Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ħlasijiet ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23750 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-servizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ċ-ċifra kalkulata ta' flus globali kommessa għall-ħlasijiet għal servizzi u provvisti abbażi ta' tenders u li l-ħlas tagħhom għadu ma sarx tammonta għal € 104,174.63 kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħlasijiet ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23748 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Maltin li jgħixu barra minn Malta — assocjazzjonijiet u għaqdiet
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-assoċjazzjonijiet, għaqdiet eċċ. tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta, reġistrati jew magħrufa lill-Ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar Ghaqdiet jew Assoċjazzjonijiet ta' Maltin li Jgħixu Barra tidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħlasijiet għal tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23744 u jgħid illum kemm huwa kkalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet li jaqaw taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23970 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet li jaqaw taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23972 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallset għal kull konsulenza?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onoreveli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallset għal kull konsulenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — konsulenzi
Question
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallset għal kull konsulenza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru għal Għawdex matul is-sena 2010 huma kif imniżżla fil-lista li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera;
b) liema proċess se jintuża ladarba l-Lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu tenders, jew hemm xi ħadd li huwa interessat;
ċ) x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel; u
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, dawn se jkollom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta ? Jekk fl-affermattiv jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-ħaddiema ?
Jista' l-Ministru jgħid
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera? Jekk fin-negattiv, meta fil-fatt waqfet topera u x'kienu r-raġunijiet għaliex waqfet;
b) meta ġie diskuss il-proċess li se jintuża ladarba l-lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu
tenders
, jew hemm xi ħadd li huwa nteressat;
ċ) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-lukanda Selmun, jista' jinforma lill-Kamra x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel;
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, jista' jinforma lill-Kamra jekk dawn il-ħaddiema humiex se jkollhom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-
unions
u l-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ households li kellhom is-servizz tad-dawl maqtugħ mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-8 ta’ Marzu 2011 kienu ta’ 45 f’Malta u 1 f’Għawdex. Ta’ min iżid jgħid ukoll li kien hemm żewġ sospenzjonijiet fis-servizz tal-ilma u li kienu f’Malta.
Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. *Vide PL 6805 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 332 nhar it-Tnejn 28 ta’ Marzu 2011.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — flus għas-safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010 kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet għas-safar tal-Ministru u tal-Ministeru tiegħu, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa globali għas-safar kienet tammonta għal sitt mija u tlieta u għoxrin elf disa’ u tletin Ewro u tmintax il-ċenteżmu (€623,039.18).