Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €99,604.28? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din id-ditta ta’ avukati, tassisti lil MFSA u lill-International Tax Unit, li tinsab fi ħdan l-MFSA, dwar materji u aspetti tal-kwadru fiskali ta’ Malta mal-Unjoni Ewropeja u għenet sabiex l-Unjoni waslet biex taċċetta dan il-kwadru taħt regoli komunitarji konċernanti State Aid u il-Code of Conduct. Id-ditta bħalissa qegħda ukoll tgħin lill-MFSA fil-materja tal-Common Consolidated Corporate Tax Base.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €104,513.47? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din id-ditta tipprovdi servizzi varji lill-banek internazzjonali fil-kamp ta’ “custody operations” internazzjonali. Bħalissa qegħdin jassistu lil MFSA fi sforzi u negozjati sabiex jiġu attirati lejn Malta “Custodians” internazzjonali.

Sptar Mater Dei — Dipartiment tas-Saħħa - PET CT Scan

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-Dipartiment tas-Saħħa jibda joffri s-servizz ta' PET CT Scan lill-pazjenti li jbatu bil-kanċer? Billi dan is-servizz fil-preżent qed jiġi provdut biss mill-privat, jista' jinforma meta dan is-servizz se jibda jiġi offrut mill-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Is-servizz ta’ PET CT Scan lill-pazjenti li jbatu bil-kanċer se jibda jiġi pprovdut mill-Isptar Mater Dei fis- sena 2012.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €393,882.54? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-konsulenza kienet waħda ta’ project management fuq il-proġetti prinċipali tal-infrastruttura ta’ Trasmissjoni u t-Tisfija tad-Drenaġġ fin-Nofsinhar ta’ Malta, sabiex jiġi ikkordinat l-andament ġenerali tad-diversi proġetti, b’mod ħolistiku. Madwar 80% ta’ din il-konsulenza ġiet finanzjata mill-Fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja (2007-2013).

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €177,625.89? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-konsulenza kienet waħda ta’ superviżjoni teknika fuq ix-xogħlijiet kollha li seħħew fl-Impjant għat-Tisfija tad-Drenaġġ fin-Nofsinhar ta’ Malta, limiti tax-Xgħajra. Din il-konsulenza approvat id-disinji kollha li għamel il-kuntrattur, kif ukoll, il-materjal u l-apparat kollu li nxtara u ġie nstallat fl-istess impjant. Il-konsulent kien ukoll responsabbli li jikkumenta fuq l-installazzjonijiet u x-xogħolijiet kollha u ppropona rimedji dettaljati ta kif għandu jsir titjib fil-kwalità tal-prodott finali, rimedji li ġew rikjesti li jsiru mill-kuntrattur li kien qed jattwa ix-xogħolijiet imsemmija.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €108,598.95? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ingħatat kuntratt biex jipprovdu servizz ta’ konsulenza teknika u legali lil Enemalta b’konnessjoni ma’ kuntratti tal-provistà tal-gass. Enemalta għamlet użu minn dawn is-servizzi fin-negozji tagħha mas-suppliers li rrispondew għal RFP li ħarġet minn Enemalta.

konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €300,000.00? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ġiet mogħtija kuntratt biex jipprovdu servizz ta’ konsulenza lill-Enemalta għal formazzjoni tal-kumpanija biex topera l-interconnector għal Sqallija. Enemalta għamlet użu mill-konsulenza li ngħatat waqt in-negozju ma’ Terna.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentar 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €140,420.00? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ikkwotat jikkonsisti f’żewġ fatturi: waħda ta’ €36,580 u oħra ta’ €103,840. Il-fattura ta’ €36,580 tirrelata mar-riviżjoni tat-tariffi ta’ l-elettriku b’effett mill-1 t’April 2009. Dan kien jinkludi kompilazzjoni ta’ l-ispejjeż kollha, evalwazzjoni ta’ mudelli finanzjarji u ħruġ ta’ rapporti. Il-fattura ta’ €103,840 tirrigwardja proposta ta’ studju ta’ kif proposti mir-Regolatur jolqtu l-operat u l-finanzjar tal-Korporazzjoni Enemalta. Dan l-istudju analizza wkoll il-mekkaniżmu tal-‘ROCE’ li jirrifletti n-natura ta’ l-ispejjeż tal-Korporazzjoni fit-tariffi tagħha.

Konsulenza — benefiċċji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €136,154.61? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din hija ażjenda internazzjonali ta’ avukati li tispeċjalizza fis-servizzi finanzjarji. L-ażjenda ilha tassisti l-MFSA fil-kamp tal-iżvilupp tal-leġislazzjoni skont standards internazzjonali, fil-kamp tal-awtorizzazzjoni tal-operaturi fis-settur u fil-kamp tat-taħriġ tar-regolaturi.
Leg 11 PQ #18963 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul l-2009 min kienu l-persuni u/jew kumpaniji inkarigati mill-konsulenza għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew dekasteri oħra li jaqgħu taħtu? F'liema oqsma kienet meħtieġa l-konsulenza?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-parti tal-mistoqsija li kien fadal pendenti, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba f’mistoqsija parlamentari numru 19268.

Ommijiet li jieħdu childrens' allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid illum kemm huwa n-numru ta' ommijiet xebbiet li jinsabu jieħdu benefiċċju soċjali taċ-Childrens' Allowance f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ single mothers li jirċievu xi allowance għat-tfal huwa ta’ 4342 f’Malta u 144 f’Għawdex.

Kumpaniji, self-employed u SMEs — ħlas ta' bolla tan-National Insurances

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa n-numru ta' kumpaniji/ self-employed/ Small and Medium Enterprises eċċ. li waqgħu lura f'dak li huwa l-ħlas tal-bolla tal-National Insurance?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ Employers li għandhom xi bilanċ dwar xi sena bejn l-1998 u l-2010 rigward il-ħlas tal-bolla tal-impjegati tagħhom (jiġifieri kontribuzzjonijiet tal-Ewwel Klassi) huwa 9,464. In-numru ta’ persuni self-employed li għandhom xi bilanċ dwar xi sena bejn l-1999 u l-2010 rigward il-ħlas tal-bolla tagħhom stess (kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi) huwa 18,790.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — arretrati tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hija ċ-ċifra globali ta' flus f'arretrati tan-National Insurance li għandu jiġbor id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifra globali f’arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali hija €128.2 miljun. Minn dawn għad iridu jitnaqqsu €14.3 miljun li tħallsu mal-ftehim li ġew iffirmati minn numru ta’ employers taħt l-Iskema dwar Tnaqqis fil-Penali. Aktar tard wieħed ikun irid inaqqas ukoll il-pagamenti li għad iridu jitħallsu bin-nifs kull xahar minn dawn l-employers taħt l-istess Skema.

Kumpaniji u self employed — arretrati tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru ta' kumpaniji u/jew self employed li għandhom arranġamenti sabiex jirregolaw l-arretrati tagħhom għal dak li huwa National Insurance?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ Employers (kumpanniji u individwi) li daħlu f’arranġamenti biex jirregolaw l-arretrati tagħhom rigward kontribuzzjonijiet ta’ National Insurance taht l-iskema ta’ Tnaqqis fil-Penali huwa 1,314. Minbarra dawn, hemm 101 employer ieħor li kienu laħqu ftehim dwar ħlas barra l-Iskema u li għadu jgħodd.

Konsulenza — proċedura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex jintgħażel konsulent individwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx proċedura kif jintagħżel konsulent, iżda dan ovvjament jiġi identifikat jew identifikata abbażi tal-kompetenza u l-esperjenza fis-settur partikolari.

Konsulenza — proċedura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex jintgħażlu kumpaniji ta' konsulenza?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26055.
Leg 11 PQ #25963 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn karozzi reġistrati lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' snin ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 599 serqa minn vetturi bil-mutur.
Leg 11 PQ #25964 Sitting 347 2011-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn stabbilimenti kummerċjali reġistrati lill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali reġistrati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 210 serqa minn stabbilimenti kummerċjali.