Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20443 u 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20185.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20185 u jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20185.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsum ta' fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċifra globali fi flus li ntefqet fl-2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħti kien ta' €398,724 li kien jammonta għal 340,410 litru.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — konsum ta' fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23488, ninsab infurmat illi l-ammont globali f'litri għall-istess perijodu kien jammonta għal 773,923.51.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-konsum tal-fuel matul l-2010 kien ta’ tlett mija u elfejn, disa’ mija u ħamsa u tletin Ewro, u tlieta u tletin ċenteżmu (€ 302,935.33) li huwa ekwivalenti għal mitejn, tlieta u sittin elf, wieħed u għoxrin litru ( 263,021).
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — konsum tal-fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali i l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ċ-ċifra ta' flus globali li ntnefqet fl-2010 għall-użu ta' servizz tal-karozzi li fiha hemm imdaħħla l-ispejjeż tal-kiri, manutenzjoni u konsum, kien jammonta għal €1,907,011.63. Infurmat ukoll illi n-numru ta' karozzi kien ta' 535.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — servizz ta' karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għar-rigward tal-ispiża fi flus nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta tiegħi f’ Mistoqsija Parlamentari nru.23483 liema valur kien jirrifletti fi 411,773 litru ta’ fuel.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — konsum ta' fuel
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23484 rigward ċ-ċifra ta' flus globali fuq l-konsum tal-fuel. L-ammont ta' litri li nxtraw huwa 91,032.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ċ-ċifra ta' flus globali li ntefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phones mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu matul l-2010 kienet ta' €20,276.39. In-numru ta' dawn il-mobile phones kien ta' 18.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Ministeru għandhu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess ikun konkluż.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarjiiet Barranin jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2010 ntefqet is-somma ta' €279,968 għas-servizz ta' 62 karozza mill-Head Office, Malta u l-Ambaxxati u Rappreżentanzi barra minn Malta.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-somma globali li ntefqet kienet ta' €375,078 fuq 142 karozza.