Malta Enterprise — applikazzjoni għall-eBusiness Grant Scheme u Innovations Action Scheme
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20218, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi tip ta' fondi lill-kumpaniji li jipproċessaw l-ikel u lil kumpaniji oħra li joperaw bħal cold stores operations għar-ristrutturar eċċ. mill-Unjoni Ewropea jew mill-Malta Enterprise f'Malta u Għawdex separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani bil-kumpaniji li bbenefikaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-iskema eBusiness ibbenefikaw 3 kumpaniji li jaħdmu fis-settur ta’ l-ikel, fil-waqt li 5 kumpaniji ibbenefikaw mill-iskema Innovation Actions. L-informazzjoni kollha dwar il-benefiċjarji hija pubblika u tista tiġi aċċessata mis-sit dedikat għall-fondi ERDF www.20millionforindustry.com.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-benefiċjarji kif inhi ippublikata.
Fid-dawl tal-fatt li matul it-tieni sena tal-kors tal-OIC li jsir fil-Maritime Institute tal-MCAST u ċioe fejn suppost li l-istitut jipprovdi sponsor lill-istudenti li jkunu attendew għall-ewwel sena sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-ewwel prattika, peress li jidher li għall-istudenti ġuvintur li minnhom kien hemm 16 sab sponsors u għaż-żewġ tfajliet li ukoll temmew l-ewwel sena tal-kors b'suċċess l-istitut ma sabx sponsor u minħabba li s-suċċess matul it-tielet sena tal-kors jiddependi fuq kemm ikunu ħadu prattika l-istudenti matul it-tieni sena, tista' l-Ministru taċċerta li l-istitut isib sponsor għal dawn iż-żewġ studenti tfajliet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut Marittimu jagħmel ħiltu biex jinstabu sponsors għall-istudenti kollha. L-MCAST ma jistax jagħti garanzija ta’ placement abbord vapuri għax dawn ma jaqawx taħt it-tmexxija tiegħu iżda huma ndipendenti u jiġu mmaneġġjati minn kumpanniji tat-tbaħħir.
L-istitut jibqa jgħamel minn kollox biex isib vapuri għal dawn iż-żewġ studenti.
Fil-frattemp l-istudenti ser ikomplu t-taħriġ tagħhom fuq
High Speed Catamaran
. Iż-żmien fuq dan it tip ta’
ferry
jgħodd bħala parti mit-taħriġ tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk skont il-pjan tal-gvern hijiex se tiġi żviluppata golf course f'Malta jew Għawdex matul din is-sena jew is-sena d-dieħla? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma bid-dettalji kollha tal-pjan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-gvern m’għandhux ħsieb li jiżviluppa golf course.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li żaru Malta matul l-2010 minn dawn il-pajjiżi:
Pakistan, Indonesia, Filippini, Kosta' ta' Ivorju u l-Ghana rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni mill-Pakistan, l-Indonesia, il-Filippini, il-Kosta ta' Ivorju u l-Ghana li ngħataw viżi biex jżuru Malta matul l-2010 kien kif ser jingħad:
Pajjiżi Numru
Pakistan 249
Indonesia 26
Filippini 429
Kosta' ta' Ivorju 2
Ghana 30
ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna tal-Ambaxxata Maltija jew tal-Konslu
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini Maltin li talbu l-għajnuna tal-Ambaxxata Maltija jew tal-Konslu li jirrappreżentaw lil pajjiżna sabiex ikunu mħarsa d-drittijiet jew ċirkostanzi partikolari tagħhom li jikkonċernaw il-pajjiżi fejn jgħixu fil-preżent? Kemm minnhom kienu jirrigwardaw id-drittijiet tal-kura medika partikolarment pajjiż, pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2010 kien hemm dawn talbiet għall-għajnuna minn cittadini Maltin li kienu jinsabu imsiefra barra minn Malta:
· arrest konessjoni ma' droga: 7 każi
· mwiet li kien jirrikjedu li jiġu ripatrijati lura Malta: 4 każi
· bżonn kura medika fi sptar fil-Greċja: 2 każi
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22983, 22630 u 22531 u jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-sena 2010 kien hemm 1,010 named patient requests. Minn dawn, 822 il-każ ġew approvati mid-Departiment tal-Politika Farmaċewtika u Monitoraġġ. 188 il-każ ma ġewx approvati.
F’kaz ta’ talbiet ghall-mediċina li mhumiex skont il-protokoll tal-Gvern jew il-Formolarju, imma liema mediċina diġa tinxtara għal pazjenti ohra, jinħareġ permess mill-
Medicines Approval Section
. Minn dawn kien hemm 504 talbiet approvati.
F’każ ta’ mediċini li ġew approvati għal
named patients
imma m’humiex fil-Formularju tal-Gvern jew għadhom qatt ma ġew mixtrija, gew approvati 318 il-talba.
Sal-24 ta’ Jannar 2011 dawn il-mediċini inxtraw kollha ħlief għal 31 każ, li huma mqassma kif ġej:
§ 25 każ: il-mediċina ġiet ordnata u għadha ma waslitx
§ 3 każijiet: inbeda il-proċess tax-xiri
§ 1 każ: il-mediċina li ġiet approvata m’għadx hemm bżonnha
§ 2 każijiet: għadhom qed jiġu kjarifikati
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21380, 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22039.
National Dementia Strategy Group — rakkmandazzjoni għall-mediċina b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22533 u jgħid meta se tiġi inkluża r-rakkmandazzjoni tan-National Dementia Strategy Group, hekk kif ġew irrapportati fit-Times tas-17 ta' Marzu 2010, li niġu bħall-bqija tal-Ewropa u nibdew nagħtu l-mediċina għaliha b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ġie mwaqqaf grupp fi ħdan il-Ministeru biex isiru costings dwar ir-rakkomondazzjonijiet proposti mid-Dementia Strategy Group u permezz ta’ din l-evalwazzjoni l-gvern ikun f’pożizzjoni li jiddeċiedi fuq l-għotja tal-mediċina mingħajr ħlas skont ir-riżorsi disponibbli u s-sostennibilità ta’ din id-deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22628 u 22535 u jagħti lista ta' kull okkażjoni li mediċina kienet out of stock minn xi sptar tal-gvern, spiżerija tal-gvern, jew mis-sistema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, b'breakdown ukoll ta' liema kienu tort tal-aġent u liema tal-gvern fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari kollha li ngħataw fuq dan is-suggett matul is-sena 2010.
National Dementia Strategy Group — rakkmandazzjoni għall-mediċina b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22629 u 22533 u jgħid meta se tiġi inkluża r-rakkmandazzjoni tan-National Dementia Strategy Group, hekk kif ġew irrapportati fit-Times tas-17 ta' Marzu 2010, li niġu bħall-bqija tal-Ewropa u nibdew nagħtu l-mediċina għaliha b'xejn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22630 u 22531 u jgħid kemm saru named patient requests fl-2010? Kemm minnhom ġew approvati? Minn dawn li ġew approvati, kemm minnhom inxtratilhom il-mediċina, bi spjega, għal dawk li għadha ma nxtratilhomx? Għalfejn ma nxtratilhomx u meta se tinxtralhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22657 u 22536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-out of stock lists li tqassmu lill-ispiżjara tal-gvern kollha fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġibiet Parlamentari kollha li ingħataw fuq dan is-suggett matul is-sena 2010 u għat-Tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 22981
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22039.
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22039.
B'referenza għar-rapport tal-US Food and Drug Administration u ċioe fejn nikwota eżatt "is notifying health care professionals that both conventional and a typical antipsychotics are associated with an increased risk of mortality in elderly patients treated for dimentia - related psychosis" li ħareġ fis-16 ta' Ġunju 2008, jista l-Ministru jinforma x'passi ħa l-gvern biex jindirizza din ir-rakkmandazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Awtorita' dwar il-Medicini Maltija kienet diġa informata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi msemmija fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet ħarġet ċirkulari fuq dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005. (Ċircular Nru. P12/2005 aċċessibili fuq is-sit ta' l-internet http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew amendati fl-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti mit-tobba lil pazjenti anzjani bid-
dimentia.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22536 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-out of stock lists li tqassmu lill-ispiżjara tal-gvern kollha fis-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għal dak li ġie kkonfermat mill-European Medicines Agency u ċioe nikwota "In 2005 an analysis of 17 placebo - controlled trails performed with olanzapine, aripiprazole, risperidone or guetiapine in elderly demented patients with behavioural disorders was published 15 of the 17 trials showed numerical increases in mortality in the drug-treated group compared to the placebo - treated group. An approximately 1.6-1.7 fold increase in moratality was demonstrated in these studies (total study population 5106 patients). The causes of these deaths were mostly due to cardiac events (heart failure and sudden deaths) or indetions ( mostly pneumonia)" jista' l-Ministru jinforma għaliex ma approvax li jittieħdu l-passi sabiex tinbidel il-mediċina li fl-isptarijiet sal-lum qed nagħtu lill-pazjenti/ċittadini lokali li jbatu mid-dimentia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorita' Maltija dwar il-Mediċini, kienet ġa nformata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi msemmijin fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet harġet ċirkulari fuq-dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005 (Ċirkulari Nru. P12/2005 aċċessibbli fuq is-sit ta' l-internet (http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew emendati fit-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti lil pazjenti anzjani bid-dimenzja mit-tobba. Huwa mportanti li wieħed jifhem li fid-dinja kollha kull tabib jew speċjalista jista juża mediċina "
off label
" (mhux għall-użu li normalment tintuża għalihom) u dan għaliex ħafna mediċini għandhom użu differenti għall-kundizzjonijiet diversi.
Fil-Formularju tal-gvern hemm numru ta’ mediċini li jistgħu jintużaw għall-problemi psikjatriċi li komuni jaffettwaw lill-pazjenti li jbatu bid-dimenzja. Konsulenti u tobba fil-qasam tal-kura mentali għandhom dejjem jirreferu għall-karatteristiċi tal-prodott awtoriżżat f’Malta u jirreferu għas-sezzjonijiet ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijet għall-użu’ u ‘Effetti mhux mixtieqa’ qabel ma jinkitbu r-riċetti, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun xi riskju li jaffettwa s-saħħa tal-pazjent.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li pajjiżna flimkien mal-Latvja huma l-uniċi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li mhux jagħtu l-mediċini b'xejn għal dawk li għandhom il-marda tal-alzheimer u d-dimentia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-mediċini fuq il-Formularju tal-Gvern jingħataw biss minġħajr ħlas lill-persuni intitolati għalihom skont il-lista ta’ kundizzjonijiet ta’ l-Iskeda Ħamsa (Schedule V) Kap. 318. L-alzheimer u d-dimentia m’ humiex inkluzi f’din il-lista.
kwestjoni dwar mediċina li tagħmel ħsara lill-pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt li filwaqt li kien huwa stess li permezz ta' mistoqsija parlamentari 12074 seduta 261 fit-2 ta' Mejju 2005, li talab aġġornament biex tingħata mediċina differenti għal dawk li jbatu bl-alzheimer/dimentia, jirriżulta li kemm ilu Ministru baqa' jippermetti li tibqa' tingħata mediċina li skont huwa stess toħloq problemi fuq dawn il-pazjenti li għandhom bżonn din il-kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità dwar il-Mediċini Maltija, kienet ġa infurmata b'dawn ir-reazzjonijiet avversi imsemmijin fir-rapport tal-US Food and Drug Administration u kienet ħarġet ċirkulari fuq dan ir-riskju lit-tobba fis-17 ta’ Mejju 2005 (Ċirkulari Nru. P12/2005 aċċessibbli fuq is-sit ta' l-internet (http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma_circular-p12-2005.pdf).
Il-liċenzji ta’ prodotti mediċinali li fihom it-tip Olanzapine jew Risperidone ġew emendati fl-2005/2006 mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex ma jiġux preskritti mit-tobba lil pazjenti anzjani bid-dimenzja. Huwa mportanti li wieħed jifhem li fid-dinja kollha kull tabib jew speċjalista jista juża mediċina "
off label
" (mhux għall-użu li normalment tintuża għalihom) u dan għaliex ħafna mediċini għandhom użu differenti għall-kundizzjonijiet diversi.
Fil-Formularju tal-Gvern hemm numru ta’ mediċini li jistgħu jintużaw għall-problemi psikjatriċi li komuni jaffettwaw lill-pazjenti li jbatu bid-dimenzja. Konsulenti u tobba fil-qasam tal-kura mentali għandhom dejjem jirreferu għall-karatteristiċi tal-prodott awtoriżżat f’Malta u jirreferu għas-sezzjonijiet ‘Twissijiet speċjali u prekawzjonijet għall-użu’ u ‘Effetti mhux mixtieqa’ qabel ma jinkitbu r-riċetti, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun xi riskju li jaffettwa s-saħħa tal-pazjent.