Dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li skont il-liġi tal-VAT hija persuna li tiġi reġistrata u mhux stabbiliment kummerċjali, mhuwiex possibbli li tingħata risposta għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul gross mit-taxxa tal-VAT matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €193,113,676 li minnhom tħallsu €40,417,142 bħala rifużjonijiet biex b’hekk id-dħul nett ta’ VAT kien ta’ €152,696,534.

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25962, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni għar-rigward tar-reati ta' serq kwalifikati ai termini tal-Artikolu 261 tal-Kodiċi Kriminali, Kap 9?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' spjegajt, għalkemm il-kelma hold up ma teżistix fil-kuntest legali, dan huwa serq li jkun ikkwalifikat bil-vjolenza kif ukoll bis-sekwestru momentarju tal-persuna. Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 serqa ta’ dan it-tip.
Tlettax (13) minn dawn saru permezz ta’ sikkina waqt li l-għaxra (10) l-oħra saru permezz ta’ arma tan-nar jew imitazzjoni ta’ arma tan-nar.
Ħmistax (15) minn dawn is-serqiet irrapurtati kellhom valur iddikjarat ta’ anqas minn €500; tlieta (3) minnhom b’valur iddikjarat ta’ anqas minn €1,400; erba’ (4) b’valur iddikjarat ta’ anqas minn €15,000 u waħda (1) minnhom li kellha valur iddikjarat ta’ €75,000.
Minn dawn it-tlieta u għoxrin (23) serqa rrapurtata ġew solvuti ħdax (11) minnhom u ċioe 47% tagħhom. Il-persuni responsabbli minn dan is-serq ġew imressqa l-Qorti u għaddejin proċeduri kriminali.

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rtiraw bl-età u/jew ġew boarded out minn maċ-Ċivil matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u 30 t’ April ta’ din is-sena , 302 persuni rtiraw bl-età minn mas-Servizz Pubbliku filwaqt li 16-il persuna oħra temmew l-impjieg tagħhom minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Jista' l-Ministru jgħid
a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera? Jekk fin-negattiv, meta fil-fatt waqfet topera u x'kienu r-raġunijiet għaliex waqfet;
b) meta ġie diskuss il-proċess li se jintuża ladarba l-lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu
tenders
, jew hemm xi ħadd li huwa nteressat;
ċ) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-lukanda Selmun, jista' jinforma lill-Kamra x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel;
d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, jista' jinforma lill-Kamra jekk dawn il-ħaddiema humiex se jkollhom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal-
unions
u l-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Selmun Palace Hotel Ltd. hija kumpanija sussidjarja tal-Air Malta. It-tenders kollha għall-bejgħ ta’ din il-kumpanija ġew sottomessi lill-Government Property Division u l-ebda waħda ma kienet sodisfaċenti.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-operat kollu u l-organizzazzjoni relatati ma’ din il-kumpanija huma f’idejn il-management tal-Air Malta bħala l-holding company. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul min-National Insurance, lis-CIR matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm suppost jirriżulta li kienet iċ-ċifra li suppost tallset lis-CIR abbażi tar-records li għandu l-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien €161,784,022.
Rigward it-tieni part ital-mistoqsija, mhux possibbli għalissa li jingħad kemm suppost kellha tkun din iċ-ċifra għall-2011 minħabba li:
(a) l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema li suppost jitħallsu mill-employers isir magħruf biss bejn Frar u Marzu tal-2012 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS mill-istess
employers
; u
(b) l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet dovuti mis
-self-employed
ma jkunx għadu magħruf peress li l-ammonti pagabbli din is-sena huma bbażati fuq dak li ddikjaraw fl-2010.