuhom? Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm fondi li l-Unjoni Ewropea ħallset biex ikkumpensat it-taħriġ tal-persuni biex iħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta? Kemm mill-ispiża għax-xiri u l-istallazzjoni tal-hyperbaric chambers ġiet kumpensata mill-Unjoni Ewropea? Fuq bażi ta' sena kemm huma l-ispejjeż fixed, inkluż pagi, biex jitħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? B'referenaza għall-hyperbaric chambers u esklużi l-ispejjeż fixed tagħhom, kemm tiġi tiswa “dive” ġo dawn ic-chambers, għal għaxra min-nies, f’fond ta’ sitt metri jekk jużaw ossignu pur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Self-employed — ħlas tal-bolla tan-NI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni self employed li waqgħu lura f'xi sena fil-ħlas dovut minnhom tal-bolla tan-National Insurance huwa 18,131. Minn dawn hemm 468 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €34,547,171.

Kumpaniji — ħlas tal-bolla tan-NI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant n-numru ta' kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas dovut minnhom tal-Bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom huwa 6,608. Minn dan l-ammont ta’ kumpaniji hemm 518 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €75,342,549. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

self-employed — Taxxa tal-Income

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni self employed li waqgħu lura f’xi sena fil-ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income huwa 5,524. Minn dawn, hemm 292 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €21,216,830. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

Kumpaniji — taxxa tal-income

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji li f’xi sena mis-sena ta’ stima 1999 ‘il hawn waqgħu lura f’dak li huwa ħlas dovut minnhom tat-Taxxa tal-Income huwa 3,725. Minn dawn, hemm 89 li għandhom ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dwar ħlas bin-nifs. Iċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati hi €57,730,379. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi trid tittieħed in konsiderazzjoni u din tista’ tbiddel sostanzjalment is-sitwazzjoni kurrenti.

self-employed — ħlas tat-Taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni self-employed li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji — ħlas tat-taxxa tal-vat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li waqgħu lura f'dak li huwa ħlas dovut minnhom fit-taxxa tal-VAT fil-preżent? Kemm minnhom jinsabu jirrendu dawn il-pendenzi abbażi ta' ftehim mad-dipartiment konċernat? Kemm hija ċ-ċifra globali li trid titħallas bħala arretrati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant se tingħata f'seduta oħra.

qabda globali tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21651, 21370 u 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21370.

produzzjoni tal-majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21653, 21350 u 21093 li oriġinarjament saret lill-Minsteru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21350.