Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23721 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' vjolenza domestika f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 ġew imressqa 682 każ ta’ vjolenza domestika quddiem il-Qorti tal-Familja, (sezzjoni kriminali) f’Malta u 36 każ quddiem il-Qorti tal-Familja (sezzjoni kriminali) f’Għawdex.
Leg 11 PQ #23722 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' vjolenza fuq l-anzjani f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizja ressqet 47 persuna quddiem il-Qorti talli kkaġunat offiża gravi fuq persuni anzjani, ċioe 'il fuq minn 60 sena, 42 Malta u 5 Għawdex.
Leg 11 PQ #20614 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20441 u 20208 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17468, jista' l-Prim Ministru jaġġornani bl-istess informazzjoni għax-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru separatament? Jista' wkoll jgħid kemm hemm każijiet pendenti x'jitħallsu għall-perjodu ndikat f'din il-mistoqsija parlamentari u l-mistoqsija parlamentari 17468 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #20615 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20442 u 20182 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Prim Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt f’mistoqsijiet parlamentari numri 17468 u 20614.
Leg 11 PQ #21372 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — pompi tal-fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17230, jista' l-Prim Ministru jinfurmani liema huma dawk il-pompi f'Malta u Għawdex li huma fil-fatt kompletament regolati mal-istandards inkwestjoni fil-preżent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pompi l-ġodda li nbnew fl-aħħar snin, fiż-żmien li ilha mwaqqfa l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, huma kollha konformi mal-istandards minħabba l-konsultazzjoni konġunta li ssir f’dawn il-każi mill-Awtorità flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar matul il-proċess tal-applikazzjoni ta’ żvilupp. Dawk il-pompi li kienu joperaw qabel, minn żmien għal żmien qed ikunu nfurmati mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi dwar ix-xogħol li meħtieġ li jsir biex huma wkoll ikunu konformi.
Leg 11 PQ #23618 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Opri tas-Sajd — serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn opri tas-sajd matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 kellha 113 rapport ta' serq minn dgħajjes, però ma tinżammx statistika dwar it-tip tagħhom.
Leg 11 PQ #23619 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Opri tal-Baħar — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn opri tal-baħar matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23618.
Leg 11 PQ #23620 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Lukandi u fabbriki — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn lukandi u fabbriki matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija kellha 427 rapport ta' serq minn lukandi u 34 minn fabbriki.
Leg 11 PQ #23621 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq fuq it-turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru fuq it-turisti matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli. Madankollu ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 2356 persuna ta’ nazzjonalità barranija li allegatament sfaw vittma ta’ xi tip ta’ serq.
Leg 11 PQ #23622 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Mużewijiet — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rraportati lill-Pulizija minn mużewijiet matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar dan it-tip ta' serq ma tinżammx fi klassifika għaliha għal fini ta' statistika. Għaldaqstant it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli
Leg 11 PQ #23623 Sitting 318 2011-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment u Ministeri tal-Gvern — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn dipartimenti u ministeri tal-gvern matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 l-każ ta’ serq minn bini tal-gvern.

Inkluzjoni ta' mediċina fil-formularji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22631 u 22530 u jipprovdi tabella li tinkludi kull talba li saret għall-inklużjoni ta' mediċina fil-formularji li ġiet approvata, bid-data tal-approval, u bid-data ta' meta saret l-ewwel ordni? Fejn ma saritx ordni, jista' l-Ministru jispjega għalfejn u meta se tinxtara?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self employed — sospensjoni tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' self employeed li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li fis-sistema tal-billing ma jkunx hemm tagħrif ta’ min hu self employed.

Kumpaniji — sospensjoni tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, kemm kien in-numru ta' kumpaniji li l-Korporazzjoni Enemalta sospenditilhom il-provvista tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 23608, 23610 u 23611.
Leg 11 PQ #23614 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Stabbiliment kummerċjali — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn stabbilimenti kummerċjali matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew irrapurtati lill-pulizija 648 serqa minn stabbilimenti kummerċjali, li 243 minnhom kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Leg 11 PQ #23615 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

djar privati — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn djar privati matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, ġew rappurtati lill-Pulizija 890 serqiet minn djar privati. Minn dawn 187 kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenzi u 129 minn residenzi li ma kienux okkupati.
Leg 11 PQ #23616 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

karozzi privati — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn karozzi privati matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra ġew irrapurtati lill-Pulizija 1,617 serqa minn karozzi.
Leg 11 PQ #23617 Sitting 317 2011-02-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Karozzi self drive tal-kiri — serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija minn karozzi self-drive tal-kiri matul l-2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23616, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika separata dwar karozzi tal-kiri.
Leg 11 PQ #23606 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li ngħataw impjieg bil-kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ngħataw impjieg bil-kuntratt matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 kien hemm 108 impjegati f’ Malta, kif ukoll 3 impjegati f’Għawdex li ngħataw impjieg b’ kuntratt mas-Servizz Publiku. Dettalji tal-karigi ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23607 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li taw konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni/kumpaniji li taw konsulenza matul l-2010 f'Malta u Għawdex separatament kif ukoll il-karigi jew il-ħiliet li kellhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.