Stabbilimenti kummerċjali — sospensjoni ta' dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' stabbilimenti kummerċjali li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing, li kellhom is-servizz ta’ l-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 437 f’Malta u 4 f’Għawdex. Madankollu, ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz ta’ l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' householdsli l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ households kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing, li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 1,276 f’Malta u 10 f’Għawdex. Madankollu, ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz tal-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' fabbriki li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ industriji/fabbriki kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu ta’ 8 f’Malta u xejn f’Għawdex. Ma kien hemm l-ebda sospenzjoni fis-servizz tal-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' lukandi li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ lukandi kif inhuma kategorizzati fis-sistema tal-billing li kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż fis-sena 2010 kienu 8 f’Malta u 1 f’Għawdex.
Kien hemm sospensjoni waħda tal-ilma f’Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21381, 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' self-employeed li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rtiraw bil-pensjoni matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 kien hemm 720 impjegati residenti f’Malta, kif wkoll 69 impjegati residenti f’ Għawdex li rtiraw bl-eta’ minn mas-Servizz Publiku.
Dettalji tal-gradi u l-karigi ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew sospiżi mix-xogħol matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 uffiċjali pubbliċi li ġew sospiżi mil-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom matul l-2010.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li tkeċċew matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul l-2010, kien hemm 10 uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Publiku.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor.Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li tressqu quddiem il-PSC matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni relatata mal-każijiet imressqa quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku huma kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ngħataw impjieg permanenti matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2010 kien hemm 1322 impjegati residenti f’ Malta kif wkoll 109 impjegati residenti f’ Għawdex li ngħataw impjieg permanenti fis-Servizz Publiku.
Dawn it-totali jinkludu persuni li ġew reklutati mas-Servizz Publiku fi grad permanenti, persuni li ngħataw grad permanenti wara li kellhom grad temporanju, kif wkoll oħrajn li ġew impjegati mil-ġdid skond kriterji stabbiliti.
Dettalji tal-gradi u l-karigi ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20540.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti qed iwettaq is-sorveljar u l-iskrutinju tiegħu fuq konswetudni ta’ kummerċ u ta’ negozju li għandhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi u ma’ attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan jew anċillari għalihom; kemm il-qasam ġie skrutinat u sorveljat u liema huma l-oqsma li ġew skrutinati u sorveljati u x’kien ir-riżultat ta’ dan f’kull qasam? Jista' jgħid jekk il-Kunsill issottomettiex xi rakkmandazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan l-iskrutinju u sorveljar u jekk twettqux dawn ir-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ma twettqux dawn ir-rakkmdandazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' households li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Stabiliment kummerċjali — agreements ta' kontijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabilimenti kummerċjali li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23589.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' fabbriki li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' lukandi li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23589.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji li bħalissa għandhom xi forma ta' agreements li jħallsu l-arretrati pendenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23589.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22040.