serqiet minn fuq it-turisti reġistrati lill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fuq it-turisti reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 467 persuna ta' nazzjonalità barranija li allegatament sfaw vittma ta' xi tip ta' serq.
serqiet minn knejjes, niċeċ u mużewijiet reġistrati lill-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn knejjes, niċeċ u mużewijiet reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena il-Pulizija kellha 8 rapporti ta' serq minn knejjes.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24583 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25333.
Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm kien il-vot f'ċifra ta' flus globali għal dawn l-aħħar tliet snin tal-Kunsilli Lokali tal-Imdina, Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Rabat Malta separatament sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella b’ l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tilwimiet industrijali reġistrati f'pajjiżna matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi n-numru ta’ tilwimiet industrijali reġistrati f’ pajjiżna matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena kien dak ta’ 36. Din iċ-ċifra qiegħda tinkludi tilwimiet li ġew reġistrati kemm fis-settur privat kif ukoll dak parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxa tal-income fl-ewwel erba' xhur tas-sena f'ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mill-Income Tax fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kien €206.5 miljun. Minn din iċ-ċifra jridu jinqatgħu r-refunds li ammontaw €31.7 miljun. Għalhekk id-dħul nett mill-income tax bejn Jannar u April kien €174.8 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxa tal-VAT fl-ewwel erba' xhur tas-sena f'ċifra tal-flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel erba’ xhur id-dħul gross tal-Gvern mill-VAT kien ta’ €193.1 miljun. Minn dawn tħallset is-somma ta’ €40.4 miljun f’rifużjonijiet biex b’hekk id-dħul nett tal-gvern kien ta’ €152.7 miljun.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati b'allegat moħqrija fuq l-annimali xahar b'xahar, matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 6 persuni dwar każi ta' moħqrija tal-annimali, 2 f'Jannar, 2 fi Frar, 1 f'Marzu u 1 f'April.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' holdups reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kodiċi Kriminali (Kap. 9) tal-Liġijiet ta' Malta ma jeżisti ebda rejat speċifiku ta' hold-up. Hemm però dawk ta' rejati ta' serq ikkwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-istess Kodiċi li jitkellmu fuq vjolenza, il-mezz, il-valur, il-persuna, l-lok, l-ħin jew ix-xorta ta' ħaġa misruqa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika liema minn dawn il-kategoriji jixtieq li tingħatalu l-informazzjoni.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23972 u jagħti breakdown ta' min kienu l-persuni/kumpaniji eċċ. li taw konsulenza lill-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul l-2010? Kemm kienet is-somma li tħallsu għal kull konsulenza?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23972.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25333.
Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-liċenzji ta' vetturi li għolew sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2008 ma kienx hemm liċenzji ta’ vetturi li għolew.
Fis-sena 2009 il-gvern kien għamel reviżjoni dwar kif tiġi kkalkulata t-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-vetturi tat-tip M1 u għall-muturi. F'dan ir-rigward ġew imħabbra rati ġodda ta' liċenzji fejn dawk il-vetturi jew muturi li kienu reġistrati sa l-aħħar ta' l-2008 komplew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont il-qawwa tal-magna u ż-żmien tal-vettura, filwaqt li dawk reġistrati wara l-ewwel ta' Jannar 2009 bdew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont iż-żmien tal-vettura kif ukoll skont l-emissjonijiet (CO2 u
particulate matter
). B’hekk, il-liċenzja ta’ vetturi li kienu reġistrati qabel l-2009, tiżdied kull sena skont l-età tal-vettura.
Fis-sena 2010, saret ukoll reviżjoni dwar kif tiġi kkalkulata t-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-vetturi kummerċjali kollha kif ukoll tal-vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri. F'dan ir-rigward ġew introdotti rati ġodda ta' liċenzji fejn dawk il-vetturi reġistrati sa l-aħħar ta' l-2009 komplew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont il-piż tal-vettura, tip ta' sospensjoni u n-numru ta' fusien, filwaqt li dawk reġistrati wara l-ewwel ta' Jannar 2010 bdew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont in-numru ta' fusien, iż-żmien tal-vettura, l-piż tal-vettura u tip ta' sospensjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2011? Kemm kienu bniet u kemm kienu subien? Kemm trabi twieldu minn ommijiet barranin residenti f'Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena twieldu 674 tarbija fl-isptarijiet pubbliċi f’Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 301 tifel u 373 tifla. 69 minn dawn it-trabi twieldu minn ommijiet ta’ nazzjonalità mhux Maltija.
Aktar informazzjoni fuq bażi nazzjonali tista’ tinkiseb mir-Reġistru Pubbliku.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — ommijiet xebbiet - benefiċċji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet li talbu benefiċċji matul l-ewwel tliet xhur tal-2011 u kemm ġew reġistrati talbiet simili mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ommijiet xebbiet li talbu benefiċċji matul l-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kien kif jidher hawn taħt:
130 persuna applikaw għal CA(
Childrens Allowance
)
83 persuna applikaw għal SUP(Għajnuna Soċjali għal ommijiet xebbiet)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2011, irrapportaw li weġġgħu fuq il-postijiet tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-permessi/liċenzji ta' stabbilimenti kummerċjali li għolew sena b'sena mill-2008 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 sal-lum ma kienx hemm liċenzji ta’ stabbilimenti kummerċjali liċenzjati mid-Dipartiment tal-Kummerċ li għolew.
Jista' l-Ministru jinforma sena b'sena mill-2008 sal-lum kemm għoliet it-taxxa tal-VAT u liema huma dawk l-oqsma li daħlet il-VAT fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2008 sal-lum kien hemm żieda waħda fir-rata tal-VAT u din saret b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 fejn ir-rata ta’ VAT applikabbli fuq l-akkommodazzjoni żdiedet minn 5% għal 7%.