Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38088 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — pendenzi fil-pagamenti ta' xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifri tal-flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b'riżultat ta' tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu pendenti l-pagament ta’ €3,249 għal xogħolijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ direct order.

Ċentri tas-Saħħa — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma għaliex il-manutenzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa se ssir fiż-żmien meta iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa wkoll magħluq għal manutenzjoni? Jista' jinforma ukoll meta se tibda u tispiċċa il-manutezjoni fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat? Jista' jara l-possibiltà li mill-ewwel jum sal-aħħar jum li ċentru tar-Rabat ikun magħluq, jiġi provdut trasport f'ħin partikulari għar-residenti ta' Ħad-Dingli, Rabat u limiti tiegħu u l-Imġarr sabiex jaslu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkarkara fiż-żmien? Jista' jinforma jekk huwiex se jkun xi servizzi li se jibqgħu jiġu provduti miċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul iż-żmien li tkun qed issir il-manutezjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li waqt li x-xogħolijiet ta’ manutenzjoni ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ikunu għaddejjin, is-servizzi kollha eżistenti ta’ dan iċ-ċentru tas-saħħa sejrin jibdew jingħataw minn lokalita’ oħra ġewwa r-Rabat, Malta stess. Għalhekk in-nies kollha li issa qegħdin jinqdew minn dan iċ-ċentru mhux sejjer jiġu affetwati bl’ ebda mod.

Inċineratur tal-Marsa — spiża fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37646 u jgħid kemm kienet l-ispiża għal ħsarat li riżultaw fl-inċineratur tal-Marsa din is-sena? Jista' jagħti l-istess breakdown għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dawn l-ammonti jirriflettu spejjes li ma jkunux previsti u jirrizultaw barra minn dawk tal-manutenzjoni preventiva.

Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ġibjuni li m'għandhom jintużaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġibjuni li għandu konjezjoni tagħhom il-gvern f'Malta u Għawdex fil-mument? Jista' jgħid kemm fil-preżent huwa numru ta' dawk il-ġibjuni li għadhom qed jintużaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 23316 u 24535, ninsab infurmat li fi ħdan dan il-Ministeru sa llum ġiet kompilata lista ta’ mija u ħmistax il-ġibjun f’ Malta li s’issa saru spezzjonijiet fuq sebgħa u erbgħin minnhom. Rigward ġibjuni f’Għawdex, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #37905 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Progress rigward każ

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna dwar il-progress li sar dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi r-rapport li kien sar lill-Pulizija permezz ta’ ittra lill-ispettur fl-Għassa ta’ Tas-Sliema, datata 16 ta’ Ottubru 2012, qed ikun investigat.

Progress rigward każ

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna dwar il-progress li sar dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ imsemmi minnu ġie nvestigat. Fiż-żona ndikata hemm żewġ gabbani b’isem simili u d-ditta tal-Avukati semmietom it-tnejn fil-korrispondenza tagħha lil Awtoritajiet differenti. Lid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, l-avukat għamel referenza għal gabbana minnhom. Din il-gabbana partikolari ġiet spezzjonata nhar id-9 ta’ Novembru u nstabet li kienet qed taħdem skont il-kondizzjonijet maħruġa fit-30 t’Ottubru, 2012 mill-istess Direttorat.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta. Negozji Żgħar u Konsumatur — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 37400.

Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Diesel biex jitħaddem l-inċineratur tal-Marsa — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għad-diesel biex jitħaddem l-inċineratur tal-Mrsa sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa biex jitħaddem l-inċineratur ieħor kawża ta' ħsarat li kellu l-inċineratur in kwistjoni matul l-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Wastserv ma għamlet l-ebda nfieq ieħor fuq inċineraturi oħra barra fuq l-uniku inċineratur li hija għandha, ninfurmah li qiegħed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Inċineratur tal-Marsa — spiża fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal ħsarat li riżultaw fl-inċineratur tal-Marsa din is-sena? Jista' jagħti l-istess breakdown għall-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu. l-Ambjent u l-Kultura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36728 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA — xogħlijiet ta' riabilitazzjoni ta' widien

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-permessi li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħlijiet ta' rijabilitazzjoni tal-widien f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat għaxar applikazzjonijiet rilatati ma' rijabilitazzjoni ta' widien f'Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti rendikont tal-applikazzjonijiet sena b'sena inkluż il-lokalità hux f'Malta jew f'Għawdex (Annex 1), kif ukoll tabella oħra li turi aktar fid-detall il-proposta u l-lokalità ta' kull applikazzjoni (Annex 2).

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta. Negozji Żgħar u Konsumatur — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36729 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li sa Settembru saru b’kollox ħdax (11)-il Direct Order li b’ kollox jammontaw għal €195,564 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu.

Wardija u Burmarrad — Wied Qannota - tħammil tal-wied

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm-il darba tħammel Wied Qannota bejn il-Wardija u Burmarrad matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'permess relatati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellhom dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Waqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 32260, tajjeb li nfakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant f’dak li diġa kont spjegajt fl-istess tweġiba li l-widien maġġuri jiġu mnaddfa kull sena biex barra li jkunu jistgħu jilqghu fihom volum akbar ta’ ilma, fl-istess ħin jitnaqqas ir-riskju ta’ għargħar u li d-deċiżżjoni dwar l-għażla ta’ fejn isir dan it-tindif tittieħed wara li jsiru spezzjonijiet fihom wara konsultazzjoni mal-MEPA biex tigi protetta l-ekologija u l-biodiversita’ tal-istess widien. Barra minn hekk, id-Dipartiment konċernat fl-2012 ippropona li isir tindif ta’ parti oħra minn dan il-wied u ntbagħtet notifika lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar flimkien ma sottomissjoni ta’ studju ekoloġiku kif mitlub mill-istess awtorità. Il-permess għal dan ix-xogħol għadu ma nħariġx.

Rabat — Wied tal-Fiddien - tħammil ta' wied

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm-il darba tħammel Wied tal-Fiddien fil-limiti tar-Rabat matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'permess relatati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellhom dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37415, ninfurmah li fl-ewwel parti ta’ din is-sena, intbagħtet notifika lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isir xogħol ta’ tindif f’parti mill-Wied tal-Fiddien. Dan ix-xogħol inbeda f’Awwissu wara li ħareġ il-permess neċessarju fiż-żona fejn hemm il-Picnic Area.