Persuni barranin li użaw sptarijiet jew ċentri tas-saħħa Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li użaw l-isptarijiet jew ċentri tas-saħħa f'Malta matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm 2,825 persuni barranin li uzaw l-Isptar Mater Dei. Dan jinkludi immigranti irregolari.
In-numru ta' persuni barranin li wżaw iċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta matul dan il-perjodu kien 234.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi, heavy vehicleseċċ., ġodda li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-ewwl tliet xhur tas-sena 2011? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi, heavy vehicalseċċ., second hand li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex matul l-ewwl tliet xhur tas-sena 2011? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-aħħar tliet snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija minn djar residenzjali f'Malta u Għawdex separatament, matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, ġew rappurtati lill-Pulizija 227 serqa minn djar privati f’Malta, li minnhom 35 kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenzi u 35 oħra minn residenzi li ma kienux okkupati. F’Għawdex kien hemm 5 rapporti, b’rapport wieħed dwar oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenza u tnejn minn residenzi mhux okkupati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija minn karozzi privati u car hire f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati 474 serq minn vetturi bil-mutur, li minnhom 469 kienu Malta u 5 Għawdex. Infurmat ukoll li ma tinżammx statistika separata dwar karozzi tal kiri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija minn stabbilimenti kummerċjali f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati 153 serq minn stabbilmenti kummerċjali, li minnhom 151 kienu f'Malta u 2 f'Għawdex. Minn dawn il-52 kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 intnefqet għall-użu ta' servizzi tal-
mobile phone
mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta'
mobile phones
in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 iċ-ċifra li ntefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phones kienet ta’ erbgħa u sebgħin elf, mitejn u tnejn u sittin ewro (€ 74,262).
In-numru ta’
mobile phones
kien ta’ mija u tnax (112).
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 intnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-2010 intefqu mija sitta u sittin elf, disa' mija u sitta u disgħin Ewro (€ 166,996) għall-użu ta’ servizzi ta’ ħames mija u tnejn u tmenin (582) karozza.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25080 u 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li daħlu sptarijiet u ċentri tas-saħħa — kawża ta' xorb eċċessiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa kawża ta' xorb eċċessiv matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 separatament? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li daħlu sptarijiet u ċentri tas-saħħa — swat jew abbuż fuq minorenni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa minħabba swat jew abbuż fuq minorenni matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 separatament? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur mid-Dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei irriżulta li bejn Jannar u Marzu 2011 kien hemm żewġ każijiet ta’ minuri li ddaħħlu bħala pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei minħabba f’allegat swat jew abbuż. L-etajiet ta’ dawn il-minuri kienu ħames xhur u sentejn rispettivament.
Ta’ min jinnota li ħafna drabi meta jseħħu dawn il-każijiet ikun hemm biss suspett li jkun sar abbuż. Wara li l-każ jiġi nvestigat mis-
social workers
u l-professjonisti li jkunu qed jieħdu ħsieb il-każ tkun tista’ tintlaħaq konklużjoni dwar jekk in-natura tal-inċident kienitx waħda ta’ abbuż.
Ta’ min wieħed jgħid wkoll li fil-maġġoranza tal-każijiet li jkunu qed jiġu nvestigati minħabba f’allegazzjoni ta’ abbuż, ma jkunx hemm bżonn li l-vittma tal-allegat abbuż tiddaħħal l-isptar għall-kura u l-każ jiġi nvestigat fil-kommunità.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma jżommx din it-tip ta’ statistika.
Persuni li daħlu sptarijiet u ċentri tas-saħħa — swat u/jew vjolenza fuq anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa fuq swat u/jew vjolenza fuq anzjani matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 separatament? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx. Fl-Electronic Case Summary / Hospital Activity Analysis System jinżammu dettalji biss dwar dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza ta’ swat u/jew vjolenza, iżda ma jkun hemm l-ebda referenza għall-fatt li jkun seħħ swat u/jew vjolenza fuq dawn il-persuni.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma jżommx din it-tip ta’ statistika.
Persuni li daħlu sptarijiet u ċentri tas-saħħa — kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa kawża ta' inċident fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 separatament? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx. Fl-Electronic Case Summary/Hospital Activity Analysis System jinżammu biss dettalji dwar dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident, iżda ma jkun hemm l-ebda referenza għall-fatt li dan ikun kawża ta’ inċident li jkun seħħ fuq il-post tax-xogħol.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma jżommx din it-tip ta’ statistika.
Persuni li daħlu sptarijiet u ċentri tas-saħħa — kawża ta' inċident tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa kawża ta' inċident tat-traffiku matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2011 separatament? X'etajiet kellhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-dettalji tal-pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei fl-ewwel 3 xhur ta’din is-sena kawża ta’ inċidenti tat-traffiku, flimkien mal-etajiet tagħhom huma kif jidher hawn taħt:
Età
Numru ta’pazjenti
<5
2
5-14
3
15-24
24
25-34
14
35-44
10
45-54
4
55-64
3
65-74
9
75-84
6
85-94
1
Total
76
Ta’ min jinnota li f’ċertu każi fl-Electronic Case Summary jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tal-inċident bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li jkun seħħ inċident.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma jżommx din it-tip ta’ statistika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il parir ingħata mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti, meta ingħata dawn il-pariri u fuq liema oqsma, fir-rigward tas-segwenti:
a) dwar kif għandu jagħmel il-
policy
li għandu jimxi biha d-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu taħt il-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jew kull liġi oħra;
b) li jgħin fuq miżuri għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-qasam għall-affarijiet tal-konsumatur għadda taħt il-portfolio tiegħi fl-10 ta’ Frar 2010.
Minn din id-data l’quddiem il-Kunsill ta diversi pariri kemm waqt laqgħat kif ukoll permezz ta’ sottomissjonijiet bil-miktub dwar diversi materji li jirrigwardjaw lill-konsumatur kif ġej:
2010
a) Bżonn ta’ ftuħ ta’ uffiċċju iżjed ċentrali ta’ Arms Ltd
b) Ir-Regolamenti ġodda proposti għall-Kreditu lill-Konsumatur
c) Emendi dwar ir-Regolamenti tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur
d) Ftehim esklussiv fit-trasmissjonijiet ta’ l-isports permezz tal-cable TV
e) Twaqqif ta’ l-Awtorità Maltija għal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur
2011
a) Prattiċi kummerċjali mhux ġusti kif ukoll klawżoli mhux ġusti f’kuntratti fis-settur tat-telekomunikazzjoni
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur kurrenti qed iwettaq is-sorveljar u l-iskrutinju tiegħu fuq konswetudni ta’ kummerċ u ta’ negozju li għandhom x’jaqsmu mal-provvista ta’ oġġetti u servizzi lill-konsumaturi u ma’ attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan jew anċillari għalihom; kemm il-qasam ġie skrutinat u sorveljat u liema huma l-oqsma li ġew skrutinati u sorveljati u x’kien ir-riżultat ta’ dan f’kull qasam? Jista' jgħid jekk il-Kunsill issottomettiex xi rakkmandazzjonijiet bħala riżultat ta’ dan l-iskrutinju u sorveljar u jekk twettqux dawn ir-rakkmandazzjonijiet? Jekk le, għaliex ma twettqux dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iwettaq is-sorveljar tiegħu permezz a’ skrutinju ta’ dak li jidher fil-media, ilmenti li jirċievi mingħand il-konsumaturi, kwestjonarji li jitqassmu minn żmien għal żmien lill-konsumaturi kif ukoll minn rapporti li jintalbu primarjament mingħand id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u minn Awtoritajiet oħra.
B’riżultat tas-sorveljar li sar din l-aħħar sena, l-kunsill issottometta rapport dwar ftehim esklussiv fil-qasam tat-telekomunikazzjoni. Dan il-każ għadu qiegħed jiġi investigat mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Il-Kunsill ukoll kellu laqgħat ma’ diversi awtoritajiet inkluż l-Awtorità Maltija dwar il-Kommunikazzjoni kif ukoll mad-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni meta ħass li kellu jintervjeni minħabba xi prattika fis-suq li setgħat kienet ta’ dannu għall-konsumatur bħal termini mhux ġusti f’kuntratti kif ukoll prattiċi kummerċjali mhux ġusti fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Tweġiba
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24590 u jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-konsum ta' fuel l-2010 għal dan il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu kien ta' 617,637 litru bi spiża globali ta' €667,773 fuq 840 inġenji u vetturi li l-parti kbira minnhom, aktar minn 600 minnhom huma vetturi u inġenji tax-xogħol bħal cranes, bulldozers, Forklifters, Kompressurii, etc. li bejnithom ikkunsmaw 471,266 litru
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsum tal-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24591 u jgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24591.