Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27099 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħad-Dingli — investigazzjonijiet dwar theżżiża

Question

Jista' l-Ministru jinforma xi żviluppi kien hemm wara l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar it-theżżiża li ħakmet Ħad-Dingli u l-bliet u rħula tal-madwar kmieni dan ix-xahar ta' Ġunju 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi għalkemm il-Pulizija ppruvat tistabbilixxi x'kienet il-kawża ta' dan il-ħoss, ir-riżultat kien wieħed negattiv.

Persuni ta' nazzjonalità Lhudija f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Lhudija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qawra — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Qawra koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri tal-Liċenzji huma miġburin skont il-lokalità. Għaldaqstant il-figuri ta’ San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u x-Xemxija huma kkunsidrati bħala lokalità waħda. (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA). Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 230 Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 215 Total: 445 Għat-tieni parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Buġibba — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Buġibba koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'San Pawl il-Baħar koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

Xemxija — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fix-Xemxija koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

Imġarr — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fl-Imġarr koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fl-Imġarr huwa kif ġej: Liċenzji maħruġa mill-Pulizija 32 Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ 19 Total 51 Dan it-total jeskludi bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Asjatika f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Asjatika f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Amerika Latina f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerika Latina f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Amerikana f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni ta' Nazzjonalità Għarbija f'Malta

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Għarbija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dħul mit-taxxa tal-VAT mir-Restaurants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT mir-restaurants matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul minn pagamenti tat-taxxa tal-VAT minn restaurants matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €3,326,966. Kien hemm ukoll restaurants li d-dipartiment ħallashom rifużjoni fl-istess perjodu li kien jammonta għal €197,519 biex b’hekk id-dħul nett kien ta’ €,3,129,447. Dan l-ammont ma jinkludix dħul minn lukandi li joffru servizz ta’ restaurant għax dan l-ammont huwa inkluż fir-risposta għall-mistoqsija 26456.

Dħul mit-taxxa tal-VAT minn Hotels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn hotels matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul gross minn pagamenti tat-taxxa tal-VAT minn hotels matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €2,883,263. Kien hemm ukoll lukandi li d-dipartiment ħallashom rifużjoni fl-istess perjodu li kien jammonta għal €487,098 biex b’hekk id-dħul nett kien ta’ €2,396,165.

Dipartiment tal-VAT — rifużjonijiet lit-tax payers

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment tal-VAT jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' rifużjonijiet li għandhom jitħallsu mid-Dipartiment tal-VAT lit-tax payers Maltin għas-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni tad-Dipartiment ma tagħmilx distinzjoni jekk persuna reġistrata tkunx Maltija jew le. Numru minn dawn ir-rifużjonijiet għaddejjin minn proċessi ta’ Kontroll min-naħa tad-Dipartiment.
Leg 11 PQ #26830 Sitting 371 2011-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċitazzjonijiet fuq rimi ta' skart

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26485, peress li ma ngħatax breakdown, jista' l-Ministru jgħid kemm miċ-ċitazzjonijiet kienu fuq rimi ta' skart?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena l-Pulizija ħarġet 754 il-ċitazzjoni relatati ma' rimi ta' skart.
Leg 11 PQ #26840 Sitting 371 2011-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inżul ta' ajruplani militari f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba sar inżul tal-ajruplani tal-qawwiet militari Franċiżi, Taljani, Ingliżi eċċ. fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, minn meta beda l-konflitt imdemmi fil-pajjiż ġar tagħna l-Libja? X'kienu r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ,meta beda l-konflitt fil-Libya 82 ajruplan militari niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u magħhom kien hemm 14-il inżul tal-arjuplani b’emerġenza. Dawn ta’ l-aħħar kienu ġejjin minn qawwiet militari Franċiżi, Daniżi u Amerikani - tnejn bi problema teknika, wieħed bi problema bil-pajp tal-fjuwel u l-bqija b’nuqqas ta’ fjuwel l-82 l-oħra ma kienux ajruplani li qgħedin jieħdu sehem fil-konflitt imma kienu ajruplani militari li niżlu Malta biex jġibu delegazzjonijiet barranin għal taħdidiet mal-Gvern Malti, jew rapresentanti tal –NU, l-AU, l-UE jew Gvernijiet oħra li waqfu Malta għal-refuelling qabel jew wara li marru Tripoli jew Benghazi għal taħdidiet ma ufficjali Libjani. Uħud minn dawn l-ajurplani waqfu Malta biex iġibu spare parts għal dawk l-ajruplani li kienu niżlu Malta b’emergenza. Uħud oħra niżlu Malta biex jittrasferixxu supplies jew personnel fuq bastimnti militari li qed joperaw barra mill-ibħra Maltin.
Leg 11 PQ #26841 Sitting 371 2011-06-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Missili sparati lejn l-art Libjana minn fuq spazju ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu beda l-konfiltt imdemmi fil-Libja għaddewx missili sparati lejn l-art Libjana minn fuq l-ispazju ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma kien hemm l-ebda missili sparati lejn l-art Libjana minn fuq l-ispazju sovran ta’ Malta.

Persuni ta' nazzjonalità Afrikana

Question

Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Afrikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.