Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' stabbiliment kummerċjali li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 għal dawk li huma l-kontijiet kummerċjali? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali li trid titħallas mill-komunità in kwestjoni biex tkun konformi mal-kontijiet attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #27611 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħlas tas-Sigurtà Soċjali tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal ħlas tas-sigurtà soċjali tan-National Insurance? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal ħlas tas-sigurta' soċjali tan-National Insurance.
Leg 11 PQ #27612 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

taxxa tal-income — pagamenti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27457 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-income? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jirriżultax li kien hemm tax payers li ġew sentenzjati l-ħabs għaliex m'onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-income.
Leg 11 PQ #27613 Sitting 385 2011-07-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta' karozzi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24578, jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown tas-somma u ċioè jinfurmani kemm kienet iċ-ċifra tal-fuel globali għat-396 karozza mikrijia?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Ministeru għandu bżonn jiġbor din l-informazzjoni mingħand id-Dipartimenti u l-Entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan id-Dekasteru u għalhekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan il-proċess jkun konkluż.

Ħlas tan-National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpaniji kummerċjali li fl-ewwel sitt xhur tas-sena waqgħu lura fil-ħlas tan-national insurance tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hija s-somma globali li jirrikjedu li jħallsu? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li jinvolvi dan il-pagamenti pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija peress li minħabba diversi raġunijiet, bħal pereżempju staġunalità, numru ta’ employers ma jkunux qed iħaddmu nies bejn Jannar u Ġunju, u għalhekk ma jkollhomx bżonn jagħmlu pagamenti f'dawn ix-xhur. Barra dan, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali dovut minn dawn l-employers dwar l-impjegati tagħhom ma jistax jiġi kwantifikat f'dan l-istadju minħabba li l-informazzjoni tidħol fid-Dipartiment lejn l-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena ta’ wara. L-istess jingħad rigward l-ammont ta’ ħaddiema involuti, jiġifieri din l-informazzjoni tidħol fid-Dipartiment lejn l-aħħar tas-sena jew fil-bidu tas-sena ta’ wara. Għaldaqstant kwalunkwe tweġiba f’dan l-istadju tkun prematura u parzjali ħafna.
Leg 11 PQ #9498 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8812 u jindirizza t-talba pendenti tal-persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament u dan fid-dawl tal-problemi serji li qed tiffaċċja din il-familja kawża ta' mard? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minħabba ċertu eventwalitajiet li ġraw f’din il-familja jirriżulta li m’għandhomx applikazzjonijiet pendenti mal-awtorita’ kkonċernata. Għal aktar dettalji l-Onorevoli Interpellant jista’ jirreferi lil dawn il-persuni fil-Customer Care tal-awtorita’ stess.
Leg 11 PQ #19295 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ċifra ta' flus globali għall-konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18954 u jgħid matul l-2009, kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għall-konsulenti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’ riferenza għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19295 u 19268, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni aġġornata dwar il-MEPA.
Leg 11 PQ #24578 Sitting 383 2011-07-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċifra ta’ flus globali matul l-2010 li ntefqet għall-użu ta’ servizzi tal-karozzi mill-Ministeru kienet ta’ €1,234,271. Din iċ-ċifra tkopri l-użu ta’ 722 karozza li 396 minnhom kienu mikrija.

Taxxa tal-income — pagamenti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew issentenzjati l-ħabs għaliex ma onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-income? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Ħlas tas-sigurtà Soċjali tan-National Insurance — pagamenti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew issentenzjati l-ħabs għaliex ma onorawx il-pagamenti dovuti għal ħlas tas-sigurtà soċjali tan-National Insurance? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Sisa u/jew obbligi ta' Dwana

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew issentenzjati l-ħabs għaliex ma onorawx il-pagamenti dovuti għas-sisa u/jew obbligi ta' dwana? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli illi jekk il-kelma Tax Payers qed tagħmel referenza għal dawk il-persuni li huma rreġistrati mad-dipartiment tad-Dwana bħala i) EXCISE REGISTERED TRADERS u/jew (ii) TAX WAREHOUSE KEEPERS, ħadd ma ġie ssentenzjat il-ħabs.
Leg 11 PQ #27417 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Imtarfa — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 27097 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fl-Imtarfa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turizmu tillicenza snack bar wiehed fil-lokalità tal-Imtarfa. Stabbilimenti kummercjali ohra huma llicenzati mid-Dipartiment tal-Kummerċ.
Leg 11 PQ #27419 Sitting 382 2011-07-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Bars/restaurants

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27098, jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè jgħid kemm hemm stabbilimenti f'Haż-Żebbuġ li huma bars u/jew restaurants?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu tilliċenza 9 Bars, 6 snack bars u 2 restaurants fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ. Stabbilimenti kummerċjali oħra huma lliċenzati mid-Dipartiment tal-Kummerċ.

Numru ta' ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li matul l-ewwel 6 xhur tas-sena weldu f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar t’April ta’ din is-sena ġew irreġistrati 306 ommijiet irrapportati bħala ‘single’ - 296 f’Malta u 10 f’Għawdex. Minn dawn il-306 ommijiet xebbiet, 33 kienu ta’ nazzjonalità barranija.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jinforma liema kienu l-mediċini out of stock mill-isptarijiet u kliniċi eċċ tal-Istat f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa hemm (15) ħmistax-il Pillola fuq il- Formularju li huma out of stock. Dawn huma: 1 Amiodarone 200mg Tablets 2 Baclofen 10mg Tablets 3 Cyproheptadine 4 Mg Tablets 4 Metoprolol 100mg Tablets 5 Phenindone 50mg Tablets 6 Phenytoin 25mg & 50mg tablets 7 Promazine 25mg Tablets 8 Trifluperazine 1mg tablets 9 Trimetazidine 20mg Tablets 10 Carvedilol 6.25mg Tablets 11 Ticlopidine 250mg Tablets 12 Metolazone 5mg Tablets 13 Quetiapine 200mg Tablets 14 Atorvastatin 40mg Tablets 15 Perindopril

Voti tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-politika tal-Gvern attwali naqset il-voti tal-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar 10 snin b'madwar €450,000 fis-sena meta pparagunata mal-voti tal-10 snin ta' qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjonijiet fl-Estimi Finanzjarji li jkopru l-infiq kapitali tal-Gvern kull sena, isiru abbażi ta’ infieq meħtieġ, kif stmat fuq proġetti li jkunu qegħdin jiġu ppjanati jew implimentati fis-sena partikolari, aktar milli jkunu ibbażati biss fuq infieq ta’ snin preċedenti. B’hekk, fil-qafas finanzjarju tal-Gvern kollu, it-tqassim tal-ispiża kapitali mad-diversi Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet jista jvarja minn sena għal sena, għaliex isir skont il-ħtiġijiet rispettivi, hekk kif jibdew u jitlestew proġetti kapitali.

Taxxa tal-VAT — pagamenti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew issentenzjati l-ħabs għaliex ma onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-VAT? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.
Leg 11 PQ #27345 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27091 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants illum f'San Pawl il-Baħar koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #27346 Sitting 381 2011-07-11 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Buġibba — bars u/jew restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 27090 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' bars u/jew restaurants illum f'Buġibba koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħad-Dingli- investigazzjonijiet dwar theżżiża

Question

B'referenza għat-tweġiba dwar it-theżżiża li ħakmet Had-Dingli u l-madwar f'Ġunju li għadda, jista' l-Ministru jinforma jekk sarux investigazzjonijiet marittimi fl-ibħra tal-madwar? Jekk fl-affermattiv, min kien responsabbli minn dawn l-investigazzjonijiet u x'kienu l-konklużjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta m’għamlet l-ebda investigazzjoni marittima rigward it-theżżiża li ħakmet Ħad-Dingli u l-madwar f'Ġunju li għadda.