Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21142 u 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20540.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern u l-linja ta' gwida tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp tal-photovoltaic farms fil-gżejjer tagħna?
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja u ta' xorta oħra tingħata lil min irid jiżviluppa photovoltaic farm fil-gżejjer tagħna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għajnuna finanzjarja li tingħata hi taħt forma ta' feed-in tariff li tkun stabbilita b’mod li tiggarantixxi return ġust fuq l-investiment li jkun qed isir. Apparti dan hemm kontemplati għajnuniet finanzjarji skont l-iskema taħt is-Support Schemes tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi.
Dipartiment tal-Konsumaturi u tal-Kompetitzzjoni — Product Safety Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk żewġ Product Safety Officers li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, li preżentement jokkupaw il-pożizzjoni ta’ direttur u shareholder, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx il-permess biex jagħmlu xogħol privat għal din il-kumpanija skont il-Public Service Management Code u jekk iva, meta ngħata? Jekk għandhom permess sabiex jagħmlu dan ix-xogħol, dan il-fatt jista' potenzjalment jew effettivament joħloq konflitt ta’ interess minħabba li x-xogħol privat tagħhom effettivament jew potenzjalment jista' jġibhom f’kuntatt ma’ numru ta’ intrapriżi, jew klijenti, li potenzjalment jew effettivament jistgħu jaqgħu taħt l-iskrutinju tad-Dipartiment kemm bħala Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta jew in kwantu bħala Dipartiment tal-Konsumatur? Jekk ma ngħatax permess x’passi dixxiplinari ttieħdu? Jista' jara ukoll jekk ix-xogħol privat li bħalissa qed iwettqu jikkwalifikahomx bħala kummerċjanti skont id-definizzjoni mogħtija fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew intrapriża ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-uffiċjali msemmija għandhom permess skont il-Public Service Management Code biex jagħmlu xogħol privat.Dan il-permess ingħata fl-2006. Ix-xogħol li dawn l-uffiċjali qegħdin jagħmlu privatament wara l-ħin tax-xogħol ma jirrapreżentax konflitt ta’ interess la dirett u lanqas indirett man-natura tax-xogħol li qed jagħmlu mas-servizz pubbliku. La ingħata l-permess ġie evaluat u aċċertat li m’hemmx impatt negativ fuq id-dipartiment ikkonċernat u s-servizz publiku inġenerali.
Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd — permess għal xogħol privat ma' spiżerija tal-annimali
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ispiżjar prinċipali li jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd ingħatax permess skont il-Public Service Management Code sabiex jagħmel xogħol privat ma’ spiżerija ta’ animali lokali u jekk dan il-permess ingħata, meta effettivament ingħata dan il-permess? Jekk ma ngħatax dan il-permess, jista' jinfurmani għaliex u x’passi dixxiplinari ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ispiżjar Prinċipali li jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tar-Regolazzjoni tal-Agrikoltura u Sajd qatt ma applika kemm ilu ma dan id-dipartiment biex jagħmel xogħol privat
Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — Aġend Direttur Ġenerali
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkomferma li l-Aġent Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni talabx permess sabiex ikun jista' jagħmel xogħol privat u jekk dan sarx skont il-proċeduri stabbiliti mill-Public Service Management Code? Meta saret din it-talba u meta ngħata dan il-permess? Jekk ma ngħatax dan il-pemess x’passi dixxiplinari se jittieħdu? Jekk l-Aġent Direttur Ġenerali konċernat ingħata permess, dan il-fatt jista' joħloq konflitt ta’ interess peress li x-xogħol privat tiegħu iġġibu f’kuntatt ma’ numru ta’ intrapriżi, jew klijenti li potenzjalment jistgħu b’xi mod jew ieħor jaqgħu taħt l-iskrutinju tad-Dipartiment kemm bħala Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta jew in kwantu bħala Dipartiment tal-Konsumatur? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li hu jista' jkollu fil-pussess tiegħu ċerta informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva li hu jkun akkwista fil-qadi ta’ dmirijietu fid-dipartiment jista' ma jkunx ġust fil-konfront ta’ dawk il-kummerċjanti jew intrapriżi li ma jkunux klijenti tiegħu in kwantu tax-xogħol privat tiegħu? Jaħseb li x-xogħol privat li bħalissa qed iwettaq jista' jikkwalifikah bħala kummerċjant skont id-definizzjoni mogħtija fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew intrapriża ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor.Interpellant li bħalissa għaddejja d-diskussjoni fl-istadju ta’ Kumitat fuq liġi ġdida li twaqqaf l-Awtorita’ ta’ Malta għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur. Kif din il-liġi approvata mill-istadji kollha d-Divizjoni tal-Kompetizzjoni u l-Konsumatur ser tiġi assorbita f’ din l-Awtorita’ ġdida.
Għaldaqstant waqt li qed tittieħed nota f’ din il-Mistoqsija Parlamentari u ser jittieħed in konsiderazzjoni fit-twaqqif tal-Awtorita’ l-ġdida l-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ser jindaga aktar fid-dettal. B’ hekk nassiguraw li din titwaqqaf fuq bażi soda mill-ewwel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il parir ingħata mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti, meta ingħata dawn il-pariri u fuq liema oqsma, fir-rigward tas-segwenti:
a) dwar kif għandu jagħmel il-
policy
li għandu jimxi biha d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt il-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew kull liġi oħra;
b) li jgħin fuq miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ direct orders għal kull Minsiteru approvati mill-Ministeru tal-Finanzi matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 huma ndikati f’tabell li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Matul dan il-perjodu ġew miċħuda 84 talba għal direct orders, filwaqt 48 talba għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni. L-ogħla direct order approvata kellha ammont ta’ €755,046.05, liema xogħol kien ordnat lill-Kalaxlokk Ltd, entità tal-Gvern.
Il-Ministru jaf li erba' passi 'l bogħod minn fejn qed jiddaħlu l-kaxxi tal-pitkalija hemm l-emergency slaughterhouse fejn jinqatlu l-annimali għall- konsum uman? Jaf il-Ministru li l-biċċerija nazzjonli fejn jinqatlu l-bhejjem għall-kosum hija ftit metri l-bogħod?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-emergency slaughter house li qed jirreferi għaliha hija f'binja kompletament separata mill-post fejn jinħaslu l-kaxxi. Fil-fatt anke d-dħul għaż-żewġ binjiet huwa differenti.
Jista' l-Ministru jinforma bis-setup tat-team tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-apparat li hemm fil-biċċerija? Jista' jinforma min hu jew huma s-sub contractors biex jagħmel dan ix-xogħol? Kemm qed jitħallas fil-ġimgħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-setup tat-team tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-apparat
li hemm fil-biċċerija hu kompost kif indikat hawn taħt:
1 Manager (Maintenance Operations)
1 Technical Officer
2 Assistant Works Technical Officer
3 Senior Tradesman
1 IPSL (Mechanical Fitter)
1 General Hand
Ma hemm l-ebda
sub contractor
imqabbad biex jagħmel il-manutenzjoni fuq bażi regolari. F’ċirkostanzi speċjali biss fejn jkun hemm bżonn ta’ xogħol ta’ natura specjalizzata, jistgħu jitqabbdu kuntratturi privati. Dawn m'humiex każijiet komuni.
Jista' l-Ministru jinforma min kien jew kienu l-konsulenti li taw parir kif tinbena l-biċċerija t'Għawdex? Kemm swiet? Kemm fil-fatt tħallsu dawn il-konsulenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li dan hu proġett tal-Ministeru għal Għawdex nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma jekk id-deboning section tal-biċċerija hijiex approvata mill-Ministeru stess jew aħjar mir-regolaturi skont l-istandards tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-faċilità imsemmija tiġi approvata mill-awtorità kompetenti, li huwa d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarji
Jista' l-Ministeru jinforma, bir-raġunijiet, u min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġi trasferit iċ-chargeman ta' fuq il-linja tal-biċċerija u l-maintance section? Kemm fil-fatt kien ilu jservi ħidma ta' manutenzjoni fil-biċċerija dan l-individwu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ebda Chargeman ma ġie trasferit mis-sezzjoni indikata mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-kaxxi l-ħodor tal-pitkalija qegħdin jiġu storjati ġo maħzen jew aħjar chiller li sa ftit ġimgħat ilu kienet tintuża biex jinżammu l-karkassi tal-annimali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal mistoqsija parlamentari 23260.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-kaxxi tad-dugħ tal-pitkalija qed jiġu diżinfettati u maħsulin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-proċess adottat għal ħasil tal-kaxxi tad-dugħ huwa li l-ewwel jiġi mneħħi il-ħmieg żejjed li jkun fihom il-kaxxi u wara mgħoddija minn magna fejn jinħaslu bil-kimika u sapun neċessarju għall-proċess.
Jista' l-Ministru jassigura li m'hemmx periklu ta' kontaminazzjoni meta l-kaxxi l-ħodor jiddaħħlu mhux sterilizzati fiċ-chiller fejn jinżammu l-karkassi tal-annimali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post fejn jinħażnu l-kaxxi ilu 15-il sena ma jintuża bħala chiller għal-laħam tal-konsum.
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif qed jippermetti li jiddaħħlu l-kaxxi l-ħodor mimlijin ħamrija u ħmieġ ieħor tal-anmimali ġol-biċċerija, peress li qed jikser kull prinċipju ta' iġene u qed jikkontamina kulma hemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 23263.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali responsabbli mill-iġene tal-biċċerija u għaliex qed jippermetu li jidħlu t-trakkijiet li jġorru l-kaxxi tal-pitkalija maħmuġin u f'kundizzjoni iġenika fqira ħafna fil-biċċerija bla prekawzjonijiet serji meta fil-biċċerija ssir il-qatla tal-laħam frisk tal-majjal u taċ-ċanga?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 23263.
Jista' l-Ministru jgħid kif jippermeti li meta l-biċċerija trid tkun nadifa daqs sptar, qed iħalli li jiddaħlu kaxxi tal-pitkalija ġejjin maħmuġin mill-irżiezet, mir-raba' u mill-pitkalija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor Interpellant għandu informazzjoni żbaljata. Il-proċess tal-ħasil tal-kaxxi li hu approvat mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ssir f'post separat mill-binjiet fejn jiġi pproċessat il-laħam li jmur għall-konsum pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22984, 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.