Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni mill-Unjoni Ewropea f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda li ġew reġistrati f'Malta u Għawdex separatament matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ karozzi ġodda li ġew reġistrati f’Malta u Għawdex matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena jammontaw għal:
MALTA: GĦAWDEX:
Jannar – 403 Jannar – 35
Frar – 501 Frar – 33
Marzu – 743 Marzu – 46
April – 730 April - 37
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26485, peress li ma ngħatax breakdown, jista' l-Ministru jgħid kemm miċ-ċitazzjonjijiet kienu fuq moħqrija tal-annimali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-Pulizija ħarġet sitt ċitazzjonijiet relatati ma' moħqrija tal-annimali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26485, peress li ma ngħatax breakdown, jista' l-Ministru jgħid kemm miċ-ċitazzjonjijiet kienu fuq drinking and driving?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-Pulizija ħarġet 81 ċitazzjonijiet relatati ma' sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol. Peress illi dan ir-reat jaqa' taħt il-kategorija dwar ksur tar-Regolamenti tat-Traffiku, dan l-ammont huwa inkluż fit-total li ingħata fit-tweġiba preċedenti, ċioe' Mistoqsija Parlamentari numru 26813.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26485, peress li ma ngħatax breakdown, jista' l-Ministru jgħid kemm miċ-ċitazzjonjijiet kienu fuq kliem oxxen?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba xhur ta’ din is-sena il-Pulizija ħarġet 203 l-ċitazzjoni relatati ma' kliem oxxen fil-pubbliku.
Vot tal-Pulizija — tnaqqis ta' finanzi sostanzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-vot tal-pulizija kellu tnaqqis ta' finanzi sostanzjali matul dawn l-aħħar għaxar snin meta paragunat mas-snin ta' qabel?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-affermazzjoni li qiegħed jagħmel ma tirrizultax peress li l-Vot tal-Pulizija żdiet kontinwament matul is-snin li qed jagħmel referenza għalihom.
sitwazjoni tal-E.coli — rakkmandazzjonijiet lill-ħaddiema li jaħdmu mat-turisti
Question
B'referenza għas-sitwazjoni tal-E.coli u dak li ġie komunikat mill-BBC dwar l-impatt fuq l-umanità, kif ukoll għar-rigward tal-fatt li ħafna turisti li jżuru l-gżejjer tagħna jiġu mir-Renju Unit, jista' l-Prim Ministru jinfurmani x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti? Qed isiru xi rakkmandazzjonijiet lill-ħaddiema li jservu t-turist bħal fil-każ tal-airport, hotels, taxis eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rakkmandazzjonijiet fuq materja ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol isiru mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA).
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu u l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu dejjem tgħin, jekk ikun hemm bżonn, biex jitwasslu messaġġi u rakkmandazzjonijiet fuq saħħa fuq il-post tax-xogħol.
Dipartiment tas-Servizz Veterinarju — sitwazzjoni dwar l-E.coli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju llum dwar l-E.coli u dan fid-dawl ta' dak li ġie komunikat mill-BBC riċentement dwar l-impatt fuq l-umanità li din il-bacteria qed tikkawża fir-Renju Unit u dan fid-dawl li ħafna mit-turisti fil-gżejjer tagħna jiġu mir-Renju Unit?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul gross minn pagamenti tat-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati biss matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €134,766,236 li minnhom id-dipartiment ħallas rifużjoni lill-kumpaniji fl-istess perjodu li kien jammonta għal €34,541,866.
Kien hemm ukoll ammont ta’ VAT ta’ €20,174,751 għall-istess perjodu li daħlu fuq importazzjonijiet li saru fid-Dwana ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiemna li ħadu promozzjoni maċ-Ċivil matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga ġdida qed jokkupaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 t’April ta’ din is-sena, kien hemm 454 impjegat li ħadu promozzjoni mas-Servizz Pubbliku.
Dettalji tal-gradi jew pożizzjonijiet ġodda li qed jokkupaw dawn l-impjegati jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korettiva ta' Kordin — persuni li temmew is-sentenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li temmew is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korettiva ta' Kordin matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 69 persuna barranija u 73 Maltin li temmew is-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Infurmat ukoll illi kien hemm ukoll 3 persuna barranija u 57 Maltin li temmew is-sentenza tagħhom matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena però ma ħarġux mill-faċilità peress li qegħdin jistkontaw sentenza oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kuntistabbli li spiċċaw mill-Korp fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Xi grad kellhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena kien hemm 30 membru li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:-
Spettur
Surġent Maġġur
Kuntistabbli
Total
Għalqu s-60 sena
1
1
Mewt
1
1
R
iżenji
1
2
3
Pensjoni
1
24
25
TOTAL
30
Dipartiment tas-Saħħa — kwestjoni dwar il-bacteria tal-E.coli
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa llum dwar l-E.coli u dan fid-dawl ta' dak li ġie komunikat mill-BBC ricentement dwar l-impatt fuq l-umanità li din il-bacteria qed tikkawża fir-Renju Unit u dan fid-dawl li ħafna mit-turisti fil-gżejjer tagħna jiġu mir-Renju Unit ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm numru ta pajjiżi fl-Ewropa li irrapurtaw każijiet ta diarrhea bid-demm ikkawżati mill mikrobu E. Coli 0104 u f’xi każijiet kien hemm xi kumplikazzjonijiet li anke wasslu għal xi imwiet (14 s’ issa). Il-maġġor parti tal-każijiet kienu fil-Ġermanja. Każijiet ġew ukoll irrapurtati mill-Iżvezja, id-Danimarka, L-Olanda, Franza, L-Ingilterra, l-Awstrija, u Spanja.
Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Publika qed jagħmel monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni kemm lokalment kif ukoll ta’ dik fl-Ewropa. Malta tipparteċipa f’sistemi ta’ komunikazzjoni Ewropej li fihom jiġu irrapurtati minnufih kull każ ta’ infezzjoni kif ukoll allerti oħra kemm f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa kif ukoll dak li jirrigwadja is-sigurta’ fl-ikel.
Mill-informazzjoni miġbura s’issa ma hemm l-ebda riskju assoċjat mal-miġja ta’ turisti f’Malta.
Dħul minn taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rraportati minn persuni li jbiegħu vetturi/muturi ġodda jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti u servizzi oħrajn.
Dħul minn taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn bejgħ ta' vetturi/muturi ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rraportati minn persuni li jbiegħu vetturi/muturi ġodda jinkludu wkoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq provvisti u servizzi oħrajn.
Dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li skont il-liġi tal-VAT hija persuna li tiġi reġistrata u mhux stabbiliment kummerċjali, mhuwiex possibbli li tingħata risposta għal din il-mistoqsija.