Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus għas-safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — flus għas-safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tagħha, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċifra ta’ flus globali li ntefqet għas-safar tal-Ministru, tal-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet hija ta’ € 830,004.71.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — flus għas-safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għas-safar tal-Ministru w l-entitajiet għas-sena 2010 kienet kif ġej: Ministeru u Dipartimenti: € 479,861.00 Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi € 81,795.00 WasteServ Malta Ltd € 37,540.61 Ammont sostanzjali minn dan is-safar huwa marbut mal-ħidma fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea u għalhekk l-Unjoni Ewropea tirrifondi ammont sostanzjali minn din in-nefqa.

Hyperbaric chambers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22096 u jgħid kemm hawn hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm swew flus biex inxtraw u ġew stallati l-hyperbaric chambers fl-istparijiet ta' Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt tħarrġu persuni biex joperawhom? Min qed joperahom illum u kemm huwa n-numru ta' persuni/nies li iħaddmuhom? Jista’ l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm fondi li l-Unjoni Ewropea ħallset biex ikkumpensat it-taħriġ tal-persuni biex iħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta? Kemm mill-ispiża għax-xiri u l-istallazzjoni tal-hyperbaric chambers ġiet kumpensata mill-Unjoni Ewropea? Fuq bażi ta' sena kemm huma l-ispejjeż fixed, inkluż pagi, biex jitħaddmu l-hyperbaric chambers fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex? B'referenaza għall-hyperbaric chambers u esklużi l-ispejjeż fixed tagħhom, kemm tiġi tiswa “dive” ġo dawn ic-chambers, għal għaxra min-nies, f’fond ta’ sitt metri jekk jużaw ossignu pur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ hyperbaric chambers. L-ispiża biex inxtraw u ġew stallati dawn il- hyperbaric chambers kienet ta’ € 1,547,646.06 (eskluż 18% VAT). It-taħriġ meħtieġ biex jiġu mħaddma l-magni ingħata lill-impjegati kollha tal- Hyperbaric Unit tal-Isptar Mater Dei mill-istess kumpanija li forniet il-magni, bħala parti mill-proċess ta’ commissioning taċ- chambers ġodda. Dawn il-magni qegħdin jiġu mħaddma minn impjegati full-time tal-Isptar Mater Dei. Dan l-istaff jikkonsisti f’żewġ medical officers , tliet technicians , żewġ staff nurses u enrolled nurse . Ma kienx hemm bżonn u ma ħarġu ebda fondi mill-Unjoni Ewropeja għat-taħriġ tal-persuni li kienu ser iħaddmu l- hyperbaric chambers . Ix-xiri u l-istallazzjoni tal- hyperbaric chambers ma kienux finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. L-ispejjeż biex jitħaddmu l- hperbaric chambers tal-Isptar Mater Dei fuq bażi ta’ sena jammontaw għal €368,000. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar dive ġol- hyperbaric chambers ma tistax tingħata għaliex hija domanda ipotetika li ma għandha l-ebda relevenza għall-użu taċ- chambers biex jiġu ttrattati divers u pazjenti. Dwar il- hyperbaric chambers fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Stabbilimenti kummerċjali — sospensjoni ta' dawl u ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23608, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni sal-lum il-ġurnata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ stabbilimenti kummerċjali kif inhuma kategorizzati fis-sistema ta’ billing li kellhom is-servizz ta’ l-elettriku sospiż fix-xhur ta’ Jannar u Frar 2011 kienu ta’ 46 f’Malta u xejn f’Għawdex. Ta’ min iżid jgħid illi kien hemm sospenzjoni waħda fis-servizz ta’ l-ilma u li kienet f’Malta.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23825 Sitting 324 2011-03-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus għas-safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Prim Ministru u tal-Uffiċċji tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li mhux l-entitajiet kollha għadhom ikkonkludew l-ispejjes kollha dwar is-safar tal- 2010.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — flus għas-safar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal safar konnes ma' xogħol uffiċjali għan-nom tal-Gvern Malti tal-impjegati kollha fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, inklużi ambaxxaturi u uffiċjali oħra li jaħdmu fil-31 ambaxxata u rappreżentanzi barra minn Malta, intefqu 398,000 euro fl-2010. Tħallset ukoll is-somma globali ta' 313,850 euro bħala subsistence allowance.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — Flus għas-safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet għas-safar tal-Ministeru tiegħi inklużi d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kien ta' €834,669.
Leg 11 PQ #23828 Sitting 324 2011-03-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — flus għas-safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tagħha, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 iċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru kollu kienet tammonta għal €47,451.26.
Leg 11 PQ #23829 Sitting 324 2011-03-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — flus għas-safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kienet ta' €556,957.53.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar mill-Ministeru, entitajiet li jaqgħu taħti.
Leg 11 PQ #23819 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 sar kiri ta' siġġijiet u mwejjed għal konferenzi.
Leg 11 PQ #23820 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul 2010 mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru inkrew siġġijiet u imwejjed bi spiża totali ta' € 509.52

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul l-2010, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u/jew id-dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu m'għamlu ebda kirjiet ta’ għamara, pittura, pjanti jew siġar.

Mtarfa — Bypass - Żebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet mitluba minni li jsiru fil-bypass tal-Mtarfa u tal-Magħtab li twassal għas-Salini sabiex ikun hemm road saftey aħjar u ċioe tinżebaħ żebgħa li ddawwal id-direzzjoni tat-triq għal matul il-lejl minħabba li dawn il-bypass mhumiex mdawla, għadhom ma sarux? Jista' jawtorizza dawn ix-xogħlijiet immedjatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet in kwistjoni se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Pitkalija — manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'funzjoni u rwol għandu l-manager il-ġdid fil-Pitkalija? Xi kwalifiki għandu għal dan il-grad? X'inhuma s-salarju u l-benefiċċji tiegħu fil-preżent?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nħasset il-ħtieġa li tinħoloq il-pożizzjoni ta' Manager tal-Pitkalija biex tingħata assistenza meħtieġa lid-Direttur tas-Swieq bl-Ingrossa u Faċilitajiet tal-Flotta tas-Sajd permezz ta' preżenza kostanti ta' uffiċjal għoli fil-pitkalija għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Pitkalija. Huwa jassisti ukoll lid-Direttur fl-ispezzjonijiet meħtieġa biex jiġi assigurat li l-operaturi fil-Pitkalija ikunu konformi mar-regolamenti, jagħmel spezzjonijiet fuq prodotti impurtati kif ukoll permezz ta' spezzjonijiet oħra fl-egħlieqi biex ikun żgurat il-kwalita u provenjenza tal-prodotti mibjugħin fil-Pitkalija. Dan il-Manager jassisti lid-Direttur biex fl-organizzazzjoni tas-Swieq tal-Bdiewa u l-Fieri Agrikoli. Fid-dawl ta' dan, din hi kariga ta' fiduċja u li għaliha, għaldaqstant, bl-approvazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, kien appuntat direttament mingħajr ħtieġa għal sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-persuna identifikata ingħatat kuntratt ta' sena b' salarju ta' €22,272 fis-sena barra l-ħlas dovut għas-siegħat żejda li jaħdem.

Pitkalija — sejħa għall-manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għal manager fil-Pitkalija? Kemm applikaw? Min kien responsabbli mill-interview?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23807.