Legislature:
Category:
Reset
Active:

Unjoni Ewropea — pompi tal-petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex ikunu konformi mar-regoli u d-direttivi tal-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Regoli u Direttivi tal-Unjoni Ewropea qed jirreferi għalihom.
Leg 11 PQ #23816 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li matul l-2010 saru kirjiet ta’ għamara, pittura/i, pjanti u siġar għal użu ta’ dawn d-Dipartimenti u Entitajiet: · Segretarjat tal-Prim Ministru · Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsill Lokali u Konsultazzjoni Pubblika · Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża · Heritage Malta

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tul l-2010 ma sarux kirjiet kif indikat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħlasijiet għal tenders

Question

Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23747 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħlasijiet ta' tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li llum huwa kkalkulat li l-ħlasijiet li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex iridu jgħaddu lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji jammontaw għal €126,569.70

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika jekk l-informazzjoni mitluba tirrigwardax ħlasijiet pendenti ta' pagamenti li diġà ġew ċċertifikati, jew tirrigwardax il-valur globali li jkun irid jitħallas meta it-tender ikun eżawrit.
Leg 11 PQ #23750 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħlasijiet ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħlasijiet ta' tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-ċifra li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissupplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta’ tenders hija kif tidher hawn taħt: Department Total Government Pharmaceutical Services €14,248,344 Mt. Carmel Hospital €200,371 Rehabilitation KGH €35,820 Mater Dei Hospital €4,001,835 Elderly Department €392,435 Sir Paul Boffa Hospital €26,668 Foundation for Medical Services €253,811 Primary Health Care €65,857 Total €19,225,141
Leg 11 PQ #23723 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' serq f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 556 każ ta' serq, 20 każ minnhom kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #23724 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' frodi f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 328 każ ta’ frodi, 2 każijiet minnhom Għawdex.
Leg 11 PQ #23725 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' omiċidju f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 3 każijiet ta’ omiċidju, kollha f'Malta.
Leg 11 PQ #23726 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Attentati ta' Qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' attentati ta' qtil f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra persuni fuq 6 każijiet ta’ attentat ta' omiċidju, kollha Malta.
Leg 11 PQ #23744 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifra kalkulata ta' flus globali tal-ħlasijiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għal tenders tammonta għal €56,260.
Leg 11 PQ #23717 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Moħqrija fuq Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' moħqrija fuq l-annimali f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 16-il persuna dwar każijiet ta' moħqrija fuq annimali li seħħew kollha f'Malta.
Leg 11 PQ #23718 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' prostituzzjoni f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija ressqet 105 persuna quddiem il-Qorti fuq akkuzi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni, kollha f'Malta.
Leg 11 PQ #23719 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Traffikar ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' traffikar ta' drogi f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22768, ninsab infurmat illi dawn il-persuni kienu 158 f'Malta u 2 f'Għawdex.
Leg 11 PQ #23720 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

abbuż sesswali fuq minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li matul is-sena 2010 tressqu l-Qorti Ġudizzjarja akkużati b'reati ta' abbuż sesswali fuq minorenni f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 39 persuna fuq akkużi relatati ma’ abbużi sesswali fuq persuni minuri, 31 Malta u 8 Għawdex.