Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27414 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — stabbiliment kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 27094 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa saret lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Mellieħa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tillicenza 41 Bars, 14 snack bars u 41 restaurants fil-lokalità tal-Mellieħa.
Leg 11 PQ #27415 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 27095 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fir-Rabat koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tilliċenza 25 Bars, 20 snack bars u 21 restaurants fil-lokalità tar-Rabat.
Leg 11 PQ #27416 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħad-Dingli — stabbilimenti Kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 27096 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Ħad Dingli koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tillicenza 2 Bars, 2 snack bars u 2 restaurants fil-lokalità ta’ Had-Dingli.
Leg 11 PQ #27240 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' Nazzjonalità Amerikana f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26848 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 27236.
Leg 11 PQ #27241 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' Nazzjonalità Għarbija f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26849 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Għarbija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 27236.
Leg 11 PQ #27294 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27089 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferura lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Qawra koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat illi l-figuri tal-liċenzji ta’ restaurants u bars huma miġbura skont il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u għalhekk jinkludu dawk ta’ San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u x-Xemxija. In-numru tal-liċenzji huma: Liċenzji ta’ Restaurants : 149 Liċenzji ta’ Snack Bars : 66 Liċenzji ta’ Bars : 122
Leg 11 PQ #27295 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' nazzjonalità Lhudija f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26850 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Lhudija f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 27236.
Leg 11 PQ #27342 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27093 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants llum fl-Imġarr koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Bars u restaurants illiċenzjati mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu fl-Imġarr, Malta huma: Ristoranti 5 Snack Bars 6 Bars 3
Leg 11 PQ #27344 Sitting 378 2011-07-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27092 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants llum fix-Xemxija koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li jingħata n-numru ta’ bars u/jew restaurants fix-Xemxija peress li din tifforma parti integrali mill-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
Leg 11 PQ #27100 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni mill-Unjoni Ewropea f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26843 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni mill-Unjoni Ewropea f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta’ persuni mill-Unjoni Ewropea li għandhom karta tal-identità Maltija huwa ta’ 24,706. L-informazzjoni mitluba dwar kemm minnhom irreġistrati f’ Malta u f’ Għawdex u minn liema pajjiżi ġejjin tinsab spjegata fit-tabella annessa.
Leg 11 PQ #27101 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' nazzjonalità Afrikana

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26842 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Afrikana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li n-numri ta’ persuni ta’ nazzjonalità Afrikana li għandhom karta ta’ l-identità Maltija huwa ta’ 9,839. L-informazzjoni mitluba dwar kemm minnhom irreġistrati f’ Malta u Għawdex u min liema pajjiżi ġejjin tinsab spjegata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #27236 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26844 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Awstraljana f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rigward in-numru ta’ persuni, skont in-nazzjonalità, illi għandhom karta tal-identità Maltija fuq indirizz f’Malta jew Għawdex.
Leg 11 PQ #27237 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' Nazzjonalità Asjatika f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26845 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Asjatika f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27236.
Leg 11 PQ #27238 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' Nazzjonalità Amerika Latina f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26846 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità Amerika Latina f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27236.
Leg 11 PQ #27239 Sitting 377 2011-07-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni ta' Nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26847 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Skont ir-records tad-Dipartiment illum, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni ta' nazzjonalità tal-Federazzjoni Russa f'Malta u Għawdex separatament li għandhom karta tal-identità Maltija? Jista' jipprovdi breakdown ta' dawn in-nies abbażi ta' pajjiżhom rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 27236.

Mellieħa — stabbiliment kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Mellieħa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fil-Mellieħa huwa kif ġej: Liċenzji maħruġa mill-Pulizija 113 Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ 50 Total 163 Dan it-total jeskludi bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Rabat — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fir-Rabat koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fir-Rabat huwa kif ġej: Liċenzji maħruġa mill-Pulizija 193 Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ 82 Total 275 Dan it-total jeskludi bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ħad-Dingli — stabbilimenti Kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Ħad Dingli koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ Liċenzji f’Ħad-Dingli huwa kif ġej: Liċenzji maħruġa mill-Pulizija: 21 Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 16 Total: 37 Dan it-total jeskludi bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

L-Imtarfa — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fl-Imtarfa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fl-Imtarfa huwa kif ġej: (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA). Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 6 Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 13 Total : 19 Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Ħaż-Żebbuġ koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji f’Ħaż-Żebbuġ huwa kif ġej: (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA). Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 214 Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 125 Total : 339 Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.