Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispiża ġlobali matul l-2010 għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt dan il-ministeru tleħħaq €678,202 fuq 243 karozza.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħlasijiet ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23748 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet matul l-2010 kienet ta' €202,372.06. In-numru ta' mobile phones kien ta' 397.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-
mobile phone
mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta'
mobile phones
in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li in-nefqiet globali għas-servizzi tal-mobile phone matul l-2010 u n-numru
ta' mobile phones involuti kienu kif ġej:
Ministeru u Dipartimenti €74,072.17 fuq 43 mobile phones
Awtorita ta' Malta għar-Riżorsi €5,443.81 fuq 6 mobile phones
WasteServe €23,404.67 fuq 80 mobile phone
Ministeru tal-Finanzi. l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' mobile phones li ntużaw fid-dekasteru tiegħi fl-2010 kien ta' 135. Infurmat ukoll illi l-ispiża kienet ta' €60,145.54.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — servizz ta' mobile phone
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' pensjonanti f'pajjiżna li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €700 fix-xahar? Kemm minnhom huma romol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li tammonta għal inqas minn €700 kull erba’ ġimgħat hu ta’ 60,295.
Minn din iċ-ċifra, 13,718 qegħdin jirċievu pensjoni għar-romol.
Jista' l-Ministru jgħid, skont ir-rekords tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kemm kien in-numru ta' ħaddiema/ċittadini bil-paga li d-dħul tagħhom dikjarat matul l-2010 kien anqas minn €1000 fix-xahar u aktar minn €2500 fix-xahar separatment? Kemm minnhom huma mpjegati mac-Civil u kemm mas-settur privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mingħand l-employers dwar il-pagi tas-sena 2010 għadha qed tinġabar, għalhekk mhux possibbli li tingħata tweġiba f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jiskontaw is-sentenza tagħhom fiċ-Ċentru Korrettiv ta' Kordin? Kemm minnhom huma nisa, rġiel, żgħażagħ? Ta' liema nazzjonalità huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24495, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba.
Attachments:24567 - Inmates by Nationality March 2010.xls
persuni li qed jagħmlu programm kontra d-droga u x-xorb
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-preżent qed jagħmlu l-programm kontra d-droga u kontra l-vizzju tax-xorb eċċessiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta' persuni li fil-preżent qed jagħmlu l-programm kontra d-droga huwa ta’ 19-il persuna li qed jaghmlu program residenzjali u 266 li qed jaghmlu program fil-komunità. In-numru ta' persuni li fil-preżent qed jagħmlu l-programm kontra l-vizzju tax-xorb eċċessiv huwa ta’ 6 persuni li qed jaghmlu program residenzjali u 209 li qed jaghmlu l-programm fil-komunità.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2010 ntefqet is-somma ta' €173,545 fuq numru ta' 159 mobile phones użati mill-uffiċjali f'Malta u wkoll dawk f'29 Ambaxxati u Rapprezentanzi barra minn Malta
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23974 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji w individwi li tqabbdu biex jagħtu servizz konsultattiv professjonali u teknikament speċjalizzat skond il-ħtieġa okkurrenti u liema speċjalizzazzjoni mhix meħtieġa b'mod rikorrenti u/jew li tmur oltre minn dak meħtieġ fin-normalita fl-organizazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23819, jista' l-Ministru jinforma biċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet u meta kienu l-okkażjonijiet in kwestjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23819, ninsab infurmat illi ċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet f'kiri ta' siġġijiet u mwejjed kienet ta' €1,462.61. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23816, jista' l-Prim Ministru jinforma kemm hija ċ-ċifra globali għal dawn il-kirjiet separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24053 u jgħid:
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera? Jekk fin-negattiv, meta fil-fatt waqfet topera u x'kienu r-raġunijiet għaliex waqfet;
b) meta ġie diskuss il-proċess li se jintuża ladarba l-lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu
tenders
, jew hemm xi ħadd li huwa nteressat;
ċ) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-lukanda Selmun, jista' jinforma lill-Kamra x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel;
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, jista' jinforma lill-Kamra jekk dawn il-ħaddiema humiex se jkollhom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-
unions
u l-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proċess ta’ tendering għas-Selmun Palace Hotel Company Limited, il-kumpanija li topera l-Lukanda Selmun, jinsab fl-istadju finali.
Il-lukanda waqfet l-operat tagħha u għalhekk mhix tieħu bookings ġodda minhabba li l-kumpanija Airmalta ma' tistax tibqa iġorr it-telf tagħha.
Il-bejgħ tal-kumpanija għadu ma ġiex konkluż, filwaqt li r-riżultati preliminary tal-process ta’ tendering kienu ppubblikati mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern (GDP) Selmun Tender Advert nru. 49. L-aġġudikazzjoni tat-tender kienet konkluża u fil-11 ta’ Marzu 2011 u ntbagħtet il-letter of acceptance lill-unika offerent, Caterina Vitale.
Hemm l-obligu fuq min jixtri il-lukanda li jieħu ukoll l-ħaddiema skond ir-regoli tat-Transfer of Business.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24052 u jgħid:
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera;
b) liema proċess se jintuża ladarba l-Lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu tenders, jew hemm xi ħadd li huwa interessat;
ċ) x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel; u
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, dawn se jkollom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta ? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment f’Mistoqsija Parlamentari numru 24539.